Legislature:
Category:
Reset
Active:

VRT — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta'karozzi tal-gvern li telgħu għal VRT u weħlu, s'issa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzi u Testijiet ma jżommx din it-tip ta` statistika. Iżda billi kważi il-vetturi kollha tal-Gvern għandhom in-numru tar-reġistrazzjoni jibda bl-ittra `G`, il-liċenzja tagħhom trid tiġġedded fix-xahar ta` Lulju. Għaldaqstant min minnhom imissu jagħmel it-test din is-sena, ikun jinħtieġlu jagħmel dan aktar tard din is-sena.

VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu karozzi għal VRT s'issa u kemm weħlu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mill-1 ta` Ottubru 1999 sa l-aħħar ta` Diċembru 1999 telgħu 18,062 vettura għall-`Vehicle Roadworthiness Test`. Minn dan it-test weħlu 3,224 vettura.

VRT — Scrapping ta'karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew scrapped karozzi minn mindu ddaħħlet il-VRT? Kemm minn dawn kienu telgħu għat-test u ma għaddewx?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mill-1 ta` Ottubru 1999, jiġifieri minn mindu daħal il-`Vehicle Roadworthiness Test`, sat-18 ta` Jannar 2000 ġew skrappjati 1,745 vettura. Id-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet ma jkollux informazzjoni dwar kemm minn dawn il-vetturi jkunu telgħu għat-test u ma għaddewx. Ta` min jgħid li fl-istess perjodu kienu ġew skrapjati 696 vettura fl-1996, 1055 vettura fl-1997 u 1308 vettura fl-1998.
Leg 9 PQ #12804 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Żwiemel/klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern fuq servizzi veterinarji biex jinżammu b'saħħithom u jitfiequ minn xi mard iż-żwiemel u l-klieb tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, l-ispiża totali fuq servizzi veterinarji li ngħataw lill-klieb u żwiemel tal-Korp tal-Pulizija kienet ta` Lm269.
Leg 9 PQ #12805 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Xiri ta' oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jistennew biex jixtru qabar għall-familja mingħand il-gvern? Meta hemm il-ħsieb li jibdew jintlaqgħu l-ewwel applikazzjonijiet? X'qed jagħmel il-gvern biex isolvi l-problema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum hemm 2923 persuna li għamlet talba biex tixtri qabar mingħand il-Gvern. Applikazzjonijiet jintlaqgħu kontinwament matul is-sena u jinġabru f' `Waiting List' skond iċ-ċimiterju li jiġi rikjest. Biex il-gvern ilaħħaq ma' din id-domanda ta' oqbra, qiegħed jaħdem fuq diversi estenzjonijiet ta' ċimiterji ġa eżistenti.
Leg 9 PQ #12794 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Bord ta' dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' gwardjani tal-ħabs li ttellgħu quddiem bord ta' dixxiplina intern matul is-sena 1999 u x'allegatament kien in-nuqqas tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999 in-numru ta` gwardjani li tressqu quddiem bord ta` dixxiplina interna kien ta` 52.
Leg 9 PQ #12795 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — PSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu pulizija quddiem il-PSC matul l-1999? Għaliex ittellgħu u x'weħħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, kien hemm 8 membri tal-Korp li tressqu quddiem il-Bord tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. L-akkużi jkopru traskuraġni ta` xogħol, diżubbidjenza t`ordnijiet, telf ta` riputazzjoni u kondotta ta` preġudizzju għal bon ordni. Ninsab infurmat ukoll li 7 minn dawn il-każi għadhom pendenti filwaqt li fil-każ l-ieħor il-persuna konċernata mietet.
Leg 9 PQ #12796 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Qbid ta' għasafar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għasafar u ħlejjaq oħra nqabdu mid-dipartiment matul is-sena 1999 u x'sar minnhom wara li nqabdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma jaqbad l-ebda tip ta' għasafar jew ħlejjaq oħra. L-Uffiċjali tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jgħinu lill-Dipartimenti oħra, fosthom il-Pulizija u d-Dwana, biex jidentifikaw l-ispeċi u jinformawhom liema huma protetti u liema mhumiex. Għalhekk minbarra l-fatt li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma jaqbadx għasafar u ħlejjaq oħra, lanqas ma jżomm la għasafar u ħlejjaq oħra. Dawn jinżammu mid-Dipartimenti konċernati.
Leg 9 PQ #12797 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġuniera li żaru l-isptar jew il-polikliniċi matul is-sena 1999, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm kien in-numru ta' priġunieri li qattgħu xi żmien ġewwa l-isptarijiet? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Inġenji tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm illum hawn inġenji tal-baħar li huma reġistrati bħala dawk għal skopijiet ta' fulltime fishing u part-time fishing?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Vapuri tal-gwerra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vapuri tal-gwerra li żaru l-portijiet tagħna matul is-sena 1999 u ta' liema pajjiż kienu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul 1999 żaru Malta 35 vapur tal-gwerra li ġew minn dawn il-pajjiżi. U.K. - 11 U.S.A. - 12 Franza - 5 Italja - 7 TOTAL - 35
Leg 9 PQ #12788 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Immigranti llegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu immigranti llegali matul is-sena 1999 u minn liema pajjiżi kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12789 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serqiet ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru serqiet ta' karozzi u/jew vetturi oħra matul is-sena 1999? Kemm saru serq minn karozzi u/jew vetturi matul l-istes żmien u minn liema parti ta' Malta u Għawdex saru dawn ir-reati?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li matul l-1999, il-Pulizija kellha 1,074 rapport ta` serq ta` vetturi. Minn dawn 650 ġew misjuba. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija dwar serq minn vetturi, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nri. 12085 u 12358. Infurmat ukoll li dawn ir-reati seħħew f`diversi lokalitajiet f`Malta u f`Għawdex.
Leg 9 PQ #12790 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq ta' inġenji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' serq ta' inġenji tal-baħar u minn fuq inġenji tal-baħar matul is-sena 1999? Minn fejn saru dawn ir-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, ġew irrapurtati lill-Pulizija 60 serqa ta` inġenji tal-baħar u 107 serqa minn inġenji tal-baħar, minn dawn il-lokalitajiet : B`Bugia Sliema Qawra Msida M`Scala Gżira Ta` Xbiex Qormi San Pawl il-Baħar San Ġiljan Pieta` Marsaxlokk Kemmuna Mellieħa Salina Buġibba Kalkara Xemxija Attard Mġarr (Malta) Birgu Valletta Qala Naxxar Marsa Żabbar Floriana Ġnejna l-Isla B`Kara Bormla Xlendi Marsalforn Għajsielem Żejtun Mġarr (Għawdex) Minn dawn l-inġenji 19 ġew misjuba.
Leg 9 PQ #12791 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

HIV — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-HIV matul l-1999 u kemm swew lil pajiżna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' testijiet għall-HIV I/II li saru fil-laboratorju tal-viroloġija matul is-sena 1999 ammonta għal 4032. Il-prezz tal-``kits'' biex saru dawn it-testijiet huwa ta' Lm1612.
Leg 9 PQ #12792 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Hepatitis — Persuni Pożittivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid illum kemm hawn persuni li huma pożittivi għall-hepatitis B, hepatitis C u HIV?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wieħed ma jistax jgħid kemm hawn nies pożittivi għall-Hepatitis B, Hepatitis C u HIV. Dan għaliex test pożittiv mhux notifikabbli bil-liġi. Il-każijiet akuti ta' Hepatitis B u C u każijiet ta' AIDS biss huma notifikabbli bil-liġi. In-numru ta' każijiet akuti ta' Hepatitis B, Hepatitis C, u AIDS rappurtati fl-1999 kien ta' 4, 2, u 5 rispettivament.
Leg 9 PQ #12793 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Bord ta' dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li ttellgħu quddiem board ta' dixxiplina intern matul is-sena 1999? X'rank kellhom? X'allegatament kien in-nuqqas tagħhom? X'weħħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999 kien hemm 439 membru tal-Korp li dehru quddiem il-Kummissarju minħabba li kienu kkommettew xi reat jew reati murija fl-Ewwel Skeda li tinsab ma` l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta` Malta. Il-pieni mogħtija kienu skond ma` tipprovdi l-istess Ordinanza. Dawn jinkludu reati dixxiplinari li jkopru perijodu ta` tlett snin li iżda ġew deċiżi fl-1999.
Leg 9 PQ #12782 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tfal taħt is-16-il f'diskoteki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-16-il sena ġewwa discos u parties matul is-sena 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, il-Pulizija qabdet 127 persuna taħt is-sittax-il sena ġo bars, discos jew parties.
Leg 9 PQ #12783 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tfal taħt is-16-il sena - Alkoħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jagħtu u/jew ibiegħu alkoħol lil tfal taħt is-16-il sena matul is-sena 1999? Kemm ittellgħu l-qorti persuni għal dan ir-reat u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, il-Pulizija ressqet il-Qorti 4 persuni fuq akkużi li biegħu xorb alkoħoliku lill-persuni taħt is-sittax-il sena. Wieħed ġie mmultat Lm20, filwaqt li t-tlieta l-oħra ma nstabux ħatja.
Leg 9 PQ #12784 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Logħob illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni matul is-sena 1999 allegatament jorganizzaw lotto jew logħob ieħor illegali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, il-Pulizija qabdet 41 persuna in konnessjoni ma` lottu jew logħob ieħor klandestin.