Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu jaħdmu nies ma' l-Air Malta matul is-sena 1999? Minn liema distrett elettorali kienu? Kemm minnhom kienu qed jirreġistraw għax-xogħol qabel ma ddaħħlu? X'xogħol qed jagħmlu?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tingabar u t-twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jattendu fl-iSchool Girl Mother Unit din is-sena? Kemm kien dan in-numru sena b'sena, minn mindu twaqqfet il-unit imsemmija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' tfajliet li qed jattendu l-programm fl-iSchool Girl Mother's Unit għas-sena skolastika 1999/2000 huwa ta' għoxrin, li minnhom tlettax huma każi ġodda. Informat li dawn il-figuri jinkludu l-ammont totali ta' studenti matul is-sena skolastika sħiħa. Dan għaliex mhux l-istudenti kollha jattendu tul is-sena kollha, anzi, ġeneralment, dawn jattendu biss għal parti mis-sena skolastika.
In-numru ta' każi, sena b'sena, minn mindu twaqqfet il-Unit imsemmija kienu hekk:
Sena Skolastika Numru ta' Każi
1989 - 1990 12
1990 - 1991 15
1991 - 1992 28
1992 - 1993 20
1993 - 1994 28
1994 - 1995 35
1995 - 1996 67
1996 - 1997 56
1997 - 1998 73
1998 - 1999 81
Diċembru 1999 20
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni rikoverati l-isptar din is-sena, kawża ta' inċidenti tat-traffiku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Pazjenti li daħlu rikoverati l-isptar wara inċident tat-traffiku minn Jannar sa Novembru 1999:
Xahar Persuni li Persuni li rrifjutaw
daħlu l-isptar li jibqgħu l-isptar
__________________________________________________ _________
Jannar 9 3
Frar 8 1
Marzu 15 3
April 13 2
Mejju 15 3
Ġunju 18 8
Lulju 32 11
Awissu 18 6
Settembru 17 4
Ottubru 25 6
Novembru 17 4
__________________________________________________ _________
Total 187 51
__________________________________________________ ___________
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq liberta' proviżorja llum? X'tip ta' reat allegatament għamlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent hawn 1,122 persuna fuq liberta` proviżorja wara li ġew akkużati fuq reati li jinkludu omiċidju, attentat ta` omiċidju, serq, offiżi fuq il-persuna, frodi, abbuż/traffikar ta` droga, ħsara volontarja, misapprojazzjoni, stupru, offiżi fuq pudur, prostituzzjoni, korruzzjoni ta` minorenni, rapport falz, sewqan perikoluż, vjolenza fuq uffiċjali pubbliċi, ksur tal-Liġi ta` l-Immigrazzjoni, ksur ta` bon ordni.
Billi pazjenti li għandhom l-AIDS qed jingħataw il-Karta r-Roża u huma ntitolati għal mediċini b'xejn, jista' l-Ministru jgħid kemm tiswa din il-kura fuq medda ta' sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża medja ta` mediċini b'xejn li jingħataw lill-pazjenti morda bl-AIDS hija ta` LM4,500.00 għal kull pazjent fuq medda ta` sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni bl-HIV f'Malta llum?
Kemm hawn nies bl-AIDS illum?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni qegħdin jaħdmu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta` persuni bl-HIV f'Malta f'kuntatt mas-servizzi tas-Saħħa huwa ta` 32. Minn dawn hemm ħamsa li għandhom l-AIDS.
Dwar l-aħħar mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment m'għandux l-informazzjoni f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b'xejn minn kull poliklinika xahar b'xahar din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-siringi li tqassmu b'xejn xahar b'xahar minn Jannar sa Ottubru 1999, jinqassmu f'żewġ kategoriji:
a) lid-dijabetiċi mill-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa skond kif jidher minn tabella 'A' li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
b) lil dawk li jsofru mill-vizzju tad-droga, li jitqassmu miċ-Ċentri tas-Saħħa skond kif jidher minn tabella 'B' li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma hux possibbli li jingħataw figuri globali, għaliex fil-każ tas-siringi li jitqassmu lid-diabetiċi l-informazzjoni li tinżamm hija in-numru ta` siringi li jitqassmu mill-Medical Stores għal kull spiżerija fis-sena u mhux xahar b'xahar u għalhekk jista` jiġi ikkalkulat biss konsum average fix-xahar.
It-tqassim tas-siringi lill-pazjenti li jsofru mid-dijabete huwa ikkontrollat bir-riċetta tat-tabib.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru HIV tests għall-AIDS din is-sena, xahar b'xahar? X'kienu r-riżultati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta` testijiet għall-HIV għal din is-sena saru kif indikat fit-tabella ta` hawn taħt:
Xahar Testijiet Numru Posittiv
-----------------------------------------------
Jannar 417 1
Frar 245 1
Marzu 346 3
April 402 0
Mejju 325 1
Ġunju 416 1
Lulju 320 1
Awissu 323 0
Settembru 343 0
Ottubru 374 0
In-numri msemmija ma jeskludux testijiet li setgħu saru aktar minn darba fuq l-istess persuna.
Billi pazjenti li għandhom l-AIDS qed jingħataw il-Karta r-Roża u huma ntitolati għal mediċini b'xejn, jista' l-Ministru jgħid kemm tiswa din il-kura fuq medda ta' sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-risposta għadha qed tinġabar tingħata aktar tard.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm se jkunu il-ħlasijiet li se jitlob id-Dipartiment tas-Saħħa lill-insurances għal kura mogħtija lil persuni mdaħħla l-isptar wara traffic accidents?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-rati applikabbli huma dawk skond avviżi Legali Numri 147/89 u 18/97.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien iħallas self-employed li jaqla' aktar minn Lm5,000? Wara l-miżuri tal-budget, kemm se jħallas f'bolla s-sena d-dieħla persuna self-employed li jaqla' Lm5,000, Lm6,000, Lm7,000, Lm8,000, Lm9,000, Lm10,000, Lm11,000, Lm12,000, Lm13,000, Lm14,000, Lm15,000, Lm16,000, Lm17,000, Lm18,000, Lm19,000 u Lm20,000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-1998 persuna li kienet taqla Lm5319 jew aktar minn ħidma ta' xogħol kien iħallas Lm15.94 fil-ġimgħa. Wara l-miżuri tal-budget, persuni self-employed jibdew iħallsu 15% tad-dħul tagħhom soġġetti għall-ħlas massimu ta' Lm18.64 fil-ġimgħa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija li ġew boarded out waqt Amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti u reġgħu applikaw taħt il-Labour Administration biex jiġu ngaġġati, humiex se jitħallew jidħlu u jekk iva, meta? Kemm hemm persuni in kwestjoni?
Billi dan l-aħħar żewġ gunners ingħataw il-wing's neċessarju biex ikunu jistgħu itajru ajruplani/helicopters ta' l-AFM, jidhirlu l-Prim Ministru illi dawn għandhom jiġu promoted minnufih għar-rank ekwivalenti għax-xogħol li jagħmlu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li diġa sar eżerċizzju dwar promozzjonijiet fl-Air Squadron, li jinkludi liż-żewġ gunners imsemmija fil-mistoqsija. Saru r-rakkomandazzjonijiet neċessarji li ġew approvati. Eżerċizzju simili qiegħed isir fil-Maritime Squadron ghħll-membri ta' l-Armata li għandhom ukoll ċerti kwalifiki u responsabilitajiet meqjusa essenzjali għall-Armata. Meta tingħata l-approvazzjoni meħtieġa, l-promozzjonijiet fiż-żewġ każi jitħabbru f'daqqa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx suldati li għandhom trade u li qed jitħallsu extra tat-trade, meta huma qed jagħmlu xogħol mhux strettament konness mat-trade li għandhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħalissa fl-Armata hemm erba individwi li qegħdin jagħmlu xogħol li mhux strettament konness mat-trade li qegħdin jitħallsu għaliha. F'kull każ dan hu meħtieġ minħabba esiġenzi tas-servizz. Din is-sitwazzjoni tkun temporanja sakemm isir it-taħriġ u l-eżamijiet neċessarji f'dik it-trade li dawn l-individwi jkunu meħtieġa jaħdmu fiha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet rikjesti biex il-mara jew ir-raġel jew partner jifforma parti uffiċjali minn delegazzjoni ministerjali? Kemm ilu dan il-Gvern waqt din il-leġislatura, kien hemm każi fejn ministru jew segretarju parlamentari siefru fuq xogħol governattiv u kienu akkumpanjati minn żwieġhom jew mill-partners tagħhom u li iffurmaw parti mid-delegazzjoni uffiċjali? Jekk iva, min kienu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi l-Onorevoli membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru 11443.
Inżid li kien hemm disa okkazjonijiet fejn Ministru jew Segretarju Parlamentari kienu akkumpanjati minn żwieġhom bħala parti minn delegazzjonijiet uffiċjali, wara li f'kull każ inkisbet l-approvazzjoni tiegħi kif mitlub f'Artikolu 32 tal-Kodiċi ta' Etika għall-Ministri u Segretarji Parlamentari li jgħid F'kazi fejn ikun kunsidrat li l-preżenza ta'mart jew ir-raġel tal-Ministru tkun neċessarja, l-ispejjez tas-safar tal-mara tal-Ministru (jew raġel skond il-każ jistgħu jitħallsu mill-fondi pubbliċi, sakemm ikun aċċertat li din il-parteċipazzjoni tkun fl-interess pubbliku. F'dawn il-każi għandha tintalab l-approvazzjoni tal-Prim Ministru . L-okkażjonijiet kienu:
Ministru/
Segretarju Parliamentari Destinazzjoni Okkazjoni
Prim Ministru Afrika t'Isfel Laqgħha tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth f'Durban
Repubblika Ceka Stedina għall-Malta Week fi Praga
Ministru ta' l-Edukazzjoni Italja Inawgurazzjoni mill-President ta' Malta ta' wirja f'Napli dwar Mattia Preti
Ministru tat-Turizmu Repubblika Ceka Stedina għall-Malta Week fi Praga
Russia/Cipru Stedina Ufficjali
Ministru għal Għawdex Stati Uniti u Żjara lil Emigranti Maltin
Kanada f'Toronto, Detroit u New York
Ministru għall-Affarijiet
Barranin Afrika t'Isfel Laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth f'Durban
Segretarju Parlamentari
fil-Ministeru
għall-Edukazzjoni Principalita` Stedina Uffiċjali
ta'Liechtcnstein
Ċina Stedina Ufficjali
(Tweiba motija:30.11.99AM)
(Seduta Numru:192)
./2
Qġħ`gh6CJ6>*CJ5CJCJ!"pq8FPQ R`apqp
$$l'$$$$!"pq8FPQR`apqRSTiy%&'JY E`ehFRSTiy%&'JY,$
$$l' E`efghd$r
$$l'$200 P&P. A!"N$S%[8@8Normal5CJOJQJkHmH<A@ġ<Default Paragraph Font, @,Footer
!,@,Header
!hhh
h"+,.78>?KLNOSTdeh qvwyz~ĠĦ"#+,.;<BCFGMNX\fgikpqħżċ+,-0167<=CELMVW\ab jlrswxż()68EFOW_aghoqwxħ$&.0278?@DEKLQT\]ahistxyŻ' /0@AIJPQXY_`lmvwz'(/07LMSTY`fiOPMSEC,\\OASECRETARI AT\PROJECTS\DATA\PQ'S\11703.docOPM,\\OASECRETARIAT \PROJECTS\DATA\PQ'S\11703.docOPM0\\OASECRETARIAT\P ROJECTS\DATA\PQ'S\11703mail.docOPM0\\OASECRETARIAT \PROJECTS\DATA\PQ'S\11703mail.docOffice of the Prime MinisterC:\PQR\11703mail.doc@Mannesmann Tally T9005LPT1:HPPCLMannesmann Tally T9005Mannesmann Tally T9005@g,,@MSUDMannesmann Tally T9005dMannesmann Tally T9005@g,,@MSUDMannesmann Tally T9005dh`@GTimes New Roman5Symbol3&Arial7rTornado"CVh;&;&;&A$VĠ0s(\\OAS ECRETARIAT\PROJECTS\template\PQ.DOT11703Template for OPM SecretariatOPMOffice of the Prime MinisterOh+'0Ċ0<Xdp
|11703fTemplate for OPM SecretariatMiOPMPMPMPqOffice of the Prime MinisterMi2fiMicrosoft Word 8.0 @@@y:@jz:@jz:A.+,D.+,D
pxĊ
OPMSEC0@s
11703Title 6>_PID_GUIDAN{53A43AE0-A676-11D3-B99D-0000E879BACC }
!"#$%&'*Root EntryFWġz: Az:,1TableWordDocument4SummaryInformation(Document SummaryInformation8 CompObjjFMicrosoft Word DocumentMSWordDocWord.Document.89q
Jista' l-Ministru jgħid kemm baqa' persuni mpjegati mal-Kalaxlokk? X'xogħol qed jagħmlu illum? X'inhu l-valur ta' equipment u fiex kien jikkonsisti qabel ma dan għadda għand kumpannija privata? Kemm qed tħallas għalih? Mill-persuni li ħadu s-somma u rriżenjaw kemm minnhom sabu xogħol ieħor? Kemm qed jirreġistraw u kemm ġew boarded out? Din l-aħħar mistoqsija diġa' għamiltha lill-Ministru għall-Politika Soċjali li qalli biex nagħmilha lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa n-numru ta' impjegati fuq il-kotba ta' Kalaxlokk jammonta għal 139. Fil-preżent dawnil-ħaddiema qed jaħdmu fuq xogħol ta' kostruzzjoni fuq numru ta' proġetti fosthom il-mollijiet taċ-Ċirkewwa, l-Istandards Laboratory, proġetti relatati mal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-belt Valletta, xogħol ta' tindif ta' oqsma industrijali u xi xogħolijiet oħra għal diversi Kunsilli Lokali.
Rigward il-parti tal-mistoqsija dwar l-impjant u tagħmir ieħor tal-Kumpanija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 11444.
Fil-preżent hemm 185 ħaddiem li ħadu s-somma u qed jirreġistraw filwaqt li 2 ikkwalifikaw għall-pensjoni ta' l-invalidita.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal lill-ommijiet li kienu drug addicts u kellhom bżonn kura intensiva mat-twelid fl-SCBU?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-ewwel ta` Jannar 1999 sal-25 ta` Novembru 1999 kien hemm 7 trabi li twieldu lill-ommijiet li kienu Drug Addicts u kellhom bżonn kura intensiva fl-SCBU.