Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12861 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Karozzi involuti f'inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi tal-pulizija li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet matul is-sena 1999 u kemm nefaq il-korp biex dawn ġew irranġati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999 in-numru ta` vetturi tal-Pulizija li kienu nvoluti f`kolliżżjonijiet kien ta` 78 u li n-nefqa sabiex dawn jiġu rranġati kienet tammonta għal Lm5,458.
Leg 9 PQ #12862 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Karozzi abbandunati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru karozzi u/jew vetturi oħra mill-pulizija minħabba li dawn kienu abbandunati minn sidhom?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema perijodu ta` żmien qed jitlob dan it-tagħrif.
Leg 9 PQ #12863 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Tqassim ta' siringi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi matul is-sena 1999 miċ-ċentri tas-saħħa? Kemm tqassmu lejliet il-Milied u jum il-Milied, l-aħħar jum tas-sena u l-ewwel jum ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' siringi li tqassmu miċ-Ċentri tas-Saħħa matul l-1999 kien ta' 341,739. Is-siringi li tqassmu miċ-Ċentri tas-Saħħa fil-ġranet imsemmija huma dawn: Lejliet il-Milied tqassmu - 566 siringa Fil-Milied tqassmu - 397 siringa Fl-aħħar tas-sena - 580 siringa Fl-ewwel jum tas-sena 2000 - 447 siringa F'dawn it-totali ma jidhirx in-numru ta' siringi li tqassmu miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira għaliex hemmhekk ma jinżammux statistiċi jum b'jum imma bix-xahar.

Ċentru Detox — Numru ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li attendew fiċ-ċentru detox matul is-sena 1999? Kemm minn dawn kienu ġodda? X'eta' kellhom il-ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li attendew fiċ-Ċentru tad-Detox matul l-1999 kien ta' 797. Minn dawn, 134 kienu ġodda. L-etajiet ta' dawk ġodda huma kif ġej: ETA' IRĠIEL NISA 15 - 19 24 3 20 - 24 43 9 25 - 29 26 6 30 - 34 10 1 35 - 39 6 0 40 - 44 4 1 45 - 49 0 1 50+ 0 0 TOTAL 113 21
Leg 9 PQ #12866 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permess għal parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru parties li kellhom bżonn il-permess tal-pulizija lejliet l-ewwel tas-sena? Fejn saru u kemm kien il-massimu ta' nies li kellhom jidhru skond il-permess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar parties f`lejliet l-ewwel tas-sena li kellhom bżonn il-permess tal-Pulizija hu kif ġej : Post Nru. Massimu ta` dħul ---- --------------------- Pinto Wharf 3,520 Rinella 12,000 Sprachcafe 400 Ġnien il-Pieri 100 Palazzo Parisio 1,850 Moulin d`Or 680 Marchese Hall 140
Leg 9 PQ #12812 Sitting 233 2000-02-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' armi tan-nar reġistrati mal-pulizija fl-aħħar tas-sena 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-1999 kien hawn 61,477 oġġett li jaqa` taħt id-definizzjoni ta` arma tan-nar reġistrati mall-Pulizija li minnhom 44,000 huma snieter, 5,300 (air guns, air rifles u air pistols); il-kumplament ħafna minnhom huma armi minn kollizzjonisti.
Leg 9 PQ #12813 Sitting 233 2000-02-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Qbid ta' tajr

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew iddikjarati tajr u għasafar maqbuda mill-kaċċaturi u nassaba matul is-sena 1998, skond ma ġie ddikjarat minnhom (carnet de chasse)? X'tip ta'għasafar inqabdu, u kemm kien in-numru f'kull każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-"carnet de chasse" (li hija l-iskeda IV li tinstab annessa ma' Avviż Legali 216 ta' l-1997) tinġabar mill-Kummissarju tal-Pulizija meta tiġġedded il-liċenzja ta' l-insib u tal-kaċċa. Dawn jintbagħtu lid-Direttur tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent mill-Kummissarju. Sa llum il-ġurnata d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent irċieva biss 554 minn dawn il-"carnet de chasse". Billi huwa mifhum li liċenzja tista' tiġi mġedda sa l-aħħar tas-sena, u billi meta tiġi mġedda b'dan il-mod, il-"carnet de chasse" tinġabar dan iż-żmien, jista' jagħti l-każ li xi "carnet de chasse" li nġabru fl-aħħar ta' l-1999 għadhom ma ġewx mibgħuta lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent. Għalhekk, għadni mhinix f'pożizzjoni li nagħti t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #12814 Sitting 233 2000-02-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PSC

Question

Jista'l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni quddiem il-PSC matul is-sena 1999? Minn liema dipartimenti tal-gvern kienu u għalxiex kienu akkużati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li matul l-1999 il-każi ta' dixxiplina quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kien ta' 169. Dawn huma maqsuma f'dawn it-tlett kategoriji: (a) kazijiet kriminali fil-Qorti li fihom ikunu nvoluti uffiċjali pubbliċi 76 kazijiet dwar reati serji ta' dixxiplina li jiġu nvestigati mill-Bord tad- Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku 66 każijiet ta' tkeċċija mis-Servizz Pubbliku minħabba assentejiżmu minn fuq il-post tax-xogħol 27 Total 169 It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Nterpellant dwar f'liema Dipartimenti kienu dawn l-uffiċjali pubbliċi u fuq x'hiex kienu akkużati huwa kif jidher fit-tabelli (a), (b) u (c) li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Qrati — Kawżi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm reġistrati kawżi ġodda għal separazzjoni jew annullament taż-żwieġ matul is-sena 1999?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-1999 ġew reġistrati: 205 kawzi ta` separazzjonijiet fil-Prim`Awla li minnhom kien hemm 73 rikorsi fuq l-istess kawzi; 5 kawzi ta` separazzjonijiet ġew prezentati fil-Qorti tal-Maġistrati (Ghawdex); 75 kawzi ta` annullament fil-Prim`Awla tal-Qorti Civili; 19-il applikazzjoni fil-Qorti ta` l-Appell sabiex jiġu reġistrati annullamenti moghtija mill-Curia.

Qrati — Ġurijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti illum? Ta' xiex huma akkużati l-persuni konċernati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-24.1.2000 hemm 46 ġuri pendenti maqsumin hekk: Omiċidju Volontarju 10 Tentattiv ta` Omicidju 13 Omiċidju Involontarju 1 Serq Kwalifikat 6 Riċettazzjoni 1 Drogi 11 Falsifikazzjoni - Dokt. 2 Korruzzjoni Minorenni 1 Ikkawza Spluzzjoni 1
Leg 9 PQ #12860 Sitting 233 2000-02-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri li weġġgħu fuq ix-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li weġġgħu fuq ix-xogħol matul is-sena 1999? Kemm minn dawn weġġgħu minħabba atti ta' vjolenza minn persuna oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li b`żieda mat-tagħrif li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12697, seba` membri tal-Korp kienu weġgħu riżultat ta` vjolenza minn persuni oħra.

Djar — Persuni homeless

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għal xi żmien kienu homeless matul is-sena li għaddiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi matul is-sena li għaddiet d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali irċieva 5 applikazzjonijiet minn persuni li għal xi żmien iddikjaraw li kienu 'homeless'.
Leg 9 PQ #12807 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Bajjiet — Irwejjah

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment għandux rapporti ta'rwejjaħ insapportabbli fil-Marsa, ħdejn il-Maltacom, fil-bajja tal-Pieta' u fl-Imsida? Jekk iva, x'qed jagħmel id-diparitment?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent irċieva numru ta' rapporti ta' rwejjaħ fil-Marsa. Dawn ġew investigati u ttieħdu l-passi neċessarji biex il-problema tonqos, jekk mhux eliminata. Id-Dipartiment ma rċeviex rapporti simili minn tal-Pieta' u mill-Imsida.
Leg 9 PQ #12808 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarznara — Vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vapuri li daħlu jissewwew fit-Tarzna matul is-sena 1999? X'kien il-gross tonnage tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-tunellagg globali tal-vapuri li ssewwew fit-Tarzna ta` Malta matul l-1999 kien ta`1,793,649 tunnellata. Peress li l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija hija ta` natura kummercjali, ma nhossx li din ghandha tinghata.
Leg 9 PQ #12809 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarznari — Ftehim

Question

Għar-rigward il-ftehim li sar bejn it-Tarzna ta' Malta u n-navy Amerikana, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' vapuri navali jikkwalifikaw bħala "support ships"? Jista' jgħid jekk fuq dawn il-vapuri jistax ikun hemm materjal splussiv u/jew armi nukleari? Jekk iva, in-navy Amerikana ġiet marbuta li tavża lill-awtoritajiet Maltin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ghalkemm il-ftehim li gie ffirmat bejn it-Tarzna ta` Malta u n-Navy AMerikana ma jispecifikax id-definizzjoni ta` `vapur awziljari`, madanakollu ghal dan it-tip ta` vapur wiehed jifhem vapur li m`ghandux `propulsive attack systems`. It-Tarzna ta` Malta ghandha d-dritt li ma titfax offerti ghal xi vapur li, matul iz-zmien li jkun f`Malta, ikollu fuqu splussivi jew armamenti nukleari, waqt li n-Navy Amerikana trid tiddikjara jekk dawn ikunux abbord.
Leg 9 PQ #12810 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Armi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati armi ġodda mal-pulizija fl-1999? X'tip ta' armi kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, ġew irreġistrati mall-Pulizija 1,591 arma. Dawn kienu jikkonsistu f`diversi tipi ta` air guns, air rifles, pistols, revolvers, muskets, machine guns, shot guns u rifles, li minnhom 1001 huma snieter (shotguns), 142 (air rifles), u 137 (air pistols).
Leg 9 PQ #12811 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi għal kaċċa u nsib

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi ġodda għall-kaċċa u nsib matul is-sena 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999 inħarġu mill-Pulizija 412 liċenzji ġodda għall-kaċċa u 65 liċenzja ġdida għall-insib.
Leg 9 PQ #12800 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Clamping/towing ta' vetturi

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew clamped u towed karozzi matul is-sena 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999, in-numru ta` vetturi li ġew irmunkati u kklampjati mill-Pulizija kien ta` 4,397 u 309 rispettivament.