Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12888 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Użu ta' airguns

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija tellgħatx il-Qorti jew hijiex se ttella' nies il-qorti talli allegatament sparaw airguns meta dan m'huwiex permess? Jekk iva, kemm inqabdu nies jagħmlu dan?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-perijodu li dwaru qed tintalab din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #12889 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Bidnija — Fiera

Question

Billi is-sena l-oħra ġiet organizzata fiera ġo skola u anke kompetizzjoni ġewwa il-Bidnija fejn saħansitra ġew anke ippubblikati ritratti fil-gazzetti u ismijiet ta' nies li rebħu, jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija irnexxielhiex taqbad lil min organizza dan u min ħa sehem ġo dawn l-attivitajiet ta' sparar ta' airguns li s'issa huma llegali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li għamlet, il-Pulizija ma ntraċċatx lill-dawk il-persuni li għalihom saret referenza fil-Mistoqsija. Pero` ninsab infurmat li hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti kontra s-segretarju ta` club talli żamm u opera range fil-Bidnija mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija u talli ppermetta li persuni mhux liċenzjati jagħmlu użu minnha. Ta` min jgħid illi dawn l-attivitajiet m`humiex illegali, sakemm ikunu koperti b`liċenzja.
Leg 9 PQ #12890 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Kaċċaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu persuni għall-kaċċa barra minn Malta matul is-sena 1999? Jista' jgħid kemm ġabu għasafar lura magħhom għall-ibbalzmar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent la jikkontrolla u lanqas iżomm tagħrif fuq dawk li jmorru barra l-pajjiż għall-kaċċa. Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jikkummenta fuq l-applikazzjonijiet għall-importazzjoni ta' annimali, jagħti parir u jiddentifika l-ispeċi ta' annimali, ħajjin jew mejtin, jew partijiet minnhom, li jiġu mportati. Bħala regola, id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma jżommx tagħrif fuq dawk l-annimali li jiġu mportati li l-ispeċi tagħhom mhix imħarsa bil-liġi Maltija. Dan it-tagħrif jinżamm minn Dipartiment ieħor. (Dipartiment tad-Dwana) Dawk l-ispeċi ta' annimali kaċċabbli li huma mħarsa bil-liġi Maltija u li jiġu mportati wara li jkollhom l-approvazzjoni uffiċjali minn Dipartiment tal-Gvern tal-pajjiż minn fejn ikunu qed joriġinaw, jiġu mmarkati mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent u b'hekk dan jippermetti li l-pussess tagħhom ikun wieħed legali. Matul l-1999 ġew impurtati għasafar mejta li kienu kkaċċjati kif jidher hawn taħt: 1) Mill-Eġittu: numru ta' ġlud ta' għasafar impurtati - 2178 2) Mir-Renju Unit: numru ta' ġlud ta' għasafar impurtati u mmarkati - 371 3) Mir-Russja: numru ta' ġlud ta' għasafar impurtati - 148.

Impjiegi — Persuni mweġġa' fuq ix-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu persuni fuq ix-xogħol matul is-sena 1999? Kemm minn dawn kienu mal-gvern, korpi parastatali, awtoritajiet, mal-privat u self-employed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' talbiet li kellu d-Dipartiment fis-sena 1999 kien ta' 5,151. Minn dan in-numru kien hemm 4,647 persuna li weġgħu bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u l-31 ta' Diċembru, 1999. Dawn it-talbiet kienu mqassmin kif indikat hawn taħt: IMPJEGATI MA' NISA IRĠIEL TOTAL ------------- ---- ------ ----- Privat 381 2,324 2,705 Gvern 85 386 471 Parastatali 36 357 393 Malta Drydocks 1 782 783 Għar-rashom 5 290 295 TOTAL 508 4,139 4,647 ----- --- ----- -----

Impjiegi — Ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni 'l fuq min 61 li qed jaħdmu illum? Kemm minn dawn huma mal-gvern, mal-privat, ma' korpi parastatali, ma' awtoritajiet u self-employed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni 'l fuq minn 61 sena li kienu jaħdmu f'Diċembru 1999 kien ta' 2,715 (il-figura teskludi l-gvern). Skond informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, f'Diċembru 1999 kien hemm 1,254 persuna jaħdmu mal-privat, 89 ma' korpi parastatali u ma' awtoritajiet, filwaqt li 1,372 persuna kienu self employed. Rigward il-figura ta' numru ta' ħaddiema li jaħdmu mal-gvern li għandhom il-fuq minn 61 sena din tista' tinġabar mill-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #12881 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Knejjes/Istituzzjonijiet — Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru serqiet minn knejjes u istituzzjonijiet reliġjużi matul is-sena 1999? Kif saru, x'insteraq u kemm ġew solvuti każijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentru Detox — Għoti ta' methadone

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw litri ta' methadone miċ-ċentru tad-droga lil persuni li jabbużaw mid-droga miċ-ċentru tad-detox matul is-sena 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Matul is-sena 1999, ingħataw 5,074.696 litri ta' Methadone miċ-Ċentru tad-Detox ġewwa l-Isptar San Luqa.
Leg 9 PQ #12883 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Test tal-breathalyser

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta'persuni li fuqhom sar it-test tal-breathalyser matul is-sena 1999 u kemm minnhom kienu fil-pożittiv? Kemm saru fl-aħħar u fl-ewwel tas-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, in-numru ta` testijiet tan-nifs lill-sewwieqa ta` vetturi bil-mutur, li l-Pulizija għamlet wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv, kien ta` 160. Minn dan in-numru ta` testijiet, 122 irriżultaw pożittivi. Ninsab infurmat ukoll li fil-lejl ta` l-aħħar tas-sena saru 4 testijiet tan-nifs.
Leg 9 PQ #12884 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri li nstabu jbatu min effett ta' teħid ta' droga meta dawn kienu miżmuma l-ħabs?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999, in-numru ta` priġunieri l-ħabs ta` Kordin li bħala rutina sarilhom test tal-urina kien ta` 620, li minnhom, 46 irriżultaw pożittivi għad-droga.

ETC — Tfal jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-16-il-sena jaħdmu bla permess matul is-sena 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Matul l-1999, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, qabdet 79-il persuna taħt is-16 il-sena li kienu qegħdin jaħdmu bla permess. Dawn kienu imqassmin hekk:- Jannar 2 Frar 7 Marzu 5 April 3 Mejju 7 Ġunju 8 Lulju 5 Awissu 4 Settembru 16 Ottubru 7 Novembru 12 Diċembru 3

ETC — Tfal jaħdmu

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn tfal taħt is-16-il-sena li qed jaħdmu bil-permessi neċessarji illum? Kemm kien in-numru ta' tfal li ngħataw permess jaħdmu is-sena li għaddiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fir-rigward ta' l-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

ETC — Persuni li nqalgħu minn fuq ir-reġistru

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul is-sena 1999, u li nqalgħu min fuq ir-reġistru (part A) għaliex inqatgħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li nqatgħu minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru waqt li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul is-sena 1999 kien kif ġej: 399 nqatgħu għax irrifjutaw xogħol; 465 nqatgħu għax instabu jaħdmu; filwaqt li 62 nqatgħu għax m'attendewx xi taħriġ offrut mill-Korporazzjoni.

ETC — Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm bdew jirreġistraw persuni ġodda għax-xogħol xahar b'xahar matul is-sena 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li bdew jirreżistraw għax-xogħol xahar b'xahar matul is-sena 1999 kien kif ġej: Jannar 1999 - 321 Frar 1999 - 295 Marzu 1999 - 269 April 1999 - 303 Mejju 1999 - 274 Ġunju 1999 - 297 Lulju 1999 - 726 Awissu 1999 - 686 Settembru 1999 - 424 Ottubru 1999 - 448 Novembru 1999 - 291 Diċembru 1999 - 246

Sigurta Soċjali — Nies boarded out

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew boarded out persuni matul is-sena 1999? X'tip ta' marda kellhom u x'eta' kelhom f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika li tinżamm mid-Dipartiment hija n-numru ta' persuni li ġew mogħtija pensjoni ta' l-Invalidita' matul is-sena. Għalhekk qed nirriproduċi tabella bl-istatistika dwar persuni li ngħataw pensjoni ta' l-Invalidita' wara li ġew boarded out mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali matul l-1999. PERSUNI LI ĠEW BOARDED-OUT MATUL L-1999 Etajiet Numru ta' Persuni ------- ----------------- 20 sena sat-30 sena 6 31 sena sal-40 sena 27 41 sena sal-50 sena 143 l' fuq minn 50 sena 576 TOTAL 752 ----- ---

Sigurta' Soċjali — Tilwimiet industrijali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati tilwimiet industrijali matul is-sena 1999 u liema kienu l-azjendi, korpi parastatali u/jew dipartimenti tal-gvern milquta f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tnejn u disgħin (92) tilwima industrijali ġew reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg matul is-sena 1999. Tlieta u tletin (33) minnhom jikkonċernaw korpi parastatali / awtoritajiet / korporazzjonijiet tal-Gvern, waqt li disa u ħamsin (59) minnhom jikkonċeraw stabbilimenti privati. Qiegħed inpoġġi listi ta' dawn it-tilwim industrijali fuq il-Mejda tal-Kamra.

SVPR — Residenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm residenti ġewwa l-iSptar San Vincenz de Paule fl-aħħar tas-sena li għaddiet? Kemm kien l-ammont ta' flus miżmum mill-gvern mill-pensjonijiet ta' dawn il-persuni s-sena li għaddiet u kemm huwa maħsub li se jżomm il-gvern din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-aħħar ta' Diċembru 1999 in-numru ta' residenti fir-Residenza ta' San Vinċenz kien 1014. L-ammont ta' flus li nżamm mill-pensjonijiet ta' dawn ir-residenti matul l-1999 kien jammonta għal madwar Lm500,000. Minn din is-sena, kull persuna residenti f'San Vinċenz de Paule ser tiġi mitluba tikkontribwixxi 60% tad-dħul tagħha, basta dan l-ammont ma jaqbiżx is-Lm6 kuljum u basta din l-istess persuna ma tibqax b'inqas minn Lm550 f'idejha fis-sena. F'kull każ, il-flus kollha miġbura mingħand ir-residenti f'San Vinċenz de Paule jiġu mgħoddija lill-Welfare Committee.
Leg 9 PQ #12868 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

AFM — Reklutaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li applikaw għall-eżami għar-reklutaġġ fl-AFM? Kemm weħħlu mill-physical u kemm mill-eżami bil-miktub?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li applikaw 942 persuna għall-eżami għar-reklutaġġ ta' suldati fil-Forzi Armati ta' Malta. L-eżami kien jikkonsisti fi tlett partijiet: (1) Physical Fitness Test; (2) Eżami bil-miktub fl-Ingliż, fil-Malti u Matematika; u (3) Intervista Mill-ewwel parti (Physical Fitness) għaddew 387, weħlu 419 u 136 kienu asssenti. Mit-tieni parti (Eżami bil-miktub) għaddew 101, weħlu 253 u 33 kienu assenti. Mit-tielet parti (Intervista) għaddew 93, weħlu 4 u 4 kienu assenti.

Servizzi Soċjali — Benefiċċji għall-korriment

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħallas flus id-dipartiment tas-servizzi soċjali għal benefiċċji għall-korriment fuq ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Benefiċċju mħallas f'Benefiċċju tal-Korriment kien jammonta għas-somma ta' Lm428,642 (Ċifra provisorja). Is-somma li tħallset bħala Għotja għall-Korriment laħqet is-somma ta' Lm112,823.