Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12785 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Bini llegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaqqa' bini llegali matul is-sena 1999? X'tip ta' bini kien, fejn kien u kemm kien ilu mibni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999 saru 18-il azzjoni diretta mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u f`240 każ ieħor ta` azzjoni oħra, is-sidien neħħew l-istrutturi illegali huma stess wara li ġew servuti bi Stop and Enforcement Notice. Il-240 każ ta` azzjoni oħra jinkludi dawk dwar penthouses, boathouses, kmamar rurali, apparat tal-arja kundizzjonata mall-faċċati, strutturi llegali fi front gardens, alterazzjonijiet interni f`abitazzjonijiet, gabbani tat-telefon, antenni tas-satellita, scrapyard u numru ta` każi oħra ta` bdil fl-użu kummerċjali, u li tneħħew mis-sidien infushom f`diversi lokalitajiet f`Malta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dwar l-azzjoni diretti li ħadet l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u li turi d-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #12786 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għassa ma' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom għassa kontinwa minn membri tal-korp tal-pulizija u kemm swiet lil pajjiż din l-attivita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 20 persuna/post li għandhom għassa minn membri tal-Korp tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #12787 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Sparar ta' airguns

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata il-permess biex ranges għal sparar ta' air guns, rifles u hand guns oħra li m'humiex tal-black powder se jingħataw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi permessi tal-Pulizija għall-air weapon target shooting ranges qed jinħarġu, wara li l-applikazzjoni relattiva tkun pproċessata.
Leg 9 PQ #12776 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Rapporti ta' hacking

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartment konċernat jew l-ministeru daħħlux rapporti ta' hacking ġo xi computers tal-gvern, azjendi privati jew korpi parastatali u awtoritajiet? Jekk iva, kemm kienu? Fejn saru u x'kien l-eżodu ta' l-investigazzjonijiet li saru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999, l-uniċi rapporti dwar suspetti ta' computer hacking li saru lill-Ministeru, jew f`xi dipartiment jew entita` li taqa` taħt id-dekasteru ta` l-Intern, kienu żewġ rapporti li saru lill-Pulizija. Mill-investigazzjonijiet li saru, fl-ebda każ ma rriżulta li kien hemm computer hacking.
Leg 9 PQ #12777 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rapporti ta' frodi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha rapporti ta' frodi l-pulizija matul is-sena 1999 u kemm kien in-numru ta' nies li sofrew minn dan l-abbuż, kemm kienet is-somma totali rrapportata u kemm ittellgħu nies il-qorti fuq reati ta' dan it-tip?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, il-Pulizija kellha 626 rapporti ta` frodi. Ta` min jgħid, illi huwa diffiċli sabiex wieħed jagħti ċ-ċifra eżatta dwar in-numru ta` nies li jkunu sofrew danni minħabba dan ir-reat, peress li numru minn dawn ir-rapporti jkunu saru minn soċjetajiet kummerċjali. Infurmat ukoll li 152 persuna tressqu l-Qorti b`akkużi konnessi ma` dawn ir-rapporti.
Leg 9 PQ #12778 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ksur tal-liġi tal-copyright

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies u ttellgħu persuni li allegatament jiksru l-liġi tal-copyright matul is-sena 1999? X'reat allegatament wettqu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999 il-Pulizija ressqet 23 persuna il-Qorti akkużati b`reati kontemplati f`artikolu 298B tal-Kodiċi Kriminali.
Leg 9 PQ #12779 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Computers - Virus

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru jew dipartmenti li jaqgħu taħtu għandhomx informazzjoni dwar xi computers tal-gvern li matul is-sena 1999 intlaqtu minn xi virus? Jekk iva, kemm kienu u fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999 in-numru ta` computers rappurtati fil-Ministeru ta` l-Intern, jew f`xi dipartiment jew entita` li taqa` taħt id-dekasteru ta` l-Intern li ntlaqtu minn xi virus kien ta` 15. Dawn ġew irrapurtati kif ġej : - Dipartiment / Entita` Numru --------------------- ----- Awtorita` ta` l-Ippjanar 1 Pulizija 14
Leg 9 PQ #12780 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Parking tickets

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw parking tickets matul is-sena 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, il-Pulizija ħarġu 43,948 traffic offence tickets dwar ipparkjar ta` vetturi mhux skond ir-regolamenti.
Leg 9 PQ #12781 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati reati lill-pulizija matul is-sena 1999 ġewwa Paceville? X'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999, il-Pulizija ta` San Ġiljan, kellha 140 rapporti ta` reati li jidhru li seħħew ġewwa Paceville. Dawn ir-reati jinkludu vjolenza fuq il-persuna, attentat ta` vjolenza fuq il-persuna, serq u attentat ta` serq, ħsara volontarja, droga, falsifikazzjoni ta` dokumenti, frodi, reati sesswali u vjolenza fuq uffiċjali pubbliċi.
Leg 9 PQ #12770 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Staff akkademiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jiffurmaw parti mill-istaff akkademiku ta' l-Universita'? X'inhuwa l-grad tagħhom u x'suġġett jgħallmu?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni bi grad universitarju li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul is-sena 1999? Xi grad kellhom kull wieħed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul 1999 kien kif ġej: XHUR NUMRU TA' GRADWATI ---- ------------------ Jannar 38 Frar 33 Marzu 34 April 33 Mejju 32 Ġunju 30 Lulju 94 Awissu 121 Settembru 82 Ottubru 74 Novembru 61 Diċembru 55 Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi x'tip ta' grad kellhom kull wieħed. Jista' jkun li kull gradwat għandu iżjed minn kwalifika waħda.
Leg 9 PQ #12772 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — In-patients barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni barranin li kienu in-patients għal xi żmien ġewwa sptarijiet tagħna matul is-sena 1999? Minn liema pajjiżi kienu? Kemm kienet is-somma ta' flus li ntalbu jħallsu dawn il-persuni u kemm fil-fatt tħallsu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #12773 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Tobba — Viżti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal viżti ġewwa d-djar mit-tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa ġurnata b'ġurnata mill-ewwel tas-sena 2000 sas-17 ta' Jannar, 2000? Kemm minn dawn ma ġewx viżitati minħabba nuqqas ta' staff u pressjoni ta' xogħol?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` viżti rikjesti u li saru mill-ewwel tas-sena 2000 sas-17 ta` Jannar 2000 huwa kif indikat hawn taħt: Ġurnata Mitluba Saru Ma Sarux -------------------------------------------- 1 232 161 71 2 241 146 95 3 321 214 107 4 298 197 101 5 264 198 66 6 285 198 87 7 223 163 60 8 250 176 74 9 269 146 123 10 372 159 213 11 336 208 128 12 253 150 103 13 298 209 89 14 260 163 97 15 231 159 72 16 295 196 99 17 323 111 212 Fil-perjodu preżenti it-talbiet għal-viżti fid-djar m'humiex jintlaħqu kollha minħabba: a) L-istqarrija maħruġa mid-Dipartiemnt biex il-pubbliku kemm jista` jkun jirrikorri fiċ-Ċentri tas-Saħħa. b) Nuqqas fil-'complement' tat-tobba. c) Iż-żieda kbira fin-numru ta` viżti mitluba minħabba l-mewġa ta` l-influwenza u rjieħat li hawn bħalissa. d) Ammont ta` 'sick leave' tat-tobba milquta mill-istess mard.
Leg 9 PQ #12774 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi ġodda l-pulizija matul is-sena 1999 għal ftuħ ta' ħwienet ġodda? X'tip ta' ħwienet kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999 il-Pulizija ħarġet 441 liċenzja ġdida għall-ħwienet. Il-ġeneru ta` dawn il-liċenzji huma kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12775 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizzi Ċivili — Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu mpjegati tal-gvern assenti mill-post tax-xogħol mingħajr awtorizzazzjoni matul is-sena 1999 u ma' liema diparitment kienu jaħdmu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 1999 kien hemm 317 impjegati tal-Gvern li ittieħdu passi dixxiplinarji kontrihom għaliex kienu assenti minn fuq il-post tax-xogħol tagħhom mingħajr awtoriżżazzjoni. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi f'liema Dipartiment/Ministeru kienu jaħdmu dawn il-ħaddiema.
Leg 9 PQ #12764 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Road blocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru road blocks mill-pulizija matul is-sena 1999 u x'kien ir-riżultat tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999 il-Pulizija għamlet 2,477 roadblock, f`diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Waqt dawn ir-roadblocks numru ta` persuni nstabu qed jiksru r-regolamenti tat-traffiku, instabu 3 karozzi misruqa u oħra li kienet intużat fi snatch & grab, persuna nstabet li kellha l-Cannabis u 2 persuni kellhom transceivers mingħajr liċenzja.
Leg 9 PQ #12765 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Road blocks

Question

Jista' l-Prim Minsitru jgħid kemm saru road blocks mill-Armata matul is-sena 1999 u x'kien ir-riżultat tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hi: Numru ta' road blocks 680 Numru ta' vetturi mwaqqfa 5731 Numru ta' kontravenzjonijiet 431 Każi relatati ma drogi 54 Oġġetti sensittivi mgħoddija lill-Pulizija (ez skieken, snieter, munizzjon, eċċ) 74 Numru ta' nies miżmuma u mgħoddija lill-Pulizija 104 Il-persuni suspettati kif ukoll l-oġġetti misjuba waqt ir-Road Blocks tal-Forzi Armati dejjem jingħataw f'idejn il-Pulizija għal aktar stħarriġ.
Leg 9 PQ #12766 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qbid ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mill-pulizija matul is-sena 1999 u x'tip ta'droga kienet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammont u t-tip ta` droga li nqabdet mill-Pulizija matul l-1999 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12767 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm instabet droga ġewwa il-Ħabs matul is-sena 1999 u x'tip ta' droga kienet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999 kien hemm 7 każi meta nstab xi trab suspettuż ġewwa l-Ħabs. Ninsab infurmat ukoll li f`wieħed mill-każi rriżulta li t-trab kienet eroina, filwaqt li fil-każi l-oħra, dawn għadhom qed jiġu nvestigati mill-Pulizija.
Leg 9 PQ #12768 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu jaħdmu nies il-Freeport matul is-sena 1999? Jista' jgħid min liema distrett elettorali kienu dawk li daħħlu? Kemm minnhom kienu qed jirreġistraw għax-xogħol qabel ma daħlu? X'xogħol qed jagħmlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul l-1999 gew impjegati 57 haddiem gdid mal-Freeport. Dawn il-haddiema gejjin minn dawn id-distretti elettorali L-1 distrett 12-il haddiem It-2 Distrett 5 haddiema It-3 Distrett 5 haddiema Ir-4 Distrett 5 haddiema Il-5 Distrett 6 haddiema Is-6 Distrett 5 haddiema Is-7 Distrett 6 haddiema It-8 Distrett 3 haddiema Id-9 Distrett 2 haddiema L-10 Distrett 4 haddiema Il-11-il Distrett 1 haddiem It-12-il Distrett 3 haddiema Wiehed u erbghin (41) minn dawn il-haddiema kienu qed jirregistraw ghax-xoghol qabel bdew jahdmu l-Freeport. Il-haddiema godda gew ingaggati f`dawn il-gradi. Planner Trainee, Legal and Claims Manager, Systems Network Support, Assistant Operations Manager, Operations Clerk, Accounts Clerk, Equipment Operator, Mechanic, Handyman Rigger, Systems Administrator, Data Entry Operator, Security Controller u Clerk.