Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex qed jiġi kkonsidrat mill-Armata għoti ta' midalja lill-gunner Simon Gauci illi salva 3 persuni minn ġo vettura taqbad fil-bypass ta' Birkirkara fl-1996? Persuna li dan il-gunner irnexxielu joħroġ mill-karozza mietet ftit wara l-isptar.
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Armata qed tinvestiga l-każ biex tara hemmx lok għal sottomissjoni lill-Kumitat tan-Nomini skond l-Att ta l-1975 dwar Ġieħ ir-Repubblika.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa fi flus ir-riċerka li għamilna għaż-żejt f'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Infurmat li x-xogħol kollu relatat mal-bir f'Għawdex sewa lill-Gvern madwar Lm12,975,000. Kien hemm ukoll spejjez ohra ta madwar Lm1,193,000 fi hlas ta CET/ETP u VAT li gew irkuprati lura. Minn dawn l-ispejjez, madwar Lm4.8 miljuni kienu provduti taħt ir-Raba Protokol bejn Malta u l-Italja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawn Malta isirux sex changes operations? Jekk le, din il-forma ta' operazzjoni tkun trid issir lil kull min jitlobha fl-isptarijiet tal-gvern u/jew f'tal-privat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sex change operations ma jsirux fl-isptarijiet tal-Gvern. M'għandix informazzjoni li qed isiru fl-isptarijiet privati.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-flats tal-gvern li se jiġu mbajjda u rranġati fiż-żmien qarib ġewwa il-housing estate ta' San Ġwann billi wħud mill-area komuni huma nieqsa minn manutenzjoni u għandhom bżonnha malajr?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Bini u Tiswija ta' Djar f'dawn l-aħħar xhur għamel xogħol ta' tikħil tal-faċċati kollha tal-blokki f'San Gwann, peress li dawn huma kkonsidrati bħala partijiet komuni. Fir-rigward it-tronob tat-taraġ ta' dawk il-blokki li għadhom ma' sarux dawn huma nklużi fil-programm tad-Dipartiment konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, se tingħata dar mill-housing soċjali li jixirqilha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni tal-persuna indikata qed tkun ikkunsidrata ma' oħrajn simili.
Billi saret kompetizzjoni ta' sparar b'airguns ġewwa ir-range tal-Bidnija u din ġiet irrapportata fil-gazzetti (l-ewwel ġimgħa ta' Novembru) fejn anke dehru ismijiet ta' min ħa sehem, u anke ritratti ta' persuni minuri jisparaw airguns, jista' l-Ministru jgħid meta bdew jingħataw permessi ta' fire/carry airgun for sporting purposes, meta inħareġ il-permess tar-range in kwestjoni u meta nħareġ il-permess biex tfal jibdew jisparaw l-airguns?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 7456 u Nru. 7457, ninsab infurmat li l-Pulizija għandha żewġ talbiet għal air weapons target shooting ranges, liema talbiet qed jiġu proċessati.
Jista' l-ministru jgħid x'qed jagħmel il-ministeru biex jiżgura li l-għassa tal-pulizija tal-Gżira tkun miftuħa il-ħin kollu?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4413, għandi ninfurmah li tajt struzzjonijiet li jiġu detailed pulizija espressament sabiex jagħmlu ronda minħabba ilmenti partikolari għal dan il-lokal.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid u/jew jieħu in konsiderazzjoni il-ftuħ ta' uffiċċju tas-sigurta' soċjali ġewwa il-Gżira billi ġo dan il-lokal m'hemmx uffiċċju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Idejalment hi ħaġa mixtieqa li jkun hemm Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurta' Soċjali għal kull Kunsill Lokali. Id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jirċievi talbiet għall-ftuħ ta' Uffiċċju Distrettwali minn diversi lokalitajiet. L-Onor. Interpellant jifhem li l-ftuħ ta' Uffiċċju Distrettwali ġdid iġib miegħu żieda sostanzjali fin-nefqa amministrattiva. Barra minn hekk hemm diversi kunsiderazzjonijiet x'wieħed jagħmel qabel ma tiġi magħżula xi lokalita' partikolari, bħal ma hi żieda fin-numru ta' residenti u l-espanzjoni ta' lokalitajiet ġodda. Fil-preżent l-għoxrin Uffiċċju Distrettwali mxerdin ma' Malta u t-tnejn li hemm f'Għawdex huma maħsuba biex ilaħqu mhux biss mal-ħtiġijiet tal-lokal fejn hemm l-uffiċċju, iżda wkoll mal-ħtiġijiet ta' dawk li joqgħodu fil-viċinanzi. Fil-preżent id-Dipartiment għaddej fuq programm intensiv biex itejjeb mhux biss id-dehra, iżda wkoll l-livell tas-servizz li jingħata f'dawn l-uffiċċini.
Mhux maħsub li n-numru ta' Uffiċċini Distrettwali jiżdied qabel ma jkun finalizzat il-proġett li semmejt.
Billi ġo ċerti skejjel fejn hemm part-time clerks issa se jidħlu skrivani fulltime, jista' l-Ministru jgħid jekk il-part-timers humiex se jitneħħew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li wara li jsir l-eżerċizzju ta' l-ingaġġ ta' School Secretaries, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni teżamina ma' kull skola konċernata l-aħjar mod ta' kif ikunu mqassma u utilizzati l-part-timers fl-iskejjel Statali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-pulizija hemmx membri li għandhom jieħdu xi flus bħala ħlas ta' extra duty? Jekk iva, kemm hemm, kemm huwa l-ammont u kemm tħallsu pulizija din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
L-'extra duty' jitħallas minn persuni privati u ditti privati ta` xogħol ta` sigurta` li jagħmlu l-Pulizija b`awtorizzazzjoni barra il-ħin tax-xogħol.
Sa l-aħħar ta` Novembru ser ikunu tħallsu Lm690,054 f`extra duty on payment, u Lm180,000 għad iridu jitħallsu. Dan il-ħlas jiddependi wkoll mill-ħlas li jsir mill-privat lill-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-policy għal re-instatement tal-pulizija li ġew boarded out ġietx stabilita? Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-ex-pulizija li kienu boarded out humiex se jiddaħħlu, u jekk iva, meta?
Response (BORG, TONIO)
Re-instatements jistgħu jsiru skond il-ħtiġijiet tal-Korp. Għalissa qed tingħata importanza għal dħul ta` rekluti ġodda.
Billi hawn numru ta' persuni affetwati bil-Hepatitis B, C u HIV/AIDS jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm nefaq flus id-dipartiment fuq kura ta' dawn il-persuni, fuq medda ta' sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant ma tinġabarx.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm bdew jirreġistraw persuni ġodda fuq il-Part I f'Awsissu, Settembru u Ottubru ta' din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni ġodda li bdew jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel Parti f'Awissu 1999 kien ta' 659, f'Settembru 1999 kien ta' 410 u f'Ottubru 1999 kien ta' 403.
Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Kalaxlokk li ħadu s-somma din is-sena u li qed jirreġistraw għax-xogħol illum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-Numru ta' ħaddiema tal-Kalaxlokk li ħadu s-somma din is-sena u li issa qed jirreġistraw għax-xogħol huwa ta' 185 li huma maqsumin kif ġej hawn taħt:
(qiegħdin jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru) 179
(qiegħdin jirreġistraw fuq it-tieni parti tar-reġistru) 6
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux tagħrif dwar vejikoli tal-gvern illi kellhom jiġu written off jew scrapped għaliex ma għaddewx mit-test tal-VRT jew inkella tant kellhom ħsara li ma kienx jaqbel li jirranġaw ruħhom? X'tip ta' vejikoli kienu u ta' liema dipartiment kienu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sa issa ma kienx hemm vetturi tal-Gvern li ġew `written off` imħabba l-V.R.T.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrifjutati permessi għal xi xiri ta' armi sena b'sena għal dawn l-aħħar ħamsin sena? X'kienet ir-raġuni għaliex ġiet irrifjutata t-talba mill-kummissarju u ġewx irtirati xi permessi diġa' eżistenti fl-istess żmien u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li, mill-1995, mindu bdew jinżammu records dwar is-suġġett tal-Mistoqsija, it-tagħrif mitlub dwar kemm ġew irrifjutati talbiet għal xiri ta` armi hu kif ġej : -
1995 31
1996 26
1997 75
1998 32
1999 * 31
* Sad-9 ta` Ottubru
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Ir-rifjut ta` dawn il-liċenzji hu regolat bl-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li kienu volontarjament ħadu s-somma għaliex irriżenjaw mill-Kalaxlokk li: (a) qed jaħdmu llum; (b) qed jirreġistraw; u (ċ) għaddew board?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli għas-Servizzi Ekonomiċi.