Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14573 Sitting 263 2000-03-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Numru ta'sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sodod ġewwa St Lukes Hospital, Boffa u Karen Grech illum (bil-massimu possibbli anke fil-korsiji u kuriduri)? Kemm huwa ppjanat illi se jkun hemm sodod ġewwa St Lukes, Boffa u Karen Grech u l-Isptar il-Ġdid f'Tal-Qroqq, meta jiftaħ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej: Sodod Normali Sodod Addizzjonali Possibli f'każ t'Emerġenza ------------------------------------- ---------------------------- Sptar San Luqa 927 414 (Inkluż Sptar Karen Grech) Sptar Boffa 74 0 Sptar Tal-Qroqq 850 * * Il-figura ta` sodod addizzjonali li jista` jkun hemm fl-Isptar il-Ġdid qiegħda tinħadem mill-Commissioning Team li qiegħed jevelwa l-pjan ta` kontinġenza f'każ ta` Emerġenza u kif dan għandu japplika għall-Isptar tal-Qroqq.
Leg 9 PQ #14562 Sitting 262 2000-03-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus minn fuq income tax il-gvern is-sena l-oħra? Kemm minn dan ġie minn taxxa mħallsa minn: kumpanniji, employers, self-employed u employees?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-1999 it-total ta` Income Tax li daħħal il-Gvern kien ta` Lm128.355 miljun. Minn dan l-ammont is-sehem tas-setturi indikati hawn taħt huwa : Kumpaniji : Lm47.233 miljun Self-Employed : Lm8.399 miljun Impjegati : Lm56.593 miljun Is-settur ta` l-employers huwa nkluż bejn il-kumpaniji u s-self-employed kif jidher hawn fuq.
Leg 9 PQ #14563 Sitting 262 2000-03-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Ksur ta' regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jiksru l-liġi tal-VAT mill-bidu tas-sena li qegħdin fiha sal-lum? X'regolament kisru?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta` Jannar 2000 u t-7 ta` Marzu 2000, in-numru ta` persuni reġistrati li ġew rapportati li kisru l-liġi tal-VAT kien ta` 266. Dawn il-persuni ġew rapportati għax naqsu li joħorġu rċevuta fiskali bi ksur ta` l-Aritkolu 77 (e) ta` l-Att jew għax naqsu li jżommu kont ta` l-attivitajiet taxxabbli mwettqa minhom kif meħtieġ bl-Artikolu 77 (e) ta` l-istess Att.
Leg 9 PQ #14564 Sitting 262 2000-03-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu kontijiet ta' l-ilma u dawl din is-sena? Jista' jagħti breakdown ta' kemm ħarġu kontijiet minn Lm0 sa Lm100; minn Lm100 sa Lm200; minn Lm200 sa Lm300; minn Lm300 sa Lm400; minn Lm500 'l fuq?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq Part 1 u Part 2 illum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-aħħar statistika ppublikata hi dik ta' l-aħħar ta' Diċembru 1999 u din turi li kien hemm 7,695 persuna li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti (Part 1), filwaqt li kien hemm 611 persuni li kienu qed jirreġistraw fuq it-tieni parti (Part 2).

Impjiegi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li qegħdin jaħdmu fulltime illum? Kemm qegħdin jaħdmu fulltime u part-time u kemm part-time biss, illum, u dan kif jikkompara ma' l-istess żmien is-sena l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hawn taħt issib tabella li turi kif jikkompara Diċembru 1998 ma Diċembru 1999: Diċembru 1998 Diċembru 1999 Differenza Full Time 137,387 138,206 819 Full Time with Part Time 15,966 16,123 157 Part Time 14,191 16,975 2,784

Kunsilli lokali — Local wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm taw warnings u/jew ħarġu ċitazzjonijiet il-gwardjani lokali minn meta bdew jaħdmu sal-lum? F'liema lokalita' sar in-nuqqas u x'tip ta' nuqqas kien?

Response (GATT, AUSTIN)

Skond Avviz Legali 32 ta` l-2000 pubblikat fil-25 ta` Frar 2000 certu kontravvenzjonijet dwar dawk ir-reati li jinsabu elenkati fl-Att dwar il-Kummissarji ghall-Gustizzja gew delegati li kull Kunsill Lokali. Peress illi l-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji legalment indipendenti mill-Gvern, nissugerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsilli konċernati.
Leg 9 PQ #14556 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk pulizija li jkunu ġew boarded-out mill-bord tal-korp u issa jinstabu li fiequ, u għalhekk huma tajbin għax-xogħol, humiex se jitħallew jerġgħu jidħlu lura fil-korp?

Response (BORG, TONIO)

Ir-reinstatements isiru skond l-esiġenzi tas-servizz u kull min jidhirlu li għandu interess jista` japplika.
Leg 9 PQ #14557 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni membri tal-korp tal-pulizija llum u kemm hemm postijiet vakanti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 1,713 membru fil-Korp tal-Pulizija filwaqt li skond l-aħħar complement approvat hemm 138 vakanza. Dalwaqt ser jieħdu l-ġurament il` fuq minn 70 Pulizija ġdid peress li fl-1999 reġa` nfetaħ ir-reklutaġġ li fl-1997 u fl-1998 kien kompletament magħluq.

Dipartiment tat-toroq — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq overtime illi nefaq id-Dipartiment tat-Toroq fl-aħħar ġimgħa ta' Frar u l-ewwel ġimgħa ta' Marzu u kif jikkompara mal-ġimgħatejn ta' qabel? Liema kienu t-toroq li sar xogħol fihom fiż-żmien imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li L-`Overtime` li tħallas mis-7 ta` Frar sal-20 ta` Frar kien Lm192.92c. L-`overtime` li tħallas mill-21 ta` Frar sal-5 ta` Marzu kien Lm78.21c. It-toroq li sar xogħol fihom kien xogħol ta` manutenzjoni f`dawn il-lokalitajiet: Vjal Sta. Lucia, Paola Industrial Road, Garibaldi Road u Triq Tiġrija, Marsa Triq il-Kunsill ta` l-Ewropa, Luqa Triq Luqa, Paola Mrieħel Bypass Hamrun Bypass, Sta. Venera Toroq Old Bakery,p-o St. John, Tejatru, Pjazza Palazz,l-Arċisqof, Merkanti u G. Cassar, Peraferali Valletta Toroq Sarria u Mall, Floriana Triq l-Industrija, c-w Garibaldi Marsa, Garibaldi Street to Valletta Ta` Giorni tunnels Tal-Qroqq St Andrews Road, Coast Road, Baħar iċ-Ċagħaq St Paul`s Bay Bypass Mellieħa Bypass Ċirkewwa terminal approach Road Xemxija Triq Nutar Zarb u Notabile Road, Attard Valletta Road, Rabat u Dawret Ta` Qali
Leg 9 PQ #14560 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq u areas li sar tindif fuqhom il-ġimgħa li għaddiet u ta' qabilha? Kemm nefaq flus id-dipartiment f'overtime f'dan iż-żmien u kif jikkompara mal-ġimgħatejn ta' qabel?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-toroq u l-areas li ġew imnaddfa tul il-perjodu msemmi huma dawn: Baħar iċ-Ċagħaq Road Ħamrun By-Pass, Marsa Minn l-Erba' Mwieżeb sa l-Imsida Marfa Road, Ċirkewwa By-pass, San Pawl il-Baħar Xatt il-Pwales, Xemxija Regional Road, Msida/Gżira Ċirkewwa Road, Ċirkewwa National Road, Blata l-Bajda Triq l-Avjazzjoni Ċivili, Luqa Diċembru 13 Road, Marsa Council of Europe Road, Luqa Aldo Moro Street, Marsa Ħal-Far Road, Gudja Labour Road, Marsa Burmarrad Road, Burmarrad Garibaldi Road, Marsa Main Street, Dingli Santa Lucia Avenue, Paola Mdina Road, Żebbuġ Valletta Road, Rabat Santa Venera By-Pass Imrieħel By-Pass Valletta Road, Mosta Naxxar Road, Lija In-nefqa f'overtime kienet ta' Lm8,980.97. Dan l-ammont huwa kkunsidrat bħala normali paragunat mal-ġimgħatejn ta' qabel, minħabba l-programm estensiv li qed isir rigward tindif ġenerali f'toroq arterji u distributorji u areas oħra, sakemm ix-xogħol jiġi għan-normal, meta imbagħad ma jkunx hemm il-ħtieġa li jkun hemm spejjeż ta' daqshekk overtime fuq dan il-kwalita' ta' xogħol.
Leg 9 PQ #14561 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Karnival ta' Viareggio

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex din is-sena il-PBS għażel illi jxandar il-karnival ta' Viareggio u mhux ta' Malta? Kemm sewa għall-PBS biex setgħat issir din ix-xandira? Jista' jagħti breakdown ta' kif saru l-ispejjeż?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Public Bradcasting Services Ltd ma kellhiex permess biex tati xandira diretta tal-Karnival nhar il-Ħadd 5 ta' Marzu 2000. Dan għaliex meta l-Kumitat organizzattiv ħareġ sejħa għall-offerti biex issir trasmissjoni diretta tal-Karnival, l-offerta tal-PBS ma ntgħażlitx u d-dritt esklussiv għax-xandir ingħata lil stazzjon privat u kummerċjali. Fiċ-ċirkustanzi, il-PBS ħasbet biex tagħmel xandira alternattiva ta' dan l-avveniment biex b'hekk toffri lit-telespettaturi Maltin programm addattat għall-ġranet tal-Karnival. Informat ukoll li l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija, hija ta' natura purament kummerċjali.
Leg 9 PQ #14530 Sitting 258 2000-03-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Safar - Fotografu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba tqabbad fotografu barrani biex jieħu ritratti neċessarji waqt żjajjar li għamel barra minn Malta? Kemm ġew imħallsa flus fuq xogħol bħal dan is-sena l-oħra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Matul is-sena 1999, kien hemm għaxar darbiet li fihom ġie mqabbad fotografu biex jieħu ritratti neċessarji waqt żjajjar tal-Prim Ministru barra minn Malta. Il-photographic fees li tħallsu lill-fotografu kienu jammontaw għal Lm1815. Inżid ngħid li din il-prattika bdiet f'Novembru 1996. Mal-bidla fil-Gvern f'Settembru 1998 l-Assistenti Personali ta' l-ex Prim Ministru ta' l-parir lill-Assistent Personali tiegħi biex din il-prattika titkompla.
Leg 9 PQ #14531 Sitting 258 2000-03-07 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Rabat — April 1987

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx sar xi kumpens mill-gvern lil dawk il-persuni li weġġgħu waqt u/jew wara avveniment għall-familja li sar ġewwa r-Rabat f'April 1987 fejn waqt u wara dan l-avveniment politiku diversi nies iddaħħlu l-isptar isofru minn tiri ta' armi tan-nar? Jekk iva, kemm tħallsu dawn il-persuni u kemm kienu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni ghadha qed tinġabar u risposta tinghata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14532 Sitting 258 2000-03-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU — Negozjaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jitħallsu l-persuni li se jifformaw it-team ta' negozjaturi li se jinnegozjaw id-dħul ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea, kull wieħed fuq medda ta' xhur?

Response (BORG, JOE)

Dawk minn fost it-team ta' negozjaturi li huma mpjegati Governattivi ser jitħallsu biss s-salarju normali tagħhom. Għalkemm jista jkun hemm il-bżonn li jiġu appuntati persuni minn barra s-servizz ċivili anke fil-kapaċita tagħhom ta' esperti fuq materja jew materji partikolari, s'issa għad ma ġie appuntat ħadd. Fil-każ partikolari tas-Sur Richard Cachia Caruana li ġie appuntat bħala Chairman tal-Core Negotiating Group nirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14090.
Leg 9 PQ #14533 Sitting 258 2000-03-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Kaċċa/Insib

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex beħsiebu jitlob deroga u/jew eċċezzjoni mill-Unjoni Ewropea waqt in-negozjati dwar il-kaċċa u anke dwar l-insib? F'dan l-istadju jista'jgħid x'se jitlob il-gvern?

Response (BORG, JOE)

Il-pożizzjoni Maltija għan-negozjati dwar il-qasam tal-ambjent għadha qed tiġi mħejjija, ġaladarba għad jonqos żmien biex jibdew in-negozjati fuq dan il-qasam. Nixtieq inżid pero li ma jkunx għaqli li tiġi żvelata il-pożizzjoni Maltija għan-negozjati qabel ma jseħħu dawn l-istess negozjati. Minkejja dan il-Gvern lest li jsib mod kif iżomm l-oppożizzjoni nformata u jikkopera magħha jekk hija trid ġenwinament tipparteċipa fil-proċess tat-tħejjija tal-pożizzjoni tagħna għan-negozjati u tat-tibdil li jkun jinħtieġ li jsir sabiex aħna naddottaaw l-acquis.

Mosta — Triq il-Waqqafa - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sejra tingħata t-tarmak, Triq il-Waqqafa, Mosta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

Pembroke — St. George's

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk block no. 5, Housing Project, St. George's, Pembroke huwiex se jitwaqqa' u jekk iva, fejn se jintbagħtu ir-residenti li jgħixu hemm illum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex dan il-blokk jitwaqqa u floku jinbnew 16-il unit. Ninformak ukoll li r-residenti ser jingħataw akkomodazzjoni alternattiva iżda qabel dan iseħħ trid issir diskussjoni magħhom dwar fejn, kif u meta dan ser isir.

Msida — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta it-toroq Triq il-Qawsalla, Triq ġdida ġo Triq Sta. Venera u Triq Ċensu Farrugia kollha ġewwa l-Imsida se jiġu mogħtija t-tarmak?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għadhom kif ingħataw żewġ kuntratti mid-Dipartiment tat-Toroq biex Triq il-Qawsalla u Triq Ġdida fi Triq Santa Venera jiġu asfaltati. Xogħol fi Triq Censu Farrugia qed isir mill-Kunsill Lokali.