Legislature:
Category:
Reset
Active:

Msida — Għajn tal-Ħasselin - Twaqqigħ ta' bini

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jitkompla t-twaqqigħ tal-bini li hemm madwar u ħdejn l-Għajn tal-Ħasselin, l-Imsida? Meta huwa maħsub illi l-gvern jibda jibni flats u djar ġewwa dawn l-areas illi issa ilhom mitluqa żmien mhux ħażin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena informat li minħabba xi problemi tekniċi li rriżultaw meta kien ser jinbeda x-xogħol, ġie deċiż li jsiru proposti ġodda lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex il-proġett jkun jista' jinkludi aktar units.
Leg 9 PQ #14512 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Msida — Għajn tal-Ħasselin - Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli għax-xogħol li qed isir ħdejn l-Għajn tal-Ħasselin, Msida u meta se jitlesta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol fuq l-Għajn tal-Ħasselin qiegħed f'idejn id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni u nkarigat il-perit Adrian Schinas. Ix-xogħol qed isir fuq id-disinn tad-Dipartiment tal-Bini u Nġinerija b'xi modifikazzjonijiet tal-Kunsill Lokali ta' l-Imsida. Ix-xogħol kien maqsum f'żewġ fażi. L-ewwel fażi tikkonsisti fir-restawr u ċangatura madwar l-Għajn inkluż żewġ rampi, u t-tieni fażi tikkonsisti f'bankini u tarmac ma' ġenbha li qed isir mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni u l-Kunsill Lokali ta' l-Imsida. Ix-xogħol mistenni jitlesta sa l-aħħar ta' Marzu 2000.
Leg 9 PQ #14514 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

San Pawl il-Baħar — Triq San Ġorġ - Razzett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-permessi kollha meħtieġa r-razzett li hemm fi Triq San Ġorġ, f'San Pawl il-Baħar peress li l-ġirien qed jilmentaw minn dubbien, ħmieġ u intiena qawwija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ġejt infurmat li r-razzett indikat fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar, huwa kopert b`liċenzja ta` cowshed. Minn l-aħħar spezzjoni li saret f`dan ir-razzett mill-ispettur tad-distrett, fit-3 ta` Marzu 2000 irriżulta li l-istat ta` ndafa huwa wieħed sodisfaċenti. L`unika akkumulu ta` demel hu miġbur fil-`manure clamp` li hija kkomunikata mas-sistema ta` drenaġġ. Peress li dan id-demel huwa fi stat semi solidu ma jistax jitneħħa preżentament. L-irwejjaħ huma minimi u ma ġiex innutat dubbien eċċessiv.

San Gwann — Triq il-Freżja

Question

Billi l-partijiet komuni fuq ġewwa ta' Block 18, Dr A, Triq il-Freżja, San Gwann qegħdin ġo stat ħażin ħafna, jista' l-Viċi Prim Ministru jara illi dawn jinżebgħu mill-aktar fis possibbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

San Gwann — Vjal in-Naspli

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara illi l-Block No. 6 (qabel kien il-4) u li qiegħed ġo Vjal in-Naspli, San Gwann kantuniera ma' Vjal ir-Rihan, jitkaħħal minn barra għaliex dan ma tkaħħalx bħal bqija tal-blokkijiet l-oħra u qed issir il-ħsara?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddjet it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #14505 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għassa tal-Gżira

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-għassa tal-pulizija tal-Gżira se tibda tiftaħ fuq bażi regolari u preferibbilment il-ħin kollu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 4413 u Nru. 11375.
Leg 9 PQ #12971 Sitting 246 2000-02-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni b'influwenza

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm iddaħħlu persuni l-isptar minħabba l-influwenza u/jew komplikazzjonijiet tagħha mill-bidu tas-sena 'l hawn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni fuq persuni li ddaħħlu l-Isptar San Luqa din is-sena għada qegħda tiġi pproċessata.
Leg 9 PQ #12985 Sitting 246 2000-02-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn pajjiżi li għandhom ambaxxatur residenti u/jew akkreditat għal Malta u minn liema pajjiżi huma?

Response (BORG, JOE)

Hawn 16 l-ambaxxatur residenti f'Malta li jirrappreżentaw lill-Awstralja, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, il-Federazzjoni Russa, Franza, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Indja, l-Italja, il-Ġemaħarija tal-Libja, l-Ordni Ospitallier Militari Sovran ta' San Ġwann ta' Ġerusalem, ta' Rodi u ta' Malta, il-Palestina, ir-Renju Unit, is-Santa Sede, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropeja. Minbarra dawn hemm 76 li huma akkreditati għal Malta b'residenza f'pajjiżi oħra. Dawn jirrappreżentaw lill-Afrika ta' Isfel, l-Albanija, l-Alġerija, l-Angola, l-Arabja Sawdija, l-Arġentina, L-Awstrija, il-Bangladesh, il-Belarus, il-Belġju, il-Brażil, il-Bulgarija, iċ-Ċili, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Ekwador, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Estonja, il-Filippini, il-Finlandja, il-Ghana, il-Ġappun, il-Ġordan, il-Greċja, il-Guinea, l-Indonesia, l-Iran, l-Iraq, l-Irlanda, l-Iżrael, ir-Repubblika tal-Jemen, il-Jugoslavja, il-Kanada, il-Każakstan, il-Kolombja, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, ir-Repubblika tal-Korea, Kroazja, Kuba, il-Kuwajt, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Malasja, il-Mali, il-Marokk, il-Messiku, in-Nepal, New Zealand, in-Niġerja, in-Norveġja, l-Olanda, l-Oman, il-Pakistan, il-Panama, il-Peru, il-Polonja, il-Portugal, il-Qatar, ir-Rumanija, is-Senegal, is-Slovakkja, Spanja, is-Sudan, is-Sważiland, l-Isvezja, l-Isvizzera, is-Sirja, it-Tajlandja, it-Turkija, l-Ukraina, l-Ungerija, l-Urugwaj, il-Veneżwela, il-Vjetnam u ż-Żambia.
Leg 9 PQ #12986 Sitting 246 2000-02-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi għal barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin li għandhom permess jaħdmu Malta llum? Minn liema pajjiżi huma u kemm hemm pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. Dwar in-numru ta` applikazzjonijiet minn persuni barranin għal permess biex jaħdmu f`Malta, li għad iridu jiġu pproċessati, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12897.
Leg 9 PQ #13033 Sitting 246 2000-02-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni barranin — Resident permits

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin residenti Malta li għandhom residence permits? Minn liema pajjiżi jiġu? Kemm minnhom huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ta' pajjiżi oħra li qed jistennew li jidħlu?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #13668 Sitting 246 2000-02-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Air gun shooting — Permessi

Question

Billi fil-gazzetta "The Times" tal-lum hemm artiklu li jgħid illi l-għada u l-pitgħada kellha terġa' tiġi organizzata kompetizzjoni ta' l-isparar b'air guns, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm ilu li ħareġ il-permess għall-range tal-Bidnija biex din tintuża għal air gun shooting; (ii) meta nħarġu l-permessi biex persuni jistgħu jisparaw airguns; u (iii) jekk ħarġux permessi allura biex wieħed jista' jikkaċċja bl-air guns? Billi diġa' saru kompetizzjonijiet fil-passat, jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni il-qorti fuq reati simili u billi organizzaw u/jew ipparteċipaw ġo dawn l-attivitajiet illi kienu llegali? F'każ illi l-permessi għadhom ma ħarġux u allura din l-attivita' hija llegali, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu hu jew il-kummissarju tal-pulizija biex din l-attivita' tieqaf?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-permess għall-air weapons target shooting range li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant inħareġ fil-bidu ta` Jannar ta` din is-sena filwaqt li l-permessi għall-ġarr ta` airweapons għall-ranges liċenzjati ukoll bdew jinħarġu din is-sena. Ninsab infurmat ukoll li ma jinħarġux liċenzji għall-ġarr ta` airweapons għal skop ta` kaċċa. Dwar il-kompetizzjoni ta` l-isparar b`airguns kif imħabbra fil-gazzetta, ninsab infurmat li din ma saritx, fuq ordni tal-Pulizija. Dwar il-parti tal-Mistoqsija li tirreferi għall-persuni li ttellgħu l-Qorti in konnessjoni ma` attivitajiet li jinvolvu air weapons, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12889.
Leg 9 PQ #12965 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Twelid ta' trabi b'congenital abnormalities

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal matul is-sena li għaddiet "with congenital abnormalities? X'tip ta' abnormalities kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li sal-31 ta` Jannar 2000 ġew reġistrati 134 tarbija li twieldu matul is-sena 1999 b`anomalija konġenitali waħda jew iżjed. Dawn l-anomaliji kienu mqassma kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Ir-Registru tal-Anomaliji Konġenitali ta` Malta jiġi aġġornat kontinwamet, u kull anomalija li tinstab sakemm it-tarbija tagħlaq sena tiġi registrata. Għalhekk, qabel l-aħħar tas-sena 2000, meta kull tarbija li twieldet fis-sena 1999 tkun għalqet sena, wieħed ma jistax jikkonkludi l-istatistika ta` kemm twieldu trabi b`anomaliji.
Leg 9 PQ #12966 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni b'overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni l-isptar minħabba overdosages matul is-sena 1999 u kemm mietu persuni minħabba dan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru 1999 iddaħħlu fl-Isptar San Luqa 176 każ ta' avvelenament. It-terminu ``avvelenament'' jew ``overdose'' jinkludi dawk aċċidentali, intenzjonat jew inkella fejn l-intenzjoni ma kenitx stabbilita. L-avvelenament jista' jkun bi drogi, medikamenti, sustanzi bijoloġiċi, kimika u sustanzi noċivi (poisoning by drugs, medicaments, biological substances, chemicals and noxious substances: ICD-10 codes X40 - X49, X60-X69 and Y10-Y19). In-numru ta' persuni li mietu fl-1999 minn avvelenament kien ta' 10.
Leg 9 PQ #12967 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Convicted persons of a criminal offence

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew convicted persons of a criminal offence matul is-sena 1999? Ta' xiex instabu ħatja u kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999, kien hemm 5,699 il-persuna li ġew iddikjarati ħatja ta` reati kriminali. Minn dawn 2,017 instabu ħatja fuq delitti (crimes) waqt li 3,682 instabu ħatja fuq kontravenzjonijiet. Minn dawn kien hemm 5,060 ta` sess maskili u 639 ta` sess feminili.
Leg 9 PQ #12968 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qorti — Tfal taħt is-16-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu tfal taħt is-16-il sena l-qorti matul is-sena 1999 u ta' xiex kienu akkużati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, ġew imressqa quddiem il-Qorti fuq diversi reati 136 persuna taħt is-sittax-il sena. Dawn tressqu l-Qorti dwar ir-reati kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12969 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tfal taħt is-16-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal taħt is-16-il sena nstabu ħatja of a criminal offence matul is-sena 1999 u ta' xiex instabu ħatja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999, kien hemm 121 persuna taħt is-sittax-il sena li nstabu ħatja mill-Qorti ta` reati kriminali. Dawn instabu ħatja tar-reati kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12970 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Indafa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa huwiex sodisfatt bil-livell ta' ndafa fl-iSptar San Luqa dawn iż-żmenijiet? Jekk le, x'qed jagħmel id-dipartment biex l-affari tiġi korretta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma għandi xejn aktar xi nżid ma dak li rrispondejt, diversi drabi, kemm fid-domandi parlamentari u kemm f'dawk supplementari preċedenti dwar dan is-suġġett.