Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15967 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddewwew nies ġo l-Isptar St Lukes u ġewwa ċ-ċentri tas-saħħa s-sena l-oħra? Kemm minn dawn kienu kkaġunati minn armi tan-nar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li matul l-1999:- (i) 106,676 attendew id-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa; (ii) 109,307 persuna ġew invistati/trattati fid-diversi Ċentri tas-Saħħa. Dwar persuni li attendew kemm fl-Isptar San Luqa kif ukoll fiċ-Ċentri tas-Saħħa ma jinżammux records speċifiċi kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #15968 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti kawża ta'armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu jew mietu nies kawża ta' armi tan-nar, is-sena l-oħra u din is-sena? Kemm minn dawn kienu aċċidentali jew kawża ta' traskuraġni? Kemm kienu intenzjonati? Kemm ġew irrapportati każi waqt il-kaċċa u x'kienet l-arma li ntużat f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar 1999 u l-14 ta` Mejju 2000, kien hemm 16-il każ li fihom persuni sofrew feriti permezz ta` arma tan-nar, filwaqt li kien hemm 11-il każ ieħor li fihom persuni tilfu ħajjithom. Minn dawn is-27 każi, kien hemm 6 każi li kienu aċċidentali, 15 kienu intenzjonati, filwaqt li 6 każi għad mhux stabbilit jekk kienux aċċidentali jew le. Ninsab infurmat ukoll li minn dawn il-każi, 8 kienu waqt il-kaċċa u li l-arma ta` l-inċident kienet senter.
Leg 9 PQ #15969 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Diving Accidents

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar is-sena l-oħra għal xi forma ta' kura minħabba xi aċċidenti waqt li kienu qed jgħoddsu (diving accidents)?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fis-sena 1999 ġew ikkurati tmien (8) pazjenti fid-decompression chamber. Madwar għoxrin (20) oħra ġew ikkurati fl-isptar, iżda mingħajr ħtieġa ta' kura fiċ-chamber. Dan kien l-iżgħar numru ta' għaddasa kkurati f'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin. Is-sena l-oħra kien hemm żewġ fatalitajiet waqt l-għads. Wieħed biss minn dawn inġieb l-isptar u miet fl-emerġenza.
Leg 9 PQ #15970 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Petrol/Diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-gvern minn fuq VAT fuq il-petrol u/jew diesel u minn fuq il-kontijiet tat-telephone, din is-sena s'issa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, bejn l-1 ta` Jannar u s-6 ta` Mejju ta` din is-sena, d-dħul tal-Gvern mill-VAT minn kumpaniji li jipprovdu li jagħtu provvista ta` petrol u diesel u servizzi ta` telephone kien ta` Lm1,881,743,9 u Lm1,163,040.97 rispettivament. Dawn l-ammonti jinkludu fihom VAT li tħallset fuq provvista ta` prodotti jew servizzi oħra li l-operaturi involuti normalment jagħmlu u li ma jidhrux separatament fid-denunzji tat-taxxa. Dawn huma ċifri gross u ma jurux it-tnaqqis li jkun hemm minn operaturi li jkunu ħallsu l-VAT u li għandhom dritt għal rifużjoni.
Leg 9 PQ #15959 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni u/jew kumpanniji illi ma ħallsux u/jew għandhom xi arretrati x'jagħtu fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma? Kemm hu l-ammont dovut?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #15960 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu kuntatt mal-Water Services Corporation u talbu li l-kont ta' l-ilma u d-dawl tagħhom jiġi rivedut għax rawħ għoli din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma ma tirrevedix kontijiet ghax `ikunu jidhru gholjin`. Tirrevedi biss meta jkun hemm zball jew raguni valida biex dan isir. Tajjeb li wiehed jinnota li waqt li fl-1997 kien hemm 14,709 ilment u fl-1998 kien hemm 9,803 ilment, fl-1999 dawn l-ilmenti nizlu ghal 4,847.
Leg 9 PQ #15961 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nurses barranin jaħdmu mal-gvern illum? Kemm jitħallsu fuq medda ta' sena, minn liema pajjiż huma, u kemm kienu jqumu lill-gvern l-istess numru ta' nurses li kieku kienu Maltin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' nurses barranin jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa huwa wieħed u erbgħin (41). Dawn huma mill-pajjiżi msemmija hawn taħt: Renju Unit 3 Albanija 4 Niġerja 4 Jugoslavja 7 Indja 3 Pakistan 2 Filippini 5 Bulgarija 2 Polonja 4 Russja 1 Repubblika Slovakka 3 Bosnija 1 Ghana 1 Maċedonja 1 __________________________________ 41 Dawn, ħlief fil-każ ta' infermier mir-Renju Unit, jitħallsu l-istess paga u allowances bħall-infermiera Maltin. Dan l-infermier mir-Renju Unit jitħallas ukoll accomodation allowance ta' Lm1200 fis-sena u expatriate allowance ta' Lm918 fis-sena.
Leg 9 PQ #15962 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Birkirkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus iċ-ċentru ta' Birkirkara biex inbena u ġie attrezzat? Meta nfetaħ jew tlesta u x'servizzi qed jingħata l-poplu minn dan iċ-ċentru tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta'B'Kara nfetah f'Marzu 1999 u sa llum jipprovdi dawn is-servizzi lill-pubbliku ta' Ħal Balzan, B'Kara, Lija u l-Iklin. Servizz ta' spiżerija. Servizz ta' Podoloġija li jinkludi wkoll ċerti servizzi f'dan il-qasam li qabel kienu waqfu bħal suletti (simple insoles). Servizz ta' Speech Therapy erba' darbiet fil-ġimgħa. Servizz ta' Physiotherapy darbtejn fil-ġimgħa. Servizz ta' konsulent mediku li jinkludi wkoll Skeda 5. Klinika ta' tabib u nurse fuq bażi ta' klinika distrettwali (Berġa) għar-residenti ta' Birkirkara mit-8.00am sal-11.00am mit-Tnejn sal-Ġimgħa kuljum. L-ammont ta' flus imħallsa mid-Diviżjoni tas-Saħħa kien ta' LM30,914.73ċ. Il-bini sar mid-Dipartiment tal-Proġetti u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #15963 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tobba barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba barranin jaħdmu mal-gvern illum? Kemm jitħallsu, kemm ilhom hawn kull wieħed u kemm kien ikun il-ħlas ta' dawn it-tobba fis-sena kieku dawn kienu Maltin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar it-tobba barranin li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa hija kif ġej: Nru. Data ta' bidu ta' l-impjieg ______________________________________________ 1 26/02/1980 1 30/08/1984 1 29/11/1985 1 05/06/1988 1 08/01/1989 1 13/08/1989 1 22/08/1989 1 13/12/1989 1 30/05/1990 1 01/07/1991 1 16/01/1992 1 06/03/1992 1 17/03/1992 1 19/03/1992 1 03/07/1992 1 27/07/1992 1 22/09/1992 1 14/08/1993 1 30/10/1993 1 15/11/1993 1 29/11/1993 1 21/01/1994 1 27/02/1994 1 28/02/1994 1 21/03/1994 1 25/04/1994 1 20/06/1994 1 01/08/1994 1 07/03/1995 1 01/04/1995 1 01/05/1995 1 11/06/1995 1 30/10/1995 1 20/11/1995 2 01/03/1997 1 23/03/1997 1 03/05/1997 1 22/08/1997 1 25/09/1997 1 01/07/1999 2 16/08/1999 1 15/12/1999 1 16/12/1999 1 06/01/2000 1 26/01/2000 __________________________________ 47 45 minn dawn it-tobba barranin jitħallsu l-istess salarju bħall-Maltin, iżda bla taxxa, u jieħdu wkoll ``expatriate allowance'' ta' Lm1200 fis-sena. Iż-żewġ konsulenti l-oħra għandhom salarju annwali ta' Lm45,000 u Lm35,000 (bla taxxa) rispettivament.
Leg 9 PQ #15964 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati - Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħareġ flus id-dipartiment tas-saħħa għall-overtime din is-sena? Kemm tħallsu flus l-impjegati ta' kull sptar jew ċentri tas-saħħa eċċ. f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-flus li ħareġ id-Dipartiment tas-Saħħa għall-overtime mill-1 ta' Jannar 2000 sat-30 ta' April 2000 huwa kif ġej: SEZZJONI AMMONT LM ______________________________________ Permanent Secretary Office 222 Govt. Pharm. Services 8607 Human Resources 104 Policy & Planning 1187 Director General 11 Finance & Administration 4988 Public Health 7182 Health Information 1018 Health Promotion 230 Primary Health Care 7979 Boffa Hospital 5059 Mt. Carmel Hospital 307960 St. Luke's Hospital 310531 ______________________________________ TOTAL 655078 ______________________________________
Leg 9 PQ #15953 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu barranin il-qorti, din is-sena s'issa u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li din is-sena, sa` l-10 ta` Mejju 2000, tressqu quddiem il-Qorti 199 persuna ta` nazzjonalita` barranija. 58 ġew meħlusa taħt il-provediment ta` l-artikolu 9 ta` Kap. 152 u mogħtija ordni ta` tneħħija; 111 ġew mogħtija sentenza sospiża u ordni ta` tneħħija; 3 ġew mogħtija sentenza ta` ħabs u ordni ta` tneħħija; 11 ġew mogħtija ordni ta` tneħħija; 2 weħlu multa; filwaqt li 14 oħra għad għandhom il-każ pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #15954 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati reati lill-pulizija, xahar b'xahar din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-taghrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif gej : Jannar Frar Marzu April ------ ---- ----- ----- 1,241 1,419 1,349 1,285
Leg 9 PQ #15955 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni barranin il-ħabs illum, u minn liema pajjiż huma? Kemm huma dawk li huma ssentenzjati u kemm huma dawk fuq arrest preventiv?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-taghrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #15956 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni Diportati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew iddeportati persuni din is-sena s'issa? Kemm swiet lill-pajjiż din il-proċedura? Minn liema pajjiż kienu u għaliex ġew deportati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li din is-sena, sa` l-10 ta` Mejju, in-numru ta` persuni li tneħħew minn dawn il-Gżejjer wara li tressqu quddiem il-Qorti u nstabu ħatja kien ta` 183. In-nazzjonalita` ta` dawn il-persuni hi kif ġej : - Sirja 13 Libja 109 Bulgarija 8 Ġordan 5 Niġerja 1 Armenja 3 Marokk 2 Ċina 8 Eġittu 21 Pakistan 1 Tuneżija 2 Moldavja 1 Italja 2 Jugoslavja 3 Ingilterra 1 Lebanon 1 Iraq 1 Turkija 1 Ninsab infurmat ukoll li fl-istess perijodu, in-nefqa għat-tneħħija minn dawn il-Gżejjer ta` persuni minn dawk imsemmija kienet tammonta għal Lm2,835.
Leg 9 PQ #15957 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU Information Centre — Mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi mobile phones u/jew karozzi mikrija mill-gvern għall-użu mill-impjegati tal-European Union Information Centre? Jekk iva, min jużahom u kemm jiswew lill-gvern fuq medda ta' xahar?

Response (BORG, JOE)

Il-European Union Information Centre għandu mobile phone wieħed li jintuża mill-Kap taċ-Ċentru. Dan jiswa medja ta' Lm50 fix-xahar f'sejħiet, skond il-ħtieġa. Iċ-Ċentru jikri karozza waħda għal-Kap taċ-Ċentru li tiswa Lm178.25 fix-xahar. Ma dawn l-ispejjeż, hemm l-ispejjeż tal-petrol li huma madwar Lm30 u Lm40 fix-xahar skond il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #15958 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU Information Centre — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mal-European Union Information Centre? Kemm jitħallsu fuq medda ta' xahar u kemm sewa lill-pajjiż dan iċ-ċentru minn mindu nfetaħ?

Response (BORG, JOE)

Bħalissa hemm seba' persuni, minbarra il-Kap (Dr Simon Busuttil) li jaħdmu mal-European Union Information Centre. Dawn is-seba impjegati jitħallsu s-somma ta' Lm3241.42 fix-xahar bħala salarji u Lm1270.00 f'allowances bejniethom. Fl-1999 meta nfetaħ, dan iċ-ċentru ma kellux allokazzjoni għalih u l-infieq dak iż-żmien kien meħud mill-voti differenti tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u għaldaqstant, kif jista' jifhem l-Onorevoli Interpellant, jeħtieġ żmien twil biex tislet din l-informazzjoni dettaljata. Minn din is-sena 2000, iċ-Ċentru għandu allokat vot għalih, kif imħabbar fl-Estimi Ġenerali, ta' Lm310,000. L-ispiża għal perjodu minn Jannar sa April 2000 kienet ta' Lm43,323.90.
Leg 9 PQ #15947 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm personelle stazzjonat fis-sezzjoni ta' l-AOD ta' l-Armata f'Manoel Island? Jista' jgħid jekk dawn is-suldati jeħdux xi danger money u/jew xi allowance? Jekk iva, kemm jingħataw, jeħduhiex kollha jew le, u jekk le għaliex? Jista' jgħid jekk hemmx xi suldati li għadhom ma ħadux dawn il-flus minħabba xi dewmien amministrattiv? Jista' jgħid jekk humiex se jingħataw dawn l-arretrati u jekk iva, meta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li bħalissa, fl-Explosive Ordnance Disposal Section (EOD) tal-Forzi Armati hemm stazzjonati 31 membru. Il-membri ta' din is-Sezzjoni jistgħu jkunu ntitolati għal żewġ tipi ta' allowance. Dawn huma: Explosives Allowance - li titħallas bir-rata fissa ta' Lm28 fix-xahar lil dawk li jkunu kwalifikati u jaħdmu bħala EOD Operators. Diving Allowance - li titħallas skond in-numru ta' sigħat li għaddas kwalifikat skond l-istandards militari jdum jogħdos matul l-istess ġurnata, skond dawn ir-rati: L-ewwel siegħa Lm2.06c0 It-tieni siegħa Lm3.85c0 It-tielet siegħa Lm5.05c0 Ir-raba siegħa Lm6.87c0 Bħalissa hemm 20 membru kkwalifikat u jaħdmu bħala għaddasa li kollha huma ntitolati għad-diving allowance. Hemm numru zgħir ta' membri mill-31 ta' l-EOD Section li mhumiex qegħdin jirċievu l-explosives allowance. Dawn fil-fatt huma l-aħħar membri li ngħaqqdu ma l-EOD Section. Ninsab infurmat li qegħdin isiru l-arranġamenti sabiex anki dawn jibdew jieħdu l-explosives allowance malajr kemm jista jkun, fejn hu l-każ, bl-arretrati.

ETC — Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol din is-sena għax ġew issensjati minn fuq il-postijiet tax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol din is-sena għax ġew issensjati minn fuq il-postijiet tax-xogħol f'Jannar, Frar u Marzu 2000 kien ta' 264, 186 u 143 rispettivament.
Leg 9 PQ #15949 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sick leave

Question

Billi d-dipartiment tas-saħħa qed jibgħat tobba ta' kumpannija privata biex tivverifika s-sick leave, jista' l-Ministru jgħid kemm qed tiswa lid-dipartiment din il-proċedura fuq medda ta' sena? Meta beda l-kuntratt u kemm ġew visitati mpjegati minn meta beda jgħodd il-kuntratt?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn mindu d-Diviżjoni tas-Saħħa bdiet tibgħat tobba ta' kumpaniji privati biex tivverifika s-sick leave, jiġifieri mill-1 t'Ottubru 1999, saru 883 viżti lill-impjegati tad-Diviżjoni. L-informazzjoni fuq il-kuntratt hija ta' natura kummerċjali.