Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal lill-ommijiet li kienu jabbużaw mid-droga din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mill-bidu ta` din is-sena sa issa, ġiet notifikata fil-National Obstetric Information System (NOIS) tarbija waħda li twieldet lil omm li kienet tabbuża mid-droga.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga din is-sena u x'tip ta' droga kienet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ammont u t-tip ta` droga li nqabdet mill-Pulizija bejn Jannar u April tas-sena 2000 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jdaħħlu droga f'Malta for personal use? X'tip ta' droga kienet, x'kien l-ammont u minn liema pajjiż kienu?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika ż-żmien li qiegħed jirreferi għalih.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex lest li jċedi u/jew inaqqas mir-regolamenti attwali tal-kaċċa u nsib kif inhuma llum, jekk mitlub jagħmel dan mill-Kummissjoni Ewropea u jekk iva, x'inhuma?
Response (BORG, JOE)
M'huwiex għaqli li wieħed jispekula fuq materji li ser ikunu s-suġġett ta' negozjati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' Marittima hix qed tixtri biljetti ta' l-ajru u tibbukja kmamar ġo lukandi barra mingħand kumpanija ta' l-ivjaġġar privata? Jekk iva, liema hi u kemm intnefaq f'dan l-aħħar xahrejn? Jista' l-Ministru jgħid jekk din il-prattika kinitx l-istess qabel xahrejn ilu?
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-direttur ta' din l-aġenzija huwiex membru fuq l-istess board tal-MMA u jekk fil-fatt iddikjarax xi interess kif titlob il-liġi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` Marittima tixtri biljetti ta` l-ajru u tibbukja kmamar ta` lukandi barra minn tlett kumpaniji ta` l-ivjaġġar. In-nefqa ta` l-Awtorita` Marittima matul Marzu u April kienet hekk kif ġejja:
Marzu April Total
Howards Ltd. (Lukandi) Lm1300 Lm520 Lm1820
Sterling Air Services Ltd. Lm1595 Lm645 Lm2240
(Lukandi-Biljetti ta` l-ajru)
Unique Travel Ltd Lm889 Lm6033 Lm6922
(Lukandi-Biljetti ta` l-Ajru)
Din il-prattika hija l-istess ta` kif kienet xahrejn ilu.
L-ebda direttur ta` dawn il-kumpaniji m`huwa membru fuq il-`board` ta` l-Awtorita` Marittima.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx scholarship fin-naval architecture mill-Malta Maritime Authority? Jekk iva, meta inħareġ u minn liema direttorat inħareġ? Qatt ħareġ scholarship ieħor bħal dan? Jekk applika xi ħadd, jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom jaħdmu hemm dawk l-impjegati u min huma? Jekk intgħażel xi ħadd jista'l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ngħata dan l-ischolarship u min ħadu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-Awtorita' Marittima ma' ħarġet l-ebda sejħa għal 'scholarships' fin-'naval architecture' iżda fil-'marine engineering'. Dan sar sabiex ikun imsaħħaħ l-operat tad-Direttorat tal-vapuri merkantili fi ħdan l-Awtorita'. Fl-imgħoddi kienu ntagħżlu wkoll impjegati sabiex isegwu boroz ta' studju f'oqsma speċjalizzati. L-avviż li sar fit-18 ta' Mejju u li kien mitfuħ għall-impjegati kollha ta' l-Awtorita' li għandhom il-kwalifiki meħtieġa għalaq fis-26 taż Mejju, għaldaqstant l-applikazzjonijiet għadhom maż ġewx evalwati.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol li qed isir ħdejn il-Għajn tal-Ħasselin, Msida?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol li fadal madwar il-Għajn huwa ta' madum (li qed isir minn kuntrattur privat) u wara jitwaħħlu r-railings tal-ħadid (min-nies tal-Gvern).
Id-dawl, it-tarmac tal-pjazza u l-bankina qed isiru mill-Kunsill Lokali ta' l-Imsida.
Dan ix-xogħol imsemmi għandu jitlesta fi ftit ġimgħat oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nisa/tfal taħt l-eta' u rġiel għal skopijiet ta' prostituzzjoni din is-sena - fejn inqabdu u kemm minnhom kienu repeated offenders?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u s-26 ta` Mejju ta` din is-sena inqabdu 174 persuna fuq suspett li kienu jitlajjaw għall-skop ta` prostituzzjoni fl-inħawi tal-Gżira, Marsa u Ħal Qormi. Dawn kienu 145 nisa u 29 raġel u kollha huma repeated offenders. Ma kienx hemm tfal taħt l-eta`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni minn pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea u/jew pajjiżi applikanti li għandhom permess jaħdmu Malta llum, u kemm hemm oħrajn li għandhom l-applikazzjoni pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li għandhom permess jaħdmu f`Malta u li ġejjin minn pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea hu ta` 815, filwaqt li n-numru ta` dawk ġejjin minn pajjiżi applikanti hu ta` 153.
Ninsab infurmat ukoll li bħalissa hemm 955 applikazzjoni li għadhom qed jiġu pproċessati, iżda f`dan l-istadju ta` liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess din is-sena? Kemm kienu Maltin u kemm barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul din is-sena instabu 920 persuna jaħdmu bla permess:
207 Maltin instabu jaħdmu waqt li kienu qed jirregistraw għax-xogħol.
16 Maltin instabu jaħdmu waqt li huma ta' eta' mhux permessa li jaħdmu.
569 Maltin instabu jaħdmu fuq bażi full-time mingħajr ma avżaw
il-Korporazzjoni.
101 Maltin instabu jaħdmu fuq bażi part-time mingħajr ma avżaw
il-Korporazzjoni.
27 persuna ta nazzjonalita' barranija instabu jaħdmu illegali mingħajr
il-permessi biex jaħdmu f'Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena u s-sena l-oħra talli wettqu xi reat waqt logħob sportiv? X'kien ir-reat u fejn sar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li sfaw vittmi ta' xi reat, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mir-records disponibbli taħt forma kompjuterizzata, it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej :
1997 1998 1999 2000
(minn April) (sa April)
602 1,107 990 438
Dawn iċ-ċifri jinkludu kull tip ta` reat eż. Serq minn jew ta` vettura ta` persuna l` fuq minn 60 sena.