Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu kaċċaturi u nassaba l-qorti matul is-sena 1999 u x'tip ta' reat allegatament wettqu dawn il-persuni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-1999 tressqu quddiem il-Qorti 173 persuna fuq reati konnessi mar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riservi Naturali); l-Ordinanza dwar l-Armi Kap. 66.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li kienu vittmi ta' xi reat matul is-sena 1999 xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn kienu jinkludu kull tip ta` reat eż. Serq minn jew ta` vettura ta` persuna l` fuq minn 60 sena. Reati ta` vjolenza fuq il-persuna kienu ta` 17.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni minn pajjiżi membri ta' l-EU li għandhom permess jaħdmu Malta u kemm hemm applikazzjonjiet pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li ġejjin minn pajjiżi membri ta` l-EU li għandhom permess jaħdmu Malta hu ta` 859. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar minn liema pajjiżi ġejjin il-persuni li dwarhom hemm applikazzjonijiet pendenti. It-total ta` dawn l-applikazzjonijiet hu ta` madwar 770.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus persuni mqabbda mill-Qorti biex iservu bħala "esperti tal-Qorti" matul is-sena 1999? kemm kien in-numru ta' persuni li tħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpelant illi l-ammont ta` flus imħallsa direttament mill-Qorti lill-persuni li servew bħala `esperti tal-Qorti` kien ta` LM231,733.
In-numru ta` esperti tal-Qorti li tħallsu kien ta` 192.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirlhom operazzjoni ta' hip replacement u knee replacement u kemm ilhom jistennew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Persuni li qed jistennew biex issirilhom operazzjoni ta' hip replacement hemm 172.
Persuni li qed jistennew biex issirilhom l-operazzjoni ta' knee replacement hemm 843.
L-aktar persuna li ilha fuq il-waiting list ilha tistenna madwar 20 xaar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' suwiċidji u/jew attempted suicide matul is-sena 1999? Kemm kienu nisa u rġiel u x'eta' kellhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mir-rekords tad-Diviżjoni tas-Saħħa kien hemm 25 każ ta' suwiċidju fl-1999. Minn dawn kien hemm 3 nisa u 22 rġiel. L-etajiet kienu kif ġej:-
Rġiel Nisa
____________________________________________ __
30 sena jew taħt 5 0
31 sa 40 sena 6 0
41 sa 50 sena 7 1
51 sa 60 sena 1 0
61 sena 'l fuq 3 2
_______________________________________________
TOTAL 22 3
(ii) Attempted Suicide
It-terminu `attempted suicide' mhuwiex preċiż fis-sens illi mhux kull min jagħmel ħsara lilu nnifsu għal tapposta jkun qed jipprova jikkommetti suwiċidju. Għaldaqstant jintużaw it-termini `deliberate self harm' jew `parasuicide', termini aktar preċiżi.
Matul l-1999 kien hemm 21 każ ta' deliberate self harm li ġew ammessi fl-isptarijiet tagħna.
Kien hemm 9 nisa u 12-il raġel. L-etajiet kienu kif ġej:-
Rġiel Nisa
____________________________________________ ____
taħt 30 sena 0 4
31 sa 60 sena 10 5
61 sena 'l fuq 2 0
_______________________________________________ _
TOTAL 12 9
(iii) Ta' min iżid illi kien hemm ukoll 205 każ ta' overdose li ddaħħlu fl-isptarijiet u li dwarhom saret konsulta psikjatra bħala parti mill-assessment. Dawn kienu mqassma f'86 raġel u 119-il mara.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru searches mill-AFM fuq il-baħar u permezz tal-ajru matul is-sena 1999? Kemm minn dawn irriżultaw fil-pożittiv u kemm ġew salvati persuni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li matul l-1999, il-Forzi Armati ta' Malta wettqu total ta' 188 tfittxija fuq il-baħar li minnhom 80 saru mill-ajru u 108 mill-baħar. B'kollox ġew assistiti mitejn u żewġ (202) persuni li minnhom ħamsa (5) kienu f'periklu serju.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru bomb searches matul is-sena 1999? Kemm minn dawn kienu bomb hoaxes?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li matul l-1999, is-Sezzjoni tal-Bombi tal-Forzi Armati wettqet 95 tfittxija għhal-bombi u nvestigat 14-il suspett ta' Improvised Explosive Devices. Fil-każi kollha r-riżultat kien negattiv.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew difused u/jew meqruda bombi u/jew ordinanza oħra tal-gwerra matul is-sena li għaddiet? X'tip ta' ordinanza kienet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li n-numru u t-tip ta' bombi u/jew ordinanza oħra li ġew defused u/jew meqruda mis-Sezzjoni tal-Bombi tal-Forzi Armati matul l-1999 hu:
German 500kg WWII Bomb 1
German 250kg WWII Bombs 2
British WWII Projectile Airburst Fuse 1
British WWII Non-contact Mine 1
British 15 lb WWII Aerial Bomb 1
German SD 50kg WWII Bomb 1
British WWII Anti-Sub Mine 1
British Hand Grenades 3
British 20mm Rounds 31
British 40mm Cartridges 2
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm teachers barranin jaħdmu mal-gvern illum? X'suġġetti jgħallmu u minn liema pajjiżi huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm tnax-il barrani li qed jgħallmu fi skejjel ta' l-Istat. Dawn il-barranin huma tan-nazzjonalita`, u jgħallmu s-suġġetti, kif indikati hawn taħt:
Nazzjonalita` Suġġett
Awstraljana Matematika
Ingliż GSK Operational Safety
Ingliża Vuċi
Taljana Arpa
Czeck Computer
Niġerjan Ġjografija
Amerikan Ġermaniż
Ġordaniż Matematika
Tuneżin Franċiż
Taljan Pjanu, Chamber Music
Ingliż Computer
Inżliż Nautical Studies
Jista' l-Ministru jgħid kemm jaħseb li nefaq il-ministeru matul is-sena 1999 fuq xogħol u safar konness mal-proċess ta' l-iscreening bejn Malta u l-EU?
Response (BORG, JOE)
In-nefqa tal-Ministeru fuq safar konness mal-proċess ta'l-iscreening matul is-sena 1999 kien ta' Lm30,250. Din hi cifra proviżorja għar-raguni li xi ftit rendikonti ta' spejjeż għadhom ma ġewx sottomessi lill-Ministeru. Ic- cifra finali mistennija tkun inqas minħabba f'numru sewwa ta' skonti li għad iridu jingħataw fuq l-ispejjes ta' l-ajru mill-Air Malta.
L-Onorevoli Interpellant japprezza illi mhux possibli tagħti ċifra dwar neqfa fuq xogħol tal-Ministeru konness mal-proċess ta' l-iscreening dwar Malta u l-UE.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna ambaxxati Maltin u f'liema pajjiżi huma?
Response (BORG, JOE)
In-numru t'ambaxxati Maltin huwa għoxrin u jinsabu f'dawn il-pajjiżi:-
- Awstralja
- Awstrija
- Belġju
- Ċina
- Eġittu
- Franza (Pariġi)
- Franza (Strasbourg - Rappreżentanza Permanenti ta' Malta
għall-Kunsill ta' l-Ewropa)
- Ġermanja
- Iraq
- Italja
- Libja
- Renju Unit
- Russja
- Saudi Arabja
- Spanja
- Stati Uniti ta' l-Amerika (New York - Missjoni Permanenti
ta' Malta għal-Ġnus Magħquda)
- Stati Uniti ta' l-Amerika (Washington)
- Svezja
- Svizzera
- Tunisija
Hemm ukoll Konsolati Ġenerali f'Toronto l-Kanada, f'Sydney u Melbourne, l-Awstralja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni barranin li kienu in-patients għal xi żmien ġewwa sptarijiet tagħna matul is-sena 1999? Minn liema pajjiżi kienu? Kemm kienet is-somma ta' flus li ntalbu jħallsu dawn il-persuni u kemm fil-fatt tħallsu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar pazjenti barranin hija kif ġej:-
Sptar Nru. ta' pazjenti Somma li Somma li
ntalbu jħallsu thallset
(Lm) (Lm)
____________________________________________ _____________________
San Luqa 1419 308,690 111,655
Monte Karmeli 45 4,930 85
Boffa 9 4,800 2,313
___________________________________________ ______________________
Il-pazjenti kienu minn dawn il-pajjiżi:- Renju Unit, Malasja, Svezja, Portugal, Awstrija, Palestina, Tuneżija, Kanada, Stati Uniti, Ġermanja, Libya, Filippini, Somalia, Alġerija, Danimarka, Eġittu, Libanu, Marokk, Slovakkja, Italja, Ġappun, Olanda, Norveġja, Turkija, Irlanda, Svizzera, Spanja, Franza, Belġju, Ċina, Russja, Iraq u Niġerja.
Dwar pazjenti fl-Isptar Monte Karmeli, ta' min jirrimarka illi persuni li jiddaħħlu kontra r-rieda tagħhom huma eżenti mill-ħlas.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żwiemel u klieb li għamel użu minnhom il-korp tal-pulizija fl-aħħar għaxar snin? Xi jsir min dan il-"membru" tal-Korp meta dan, jew jimrad, jew "jirtira" jew ma jkunx tajjeb iżjed għax-xogħol rikjest minnu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` żwiemel u klieb li għamel użu minnhom il-Korp tal-Pulizija tul dawn l-aħħar għaxar snin kien kif ġej : -
Sena 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 1999
---- ---- ---- ---- ---- ---- ---- ---- ---- ---- ----
Żwiemel 26 26 24 21 18 18 22 20 20 23
Klieb 20 25 25 26 26 28 28 28 34 34
Ninsab infurmat ukoll li meta żiemel jew kelb ma jibqax tajjeb għax-xogħol tal-Pulizija minħabba mard, jiġi mitlub il-parir tal-Veterinarju tal-Gvern li jew jordna li tingħata l-kura meħtieġa jew jekk ma jkunx il-każ ta` fejqan, iż-żiemel jew kelb jiġi mraqqad. Jista` jkun ukoll il-każ illi ż-żiemel jew kelb jingħata lura lill-persuna li tkun oriġinarjament tagħtu lill-Korp jew ikun offrut lil xi għaqda filantropika.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irraportati każi ta' sajd illegali lill-AFM matul is-sena 1999? Kemm inqabdu sajjieda barranin?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li matul l-1999, il-Forzi Armati waslulhom żewġ rapporti ta' sajd illegali. It-tnejn ġew investigati. Fl-ewwel każ inġabar tul ta' xibka tal-parit 'il barra minn San Giljan. Is-sid tax-xibka baqa mhux magħruf. It-tieni każ kien jikkonċerna skuna tas-sajd Taljana li nstabet minn helicopter tal-FAM, tkarkar madwar 20 mil 'il barra (jiġifieri fl-ibħra tas-sajd Maltin) li iżda laħqet ħarbet qabel ma setgħu jintervjenu patrol boats tal-FAM. Sar rapport lill-Awtoritajiet Taljani dwar dan l-inċident.
Barra minn hekk il-FAM interċettaw tlett skejjen tas-sajd Maltin li kienu qegħdin ikarkru 'l ġewwa minn tliet mili mill-kosta. B'kollox 10 persuni u qabdiet ta' hut ngħataw f'idejn il-Pulizija għal iktar investigazzjonijiet.
Ma nqabdu l-ebda sajjieda barranin.