Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11696 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-popolazzjoni tal-ħabs illum? Kemm hemm ġustizzjati? X'eta' għandhom u ta' xiex instabu ħatja? Kemm kienet il-piena illi weħlu? Kemm hemm taħt arrest preventiv? X'eta' għandhom? X'allegatament wettqu?

Response (BORG, TONIO)

Ma ġie ġustizzjat ħadd fil-Ħabs matul din is-sena, peress li fl-1972 ġiet abolita il-piena tal-mewt. Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #11697 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni fuq liberta' proviżorja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq liberta' proviżorja llum? X'tip ta' reat allegatament għamlu?

Response (BORG, TONIO)

Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura.
Leg 9 PQ #11698 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Ħabsin infettati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed ħabsin b'mod infettiv din is-sena? X'tip ta' marda kienet f'kull każ u x'prekawzjonijiet jittieħdu biex ma jsirx kuntatt mhux mixtieq bejn id-detenuti?

Response (BORG, TONIO)

Mhix prattika li tingħata din it-tip ta` informazzjoni.
Leg 9 PQ #11687 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Bidnija — Kompetizzjoni ta' l-isparar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11374 u r-risposta li ngħatat, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-kummissarju tal-pulizija kontra dan il-ksur sfaċċat tal-liġi fejn saret kompetizzjoni ta' sparar ta' airguns fir-range tal-Bidnija meta min ħa sehem kiser il-liġi, ir-range għad m'għandux permess, ġiet organizzata attivita' llegali u li ġiet irrapportata b'ismijiet u ritratti fil-gazzetti ta' Malta u anki ħadu sehem tfal?

Response (BORG, TONIO)

Irreferejt il-każ lill-Pulizija għal investigazzjoni.
Leg 9 PQ #11688 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni rikoverati l-isptar din is-sena, kawża ta' inċidenti tat-traffiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11689 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Self-employed — Wage brackets

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkunu l-wage brackets għal finijiet ta' bolla li fuqhom se jħallsu s-self-employed mis-sena d-dieħla skond it-tip ta' xogħol li jagħmlu? Kemm se jħallsu bolla skond kull bracket u skond kull tip ta' xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif għedt fid-diskors tal-budget, il-brackets se jitneħħew u minflokhom se tidħol rata ta` 15% fuq id-dħul, sal-massimu ta` dħul stabbilit għal min hu mpjegat.

Self-employed — Arretrati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni self-employed u kumpanniji li għandhom arretrati f'bolla xi jħallsu mad-dipartiment? Kemm hija s-somma ta' flus dovuta f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din id-domanca ġa ingħatat fit-tieni parti għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3864.
Leg 9 PQ #11691 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Petrol/diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jiswa gallun petrol u diesel fin-1990, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000, issa li se jiżdied il-VAT fuq il-petrol u diesel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-prezz ghall-konsumatur ghal kull litru ta` petrol, petrol bla comb u diesel matul is-snin imsemmija huwa kif gej SENA PETROL PETROL BLA COMB DIESEL 1990 26c4 26c4 16c5 19 95 26c4 25c0 16c5 1996 26c4 25c0 16c5 1997 30c0 27c5 17c5 (mill-14 ta` Jannar) 1998 32c5 32c5 17c5 (mis-26 ta` Novembru) 1999 37c4 37c4 20c1 (mit-23 ta` Novembru) Ta` min jinnota li fil-budget ta` l-1997, Gvern Laburista kien gholla l-prezz tal-petrol b`13.6 fil-mija meta zied is-sisa, u ghalhekk ma kienx hemm il-possibilita` ta` VAT refund, b`kuntrast ma dak li sar fl-ahhar budget.
Leg 9 PQ #11692 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni b'HIV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni bl-HIV f'Malta llum? Kemm hawn nies bl-AIDS illum? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni qegħdin jaħdmu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11442 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Equipment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'equipment ġdid xtrat l-Armata din is-sena u x'tip ta' equipment ġie upgraded fl-istess żmien?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba għandha tiġi ppublikata. Jekk l-Onor Interpellant għandu xi ħtieġa għall-informazzjoni din tista tingħata kunfidenzjalment.
Leg 9 PQ #11443 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjonijiet ministerjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk persuna li tkun relatata ma' ministru tistax tifforma parti minn delegazzjoni ministerjali li tkun marret barra l-pajjiż? X'regoli jew kodiċi ta' etika jikkontrollaw dawn l-affarijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma hemm xejn fil-Kodiċi ta' Etika għall-Ministri u Segretarji Parlamentari - li jirregola eventwalitajiet bħal dawk imsemmija fil-mistoqsija - li jipprekkludi persuna relatata ma Ministru milli tifforma parti minn delegazzjoni ministerjali li tkun marret barra l-pajjiz. Il-kriterji ewlenin li jiddeterminaw il-kompozizzjoni ta' delegazzjoni ministerjali ma jinkludux il-parentela ta' xi individwu imma huma invarjabbilment ristretti għall-kariga uffiċċjali tal-persuna konċernata u r-relevanza ta' l-esperjenza tagħha għax-xogħol u għall-għanijiet tad-delegazzjoni partikulari.
Leg 9 PQ #11444 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Equipment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-equipment tal-kumpannija Kalaxlokk? Fiex jikkonsisti dan l-apparat? Kemm jiswa llum? Min qed jużah illum u kemm qed iħallas tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li skond il-ftehim li kien intlahaq bejn in-NOVITA u l-kumpanija Kalaxlokk f'Novembru tal-1994, il-kumpanija Kalaxlokk kienet kriet l-impjant u tagħmir lill-kumpanija NOVITA sabiex din ta' l-aħħar setgħet tiżviluppa it-Tieni Fażi tal-Port Ħieles. Skond dan il-ftehim, il-kumpanija Kalaxlokk żammet id-dritt li ma' tmiem l-iżvilupp imsemmi, tbiegħ l-impjant u tagħmir lill-kumpanija NOVITA għas-somma ta' Lm700,000. Fil-fatt kif tlesta x-xogħol, l-impjant u tagħmir għadda taħt il-kustodja tan-NOVITA u dan sakemm jiġi ffirmat il-kuntratt finali ta' bejgħ. Dwar f'hiex jikkonsisti l-apparat, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fis-Seduta 79 għall-Mistoqsija numru 5565 magħmula minnu stess.
Leg 9 PQ #11383 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reinstatement

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta dawk il-pulizija li kienu għaddew board taħt Gvern Nazzjonalista preċedenti u li applikaw għar-reinstatement taħt Gvern Laburista humiex se jidħlu fil-korp jew le?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 11356.
Leg 9 PQ #11385 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-16-il sena jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li din is-sena, (sal-15 ta` Novembru, 1999), inqabdu żewġ persuni taħt is-16-il sena jitlajjaw għal skopijiet ta` prostituzzjoni.
Leg 9 PQ #11386 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab — Skart

Question

Billi ġewwa l-Magħtab qed tinbena muntanja ta' żibel u skart li qed tikber kuljum u qed titfa' ħafna materjal tossiku fil-baħar u fl-arja, jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti se jieħu biex jirranġa din is-sitwazzjoni ta' għajb?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-pjan għall-immaniġġjar ta' l-iskart, li għandu jiġi ppublikat matul din is-sena, se jinkludi l-proposti konkreti biex titranġa s-sitwazzjoni tar-rimi ta' l-iskart fil-Magħtab.

Priġunieri — Amnestija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jagħti amnestija lill-priġunieri fl-aħħar tas-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

`Id-decizjoni dwar l-ghoti jew le ta` amnestiji generali ma tittehidx minn dan il-Ministeru.`

Msida — Bus stop

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bus stop li hemm ħdejn it-traffic lights ġo Imsida Seafront huwiex se jiċċaqlaq għal quddiem il-flats tal-gvern li hemm ġo Marina Street, Pieta'? Jekk iva, jista' l-Minstru jgħid fejn se jipparkjaw il-vannijiet illi jkunu se jħottu l-merkanzija għall-ħwienet li hemm taħt il-flats tal-gvern?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ċ-ċaqlieq ta' l-`Bus Stop` imsemmi għadu qiegħed jiġi studjat.
Leg 9 PQ #11377 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-kumpannija Kalaxlokk illum u x'xogħol qed jagħmlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent il-kumpanija għandha 139 impjegat. Dawn qed jaħdmu fuq xogħol ta' kostruzzjoni f'diversi partijiet ta' Malta kif ukoll qed jagħmlu xogħol amministrattiv għal kumpaniji jew jipprovdu servizz lil kumpaniji oħra parastatali li tiegħu l-Kalaxlokk qed tirċievi ħlas.
Leg 9 PQ #11378 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

VAT — Tneħħija ta' levies

Question

Billi f'Ottubru li għadda tneħħew diversi levies fuq diversi prodotti, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm kienu il-prezzijiet tal-prodotti qabel it-tneħħija u llum wara li l-levy's tneħħew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li l-Ufficcju tal-Kompetizzjoni Gusta jimmonitorja l-prezzijiet ta` dawk il-prodotti li ghandhom `market share` fin-nefqa tal-mara tad-dar. Bhalissa dan l-Ufficcju qed jigbor informazzjoni dwar tibdil fil-prezz ta` prodotti li tnehhiet il-levy minn fuqhom. Ta` min jghid ukoll li hafna levies li tnehhew b`sehh mill-1 ta` Ottubru ta` din is-sena kienet diga qed tinghata ezenzjoni fuqhom. Madanakollu jirrizulta li diversi tipi ta` ghagin kellhom tibdil fil-prezz rakkomandat. Dan it-tibdil fil-prezz jidher fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra. Jista` jkun li xi prezzijiet murija fit-tabella ikunu anke irhas minhabba xi `discounts` varji li jinghataw minn hwienet differenti. Ta` min jinnota wkoll li l-Ufficcju tal-Kompetizzjoni Gusta qed jaghmel ukoll ezercizzju biex ikun jista` jistabilixxi c-caqlieq fil-prezzijiet li mistenni jsehh fil-bidu tas-sena d-diehla wara li titnehha l-levy minn fuq numru iehor ta` prodotti.
Leg 9 PQ #11379 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Ħsara f'ajruplan

Question

Billi dan l-aħħar ġiet ikkaġunata ħsara lill-ajruplan ta' l-Airmalta meta taraġ għall-passiġġieri laqat l-ajruplan, jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa b'kollox lill-Airmalta dan l-inċident, jiġifieri l-irranġar tal-ħsara, kiri ta' ajruplan ieħor eċċ?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Air Malta hija ta` l-opinjoni li l-informazzjoni mitluba hija ta` natura kummercjali kunfidenzjali u ghalhekk ma jkunx fl-interess taghha li jinghataw dettalji ta` din ix-xorta dwar l-incident li ghalih qed issir riferenza.