Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li żaru d-diversi mużewijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern? Jista' jgħid u jagħti breakdown ta' kull mużew partikolari?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Onor. Membru ma speċifikax perjodu partikolari, sejjer nagħti n-numru ta' nies li żaru l-Mużewijiet matul is-sena li għadha kif spiċċat. Għaldaqstant informat li n-numru ta' nies li żaru l-mużewijiet u siti storiċi fis-sena 1999 huwa kif ġej:
Mużew/Sit storiku Numru ta' viżitaturi
Jannar - Diċembru 1999
Mużew ta' l-Arkeoloġija 74,603
Mużew ta' l-Arti 32,865
Mużew ta' l-Istorja Naturali 16,529
Mużew tal-Fdaliet Rumani 61,446
Għar Dalam 98,141
Tempji ta' Ħaġar Qim 134,927
Palazz ta' l-Inkwiżitur 44,503
Mużew Marittimu 36,910
L-Armerija, il-Palazz 97,376
State Rooms, il-Palazz 128,887
Katakombi ta' San Pawl 86,041
Tempji ta' Ħal Tarxien 123,104
Mużew tal-Gwerra 40,238
Mużew ta' l-Arkeoloġija, Għawdex 20,177
Mużew tal-Folklore, Għawdex 18,481
Mużew tax-Xjenza Naturali, Għawdex 10,944
Tempji tal-Ġgantija, Għawdex 176,619
Il-Mitħna ta' Kola, Għawdex 42,933
TOTAL 1,244,724
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew vapuri tat-turisti ġewwa pajjiżna matul is-sena 1999 u kemm kien in-numru ta' turisti li żaru pajjiżna dawn il-cruise liners?
Response (REFALO, MICHAEL)
Għalkemm l-Onor. Interpellant messu għamel din il-Mistoqsija lil sieħbi l-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni ninfurmah li mill-istatistika pubblikata joħroġ li fl-1999 dehru Malta 248 'cruise liner' b'192,785 turist fuqhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati għasafar, rettili u annimali eżotiċi oħra matul is-sena 1999 u x'tip kienu f'kull każ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma jżommx tagħrif fuq in-numru ta' annimali eżotiċi li jiġu importati, ħlief dawk li huma mħarsa taħt il-Ftehim dwar il-Kummerċ Internazzjonali dwar speċi ta' Flora u Fawna li huma mhedda (CITES). Tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant li jiġbor fih in-numru ta' annimali eżotiċi kollha li kienu, jew huma, importati, kemm jekk dawn huma CITES, kemm jekk le, jista' jinġabar mingħand id-Dipartiment tad-Dwana.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni l-isptar lejliet il-Milied u fil-Milied li għadda kif ukoll lejliet is-sena il-ġdida u fl-ewwel tas-sena minħabba xorb żejjed u teħid ta' droga?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Data Numru ta' pazjenti Admissions to Discharged at
li daħlu l-isptar wards request
kawża ta' xorb
________________________________________________ ________________
24.12.99 7 - 2
25.12.99 - - -
31.12.99 5 - 1
1.1.00 14 - 4
_______________________________________________ __________________
Data Numru ta'pazjenti Admissions to Discharged at
li daħlu l-isptar wards request
kawża ta' droga
________________________________________________ _________________
24.12.99 - - -
25.12.99 1 M2 -
31.12.99 - - -
1.1.00 - - -
________________________________________________ _________________
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' kanċer ġodda matul is-sena 1999? X'tip ta' kanċer f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi n-numru ta' każijiet ġodda ta' `malignant neoplasms' misjuba fl-1999 u li ġew reġistrati s'issa fir-Reġistru Nazzjonali tal-kanċer. Dawn il-figuri huma strettament proviżorji. Il-każijiet huma mqassmin skond il-parti affettwata mill-kanċer. Il-klassifikazzjoni `International Classification of Diseases for Oncology - Second Edition' (ICD-O-2) intużat għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew misjuba ħatja persuni mill-qorti fuq reati konnessi ma' droga matul is-sena 1999? X'kien ir-reat, x'weħlu f'kull każ u kemm minnhom kienu repeated offenders?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-1999, in-numru ta` persuni li ġew misjuba ħatja mill-Qorti fuq reati konnessi ma` droga kien ta` 282. Minn dawn 86 kienu reċedivi. Is-sentenzi kienu jinkludu ħabs, multa, probation, sentenza sospiża, u liberta` kundizzjonata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu ħatja persuni fuq serq matul is-sena 1999? Kemm kien gravi r-reat u x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-1999 in-numru ta` persuni li ġew misjuba ħatja ta` serq kien ta` 296. Il-pieni mogħtija kienu jvarjaw bejn multa, ħabs, probation, liberta` kundizzjonata u sentenza sospiża.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistraw żweġijiet reliġjużi matul is-sena 1999 u kemm ċivili? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni ddivorzjati u/jew li kellhom żwieġ annullat li żżewġu biċ-ċivil matul is-sena 1999?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-1999, in-numru ta` żweġijiet li ġew irreġistrati f`Malta u f`Għawdex bil-forma reliġjuża kien ta` 1,952, filwaqt li n-numru ta` ta` 434.
Ninsab infurmat ukoll li mill-persuni li żżewġu biċ-ċivil, 155 kienu divorzjati jew kellhom żwieġ annullat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru tas-single parent families illum? Kemm hemm tfal f'dawn is-single parent families? Kemm hemm nisa u/jew irġiel illum li huma l-kap ta' dawn il-familji? Kemm minn dawn il-familji huma hekk minħabba: (a) divorzju; (b) separazzjoni; (ċ) mewt ta' membru ieħor tal-familja jiġifieri widows u/jew widowers; u (d) single unmarried mothers?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-informazzjoni meħuda mill-ktieb "Women & Men 1999" ippubblikat f'Diċembru 1999 mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika, sal-1995, l-aħħar tagħrif miġbur, kien hemm 6582 single parent families li fihom kien hemm 2226 tifel u tifla. Nisa li huma kap f'dawn il-familji kien hemm 5250 filwaqt li rġiel kien hemm 1332.
Minn dawn il-familji 190 huma mifruda minħabba divorzju jew annullament, u 1263 minħabba separazzjoni.
4820 familja oħra huma romol.
281 huma single unmarried mothers u 28 huma single unmarried fathers.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern fuq restawr u żamma ta' swar, fortizzi u tempji neolitiċi sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Għal dak li għandu x'jaqsam man-nefqa fuq restawr tas-swar u fortizzi, nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru għall-Ambjent.
L-informazzjoni dwar in-nefqa fuq restawr għat-tempji neolitiċi f'dawn l-aħħar għaxar snin ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sentenzjati persuni u mibgħuta l-ħabs matul 1999? Kemm kienu nisa u rġiel u x'tip ta' reat għamlu? Kemm weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-1999 in-numru ta` persuni li ddaħħlu l-ħabs b`sentenza jew ġew sentenzjati matul iż-żamma tagħhom ġewwa l-ħabs kien ta` 246. Minn dawn kien hemm 238 irġiel u 8 nisa.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi r-reati konnessi u l-piena li ngħatat f`kull każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq reati konnessi ma' droga matul is-sena 1999? Kemm kienu nisa u rġiel, x'eta' kellhom u kemm kienu Maltin u kemm barranin u x'reat allegatament wettqu dawn il-persuni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-1999 tressqu quddiem il-Qorti 359 persuna fuq reati konnessi ma` droga, li minnhom 319 kienu Maltin u 40 kienu barranin. Minn dawn 317 kienu rġiel u 42 kienu nisa, li l-eta` tagħhom kienet tvarja bejn il-15 u 66 sena. L-akkużi kienu jvarjaw minn pussess sa traffikar ta` droga.
Pulizija — Persuni mtella' l-qorti fuq prostituzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti minħabba reati konnessi ma' prostituzzjoni matul is-sena 1999? Kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-1999, tressqu quddiem il-Qorti 130 persuna fuq reati konnessi ma` prostituzzjoni, li minnhom 110 kienu nisa u 20 kienu rġiel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali mill-gvern biex jiġu organizzati d-diversi attivitajiet konnessi mal-wasla tal-millenju ta' l-hekk imsejjaħ millenju? Jista' jagħti breakdown ta' din in-nefqa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'dan l-istadju l-pożizzjoni għadha dik kif imfisser fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12511.