Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14589 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Mid-Med Bank — Deficit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ikun id-deficit is-sena l-oħra kieku ma saritx il-privatizzazzjoni tal-Mid-Med Bank?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi pubblika.

Anzjani — Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inżammet pensjoni lir-residenti tad-djar ta' l-anzjani u San Vincenz de Paule fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena? Dan kif jikkompara max-xahrejn tas-sena l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-ammont ta' pensjoni kontributorja li għandha tiġi mgħoddija lill-Kumitat tal-Welfare taħt il-provvedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) għall-ewwel xagħrejn ta' din is-sena hija ta' madwar Lm198,341. Fl-istess xagħrejn tas-sena l-oħra, l-ammont mgħoddi lill-Kumitat kien ta' Lm161,741.
Leg 9 PQ #14591 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħin totali ta' coverage fuq aħbarijiet tal-PBS li ngħata l-Prim Ministru, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, Ministri, kelliema ewlenin jew kelliema ta' l-Oppożizzjoni s-sena l-oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Public Broadcasting Services Ltd ma żżommx statistika ta' din il-kwalita`.
Leg 9 PQ #14580 Sitting 265 2000-03-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni 'l fuq minn 61 sena li qed jaħdmu maċ-Ċivil illum u x'xogħol qed jagħmlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li għandhom 'l fuq minn 61 sena u li qed jaħdmu mal-Gvern illum huwa ta' 67. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li turi d-dettalji tax-xogħol li kull wieħed minnhom qiegħed jagħmel.
Leg 9 PQ #14581 Sitting 265 2000-03-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi għal tobba fis-servizz primarju tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru appruvat ta` tobba fis-servizz primarju tas-saħħa huwa 105. Fil-preżent hemm 73 tabib appuntati f'dan il-qasam u tnejn oħra jaħdmu fuq bażi ta` 'rotation' għal tlett xhur.
Leg 9 PQ #14582 Sitting 265 2000-03-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġdid — Staff Mediku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jaħseb li sejjer ikollu bżonn staff mediku extra d-dipartiment meta jiftaħ l-isptar il-ġdid? Xi gradi se jkollhom dawk żejda fuq li hemm illum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa qed tħejji Human Resources Plan għall-perjodu 2001-2004 li jinkludi l-ħtiġijiet ta` staff mediku għal meta jiftaħ l-Isptar il-Ġdid. Qabel ma` dan l-eżerċizzju jkun komplut ma nistax nagħti tweġiba.
Leg 9 PQ #14583 Sitting 265 2000-03-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island — Ducks Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn se tiċċaqlaq id-ducks village ta' Manoel Island waqt il-bini tal-proġett u wara li jitlesta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10391 (Seduta 185).
Leg 9 PQ #14584 Sitting 265 2000-03-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għal Għawdex

Malta/Għawdex — Passiġġieri

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qasmu nies u vetturi bejn Malta u Għawdex is-sena l-oħra, u sena b'sena fil-ħames snin ta' qabel?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #14585 Sitting 265 2000-03-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-mediċini u affarijiet relatati importati Malta sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba, hi ppublikata fit-trade statistics.
Leg 9 PQ #14574 Sitting 264 2000-03-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi ta' Meningite

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' meningite, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin, u x'tip ta' mikrobu kkawżah?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat illi mill-1990 sal-1999 ġew rappurtati 44 każ ta` Meningitis Meningococcal, 48 każ ta` Septicaemia Meningococcal, u 73 każ ta` Meningitis, (Other Bacterial). Dawn jinqassmu kif ġej: Sena Meningitis Septicaemia Meningitis Meningococcal Meningococcal (Other Bacterial) -------------------------------------------------- --------- 1990 2 - 2 1991 - - 5 1992 2 1 3 1993 1 1 4 1994 3 - 11 1995 2 2 4 1996 8 2 9 1997 12 4 4 1998 10 19 17 1999 4 19 14 -------------------------------------------------- --------- Total 44 48 73 -------------------------------------------------- ---------
Leg 9 PQ #14575 Sitting 264 2000-03-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — HIV tests

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw testijiet pożittivi għal HIV, sena b'sena f'dawn l-aħħar 15-il sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-testijiet ta` l-HIV bdew jinħadmu fil-Virology Laboratory f'St.Luke's Hospital minn Ġunju 1985. Testijiet anonimi isiru fuq HIV u jista` pazjent jerġa` jirrepetih jekk possibli: SENA TOTAL No. of REACTIVE REQUEST SAMPLES -------------------------------------------------- ----------- Ġunju - Diċembru 1985 408 10 1986 930 13 1987 2292 5 1988 3750 13 1989 2495 16 1990 2118 9 1991 2461 18 1992 3131 8 1993 2369 13 1994 3935 10 1995 3963 17 1996 3912 7 1997 3809 8 1998 4249 10 1999 4264 6
Leg 9 PQ #14576 Sitting 264 2000-03-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi ta' TB

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ġodda ta' TB f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat illi mill-1990 sal-1999 ġew rappurtati 194 każ ta` Tuberkulożi. Dawn jinqassmu kif ġej: Sena Numru ta` ------------------------------- 1990 19 1991 22 1992 30 1993 22 1994 24 1995 6 1996 22 1997 11 1998 16 1999 22 -------------------------------- Total 194 --------------------------------
Leg 9 PQ #14577 Sitting 264 2000-03-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Svezja — Ambaxxata Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lill-poplu Malti l-ambaxxata li nfetħet ġewwa l-Isvezja dan l-aħħar biex inxtrat/jew inkriet? Kemm intnefqu fuq irranġar u attrazzament ieħor? Kemm huwa stmat li se jkunu r-running costs ta' din l-ambaxxata, fuq medda ta' xahar (fix-xitwa u fis-sajf)?

Response (BORG, JOE)

L-Ambaxxata fi Stockholm, l-Iżvezja, nkriet SKR32962 (madwar LM1,607) fix-xahar li jinkludi l-heating u l-provvista ta' l-ilma. Fuq xiri ta' office equipment, għamara u attrezzament ieħor ntefqu SKR345357 (madwar LM16,847) netti wara t-tnaqqis tat-taxxa tal-VAT. Peress illi din hija ambaxxata ġdida huwa diffiċli li jingħad bi preċiżjoni x'ser ikunu ir-running costs fuq medda ta' xahar u għad irid jgħaddi xi żmien biex tiġi stabbilita x-xejra ta' nfieq. B'danakollu hu maħsub illi l-ispejjeż rikorrenti ikunu skond l-allokazzjoni ta' fondi pprovduti taħt il-Cost Centre ta' din l-ambaxxata.
Leg 9 PQ #14578 Sitting 264 2000-03-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni mal-kumpannija Kalaxlokk illum u x'inhu x-xogħol li qed jagħmlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bhalissa l-Kumpanija Kalaxlokk timpjega 138 haddiem. Dawn il-haddiema qieghdin jahdmu fuq numru ta` xogholijiet ta` kostruzzjoni li ghandha l-Kumpanija. Fost dawn hemm dak relatat mal-Progett ta` Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, fejn fost ohrajn qed isir xoghol fuq il-Knisja tal-Gizwiti, f`Sant`Iermu u fi Triq il-Punent. Il-kumpanija qed taghmel ukoll xoghol ghall-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta li jikkonsisti f`tindif fl-Oqsma Industrijali, xogholijiet ta` manutenzjoni fl-iskejjel ta` tal-Handaq u l-Junior Lyceum tal-Hamrun u fl-Isptar San Vincenz de paule, bini ta` hajt fic-Cimiterju ta` Braxia, tiswijiet fuq il-mollijiet tac-Cirkewwa kif ukoll diversi xogholijiet ohra ghall-Kunsill Lokali ta` San Gwann. Tajjeb jinghad li l-Kumpanija giet inkarigata biex taghmel xoghol ghall-privat li l-haddiema qed jirrifjutaw li jaghmlu fuq direttiva tal-General Workers` Union.
Leg 9 PQ #14579 Sitting 264 2000-03-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Salmonella

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' salmonella, xahar b'xahar minn Jannar 1999 'l hawn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar 1999 sad-29 ta` Frar 2000 ġew rappurtati 360każ ta` Salmonella. Dawn jinqassmu kif ġej: Xahar Numru ta` Każi ----------------------------------------- Jannar '99 8 Frar '99 - Marzu '99 8 April '99 6 Mejju '99 17 Ġunju '99 5 Lulju '99 153 Awissu '99 9 Settembru '99 7 Ottubru '99 74 Novembru '99 19 Diċembru '99 12 Jannar '00 37 Frar '00 5 ----------------------------------------- Total 360 -----------------------------------------

Kummissjoni Persuni b'Diżabilita — Reserved parking

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġet permessi l-Kummissjoni għal Persuni b'Diżabilita' biex isiru reserved parking bays għal persuni b'diżabilita' s-sena li għaddiet u kemm ġew irrifjutati u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-servizz 'Reserved Parking' quddiem residenzi ta' persuni b'diżabilita' jingħata mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u għalhekk din il-Mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministru responsabbli.
Leg 9 PQ #14570 Sitting 263 2000-03-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Seat belts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom permess mill-kummissjaru tal-pulizija illi jistgħu jsuqu karozza mingħajr ma jilbsu seat belt? Kemm saru talbiet is-sena l-oħra u kemm ġew irrifjutati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent hawn 103 persuni eżentati mill-Kummissarju tal-Pulizija milli jużaw seat belt waqt li jkunu jivvjaġġaw bħala driver jew bħala passiġġier fuq in-naħa ta` quddiem ta` vettura bil-mutur. Ninsab infurmat ukoll li matul l-1999 kien hemm 80 talba għal eżenzjoni ta` din ix-xorta, li minnhom 35 ġew rifjutati.
Leg 9 PQ #14571 Sitting 263 2000-03-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ksur tal-liġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' reati lill-pulizija matul Jannar u Frar ta' din is-sena u x'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #14572 Sitting 263 2000-03-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Għasafar — Pembroke/San Ġiljan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dawk l-għasafar ta' l-għana illi nqabdu mill-pulizija u li kienu qed jiddaħħlu Malta illegalment dan l-aħħar? Il-każ ġara ġewwa Pembroke/San Ġiljan fejn inqabdet karozza b'aktar minn 1,500 għasfur ta' l-għana.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.