Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu ħlasijiet pendenti d-dipartiment mal-importaturi tal-mediċini llum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ammont dovut sa l-aħħar ta' Settembru 2007 lill-importaturi lokali tal-mediċini hu ta' Lm8,660,732. Dawn jinkludu l-invoices ta' mediċini li rċieva d-dipartiment, ġew iċċertifikati u li daħlu fis-sistema tal-finanzi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi ta' bomb hoaxes din is-sena u fejn saru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007, il-Pulizija kellha tletin rapport ta' bomb hoax, kif jidher hawn taħt:-
Balzan
1
Pieta’
3
Valletta
8
Fgura
1
Rabat
1
Xagħra
1
Gżira
2
San Ġiljan
2
Żabbar
1
Kirkop
1
Santa Venera
1
Żejtun
1
Mosta
1
Sliema
1
Pembroke
1
Swieqi
3
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' servizzi se jkunu offruti bi ħlas ġo l-Isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sal-lum is-servizzi ppjanati li jkunu offruti bi ħlas ġo l-isptar Mater Dei huma l-istess servizzi li preżentament qed jiġu offruti bi ħlas fl-isptar San Luqa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ġodda ta' hansen's disease jew lebbra kull sena għal dawn l-aħħar 5 snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' każijiet ġodda rraportati ta' Hansen's Disease jew lebbra f'dawn l-aħħar ħames snin jidhru fit-tabella hawn taħt.
Sena
Marda
Numru ta' każijiet
2003
Lebbra
-
2004
Lebbra
-
2005
Lebbra
-
2006
Lebbra
-
2007 *
Lebbra
1
* Figuri korretti sal-28 ta' Settembru 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn każi ta' HIV, AIDS illum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' każijiet ta' HIV/AIDS illum jidhru fit-tabella hawn taħt:
Sena
Marda
Numru ta' Każijiet
2007 *
HIV
75 **
2007 *
AIDS
69
* Figuri korretti sal-11 ta' Ottubru 2007
** Dawn il-każijiet jinkludu cluster ta' żewġ każijiet
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni kawża ta' mard infettiv din is-sena u x'mard kien?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kien hemm ħames imwiet kawża ta' mard infettiv sa Settembru ta' din is-sena.
Il-mard kienu:
Legionella (2 mwiet)
Tubercolosis (1 mewt)
Hepatitis C, chronic (1 mewt)
Acute Necrotizing Fascitis - Steptococcus Pyogenes (1 mewt)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' mard infettiv din is-sena u x'kien?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' każijiet notifikati ta' mard infettiv qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' suldati li ttieħdu passi dixxiplinarji kontrihom din is-sena u għaliex? X'rank kellhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li mill-ewwel ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Settembru 2007 kien hemm 74 suldat li ttieħdu passi dixxiplinarji kontrihom. Ir-rankijiet ta’ dawn is-suldati kienu Gunner, Lance Bombardier u Warrant Officer Class II.
Ir-reati kienu dawk kontra ‘Nuqqas ta’ Ubbidjenza ta’ Ordnijiet Permanenti, Nuqqas għad-Detriment kontra l-bon’ordni tad-Dixxiplina Militari, Insubordinazzjoni, Assenza mingħajr permess, Serq ta’ proprjetà pubblika, Ħsara bi traskuraġni fi proprjetà tas-servizz u Reati li jikkonċernaw dmirijiet ta’ Sentinella.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għaddiet flus Malta lill-Unjoni Ewropea din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tul is-sena 2007 Malta ħallset lil Unjoni Ewropea s-somma ta’ Lm17,574,014.94.
Jekk wieħed iqabbel x’ħallset Malta lil Unjoni Ewropea u x’daħlet Malta mingħand l-Unjoni Ewropea mis-sena 2004 sal-lum insibu bilanċ favur Malta ta’ Lm136,262,989.62.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting time biex isir appuntament għal kull professur/speċjalista fid-dipartiment ta' l-out patient illum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27706, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista li turi l-waiting time biex isir appuntament mhux urġenti għal kull professur fid-dipartiment ta' l-Out Patients.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu nies l-qorti fuq moħqrija ta' annimali din is-sena? X'kienet l-abbuż u x'weħlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007, il-Pulizija ressqet għaxar persuni quddiem il-Qorti fuq akkużi ta' moħqrija fuq annimali. Minn dawn, każ wieħed ġie deċiż fejn il-persuna instabet ħatja u ġiet immultata Lm100. Il-każijiet l-oħrajn għadhom pendenti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa l-ktejjeb pubbliċitarju "Għal Familja Aħjar" li tqassam f'kull dar dan ix-xahar? Fejn ġie stampat dan il-ktejjeb maħruġ mill-uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ppubblika ktejjeb “Familji fis-Sod” bl-iskop ewlieni li jgħarraf aktar lill-160,000 dar residenzjali li hawn f’Malta u Għawdex dwar il-proposti ewlenin li hemm fid-Dokument ta’ Qabel il-Baġit “Familji fis-Sod”. Dan il-ktejjeb li kien parti essenzjali mill-proċess ta’ konsultazzjoni bi preparazzjoni għall-Baġit 2008 tqassam fil-ġranet li għaddew u kellu dawn l-ispejjeż:
Disinn Lm 1,656
Stampar Lm17,988
Posta Lm 2,980
Total Lm22,624
Ix-xogħol ta’ stampar ġie kkummissjonat mill-istamperija tal-Gvern. Dan ifisser li b’kollox kull ktejjeb sewa’ 14-il ċenteżmu u milleżmu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn barranin jaħdmu Malta llum u x'tip ta' xogħol jagħmlu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta’ barranin li qegħdin jaħdmu Malta sad-29 ta’ Settembru, 2007, huwa ta’ 5,765 (EU u non-EU).
Ser ngħaddi lista bl-informazzjoni mitluba lill-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu part-time illum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, ibbazata fuq l-engagement u t-termination forms li jintbagħtu mill-employers skond il-Legal Notice 110 dwar 'manpower records', sa l-aħħar ta' April 2007, kien hemm 44,811-il persuna li jaħdmu xogħol part time. minn dawn 25,066 persuna, il-part time huwa x-xogħol prinċipali tagħhom filwaqt li 19,745 persuna kellhom xogħol part time barra x-xogħol prinċipali tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi ta' sexual harrassment ġo ċentri edukattivi post sekondarji din is-sena? F'liema istituzzjonijiet saru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma ġie rrapurtat l-ebda kaz ta' sexual harassment ġewwa ċentri edukattivi post-sekondarji.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mpjegati taċ-Ċivil li tkeċċew din is-sena u għaliex? Fejn kienu jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi s’issa din is-sena kien hemm sebgħa uffiċjali pubbliċi li tkeċċew mis-Servizz Pubbliku.
It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onorevoli Interpellant jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każi quddiem il-PSC llum u għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm għaxar każijiet ta’ dixxiplina quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi għaliex dawn il-każijiet tad-dixxiplina għadhom quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.