Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16934 Sitting 317 2000-06-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Bomb Disposal Squad

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru tfittxijiet għal bombi mill-Bomb Disposal Squad din is-sena? X'kien ir-riżultat? Kemm mir-rapporti li daħlu kienu bomb hoaxes?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fil-perjodu msemmi l-Explosive Ordnance Disposal (EOD) Section tal-Forzi Armati wettqet 41 tfittxija għal-bombi. Minn dawn it-tfittxijiet, irriżulta li waħda kienet Improvised Explosive Device ma dar privata f'Ħaż-Żebbuġ. L-erbgħin tfittxija l-oħra kollha rriżultaw li kienu hoaxes.
Leg 9 PQ #16935 Sitting 317 2000-06-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Persuni Mitlufa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru tfittxijiet din is-sena mill-AFM għal persuni mitlufa fuq il-baħar? Kemm irriżultaw fil-pożittiv u kemm kien in-numru ta' persuni megħjuna?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u t-13 ta' Ġunju 2000 il-Forzi Armati ta' Malta (FAM) wettqu ħames tfittxijiet fuq il-baħar fi tliet każi separati. In-numru ta' persuni salvati kien ta' sitta. Ma kien hemm l-ebda każ fejn persuni mitlufa fuq il-baħar ma nstabux mill-FAM, jew kien hemm mewt jew korriment ta' xi persuni fuq il-baħar wara li ġew infurmati l-FAM.
Leg 9 PQ #16936 Sitting 317 2000-06-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Twelid ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi of unknown father fl-isptar sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-istatistika mitluba ma tinġabarx.
Leg 9 PQ #16937 Sitting 317 2000-06-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus dovuti mill-gvern f'arretrati ta' taxxa ta' dħul u dak tal-VAT? Jista' jgħid jekk il-gvern huwiex qed iħallas xi imgħax li seta' intilef mit-taxpayer meta dan jingħatawlu lura?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta` `refunds` dovut mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni hu ta` Lm18,088,636. Skond il-liġi, d-Dipartiment hu obbligat li jħallas interessi fuq `refunds` dovuti għas-sena ta` stima 1999 u s-snin sussegwenti jekk ir-`refund` jitħallas wara ż-żmien preskritt mil-liġi. L-ammont ta` flus dovuti mill-Gvern għar-rigward ta` talbiet minn persuni reġistrati għal ħlas lura ta` kreditu eċċessiv taħt l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud hu kif ġej; Talbiet li qed jiġu investigati Lm4,416,457.73 Talbiet normalizzati wara li ġew investigati Lm1,870,617.37 Talbiet li ser jitħallsu fiż-żmien stabbilit bil-liġi Lm8,836,112.71 Totali Lm15 ,123,187.81 Skond l-istess Att, persuna li jkollha jingħatalha ħlas lura jkollha dritt għal ħlas ta` imgħax fuq l-ammont dovut lilha bir-rata ta` wieħed fil-mija għal kull xahar jew parti minnu mid-data meta l-ħlas lura għandu jitħallas sad-data meta jitħallas.
Leg 9 PQ #16938 Sitting 317 2000-06-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għasafar — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati għasafar din is-sena u x'tip ta' għasafar kienu? Min fejn ġew importati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pajjiżi li minnhom kienu importati għasafar din is-sena kienu Renju Unit, Belġju, Olanda, Spanja, Franza, Senegal u New Zealand. L-informazzjoni iktar dettaljata u estensiva li qed jitlob l-Onor. Interpellant għad trid tinġabar u nagħtih risposta hekk kif titlesta.
Leg 9 PQ #16453 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Restawr — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-ministeru fuq restawr is-sena l-oħra, fejn ġie restawrat u kemm intefaq fuq kull post imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-infieq tad-Dipartiment tal-Mużewijiet fuq restawr is-sena l-oħra kien hekk: Caravaggio's restoration expenses Lm 5,700 Ħaġar Qim (Professional fees re-conservation) Lm 2,870 Bighi Palace (Rehabilitation and Restoration Works) Lm41,550
Leg 9 PQ #16465 Sitting 306 2000-05-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Flus investiti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew investiti flus barra minn Malta, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-figuri mitluba jinsabu ppubblikati fir-rapport annwali rispettivi tal-Bank Ċentrali. Il-figuri għas-snin mitluba huma dawn: 1995 Lm 7.6 miljun 1996 Lm 4.6 miljun 1997 Lm 4.3 miljun 1998 Lm 5.2 miljun 1999 Lm 18.2 miljun F`dan ir-rigward wieħed għandu jinnota wkoll li bejn is-snin 1995 u 1998 is-somma li kull resident seta` jinvesti barra kull sena kienet ta` Lm5,000. Fis-sena 1999 din telgħet għal Lm8,000 fis-sena.
Leg 9 PQ #16466 Sitting 306 2000-05-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Sewqan - mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jsuqu u jużaw il-mobile phone din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li din is-sena, sa l-24 ta` Mejju, kien hemm 222 persuna li nqabdu mill-pulizija jużaw il-mobile phone waqt li jkunu qed isuqu vettura bil-mutur.
Leg 9 PQ #16467 Sitting 306 2000-05-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Diving accidents

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru diving accidents, sena b'sena f'dawn l-aħħar 10 snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mir-records disponibbli taħt forma kompjterizzata, it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif ġej : 1997 1998 1999 2000 (minn April) (sa April) 2 4 5 2
Leg 9 PQ #16468 Sitting 306 2000-05-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kaċċaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu kaċċaturi jiksru l-liġi din is-sena u x'regolament kisru kull wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u s-27 ta` Mejju tas-sena 2000, il-Pulizija qabdet 126 persuna bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riservi Naturali; u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).
Leg 9 PQ #16459 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tqala ta' studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal ta' l-iskola li ma humiex qed jattendu l-iskola llum għax huma tqal u kemm hemm li qed jattendu counselling mill-ischool girls' mothers unit?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa, 27 tfajla m'humiex jattendu skola minħabba tqala: 13 għadhom kif kellhom it-tarbija; 14 għadhom qed jistennew.
Leg 9 PQ #16460 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telephone — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqatgħu linji tat-telephone din is-sena għaliex il-kerrej ma ħallasx il-kont pendenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul l-ewwel tlitt xhur ta` din is-sena saru 7,323 restrizzjoni u 1,601 qtugh tas-servizz tat-telefon. Tajjeb jinghad li meta l-Maltacom taghmel restrizzjoni fuq servizz, l-abbonat ikun jista` jircievi biss telefonati u ma jkunx jista` jcempel, filwaqt li meta jsir qtugh is-servizz jinqata` ghal kollox. Il-Maltacom tiehu dawn il-mizuri wara li ghal diversi drabi tkun avzat lill-abbonat biex jikkonforma ruhu dwar ammonti dovuti lilha.
Leg 9 PQ #16461 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha dejn l-Enemalta u kemm hu d-debt servicing fuq dan id-dejn din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sa l-24 ta` Mejju 2000, id-dejn li ghandha l-Korporazzjoni Enemalta, bejn General banking Facilities u Loans, kien ta` Lm125,408,287 u bir-rati tal-kambju ta` l-istess gurnata fuq Loans f`munita barranija. L-istima ta` Debt Servicing ghas-sena finanzjarja li tkopri l-perjodu bejn l-1 ta` Ottubru 1999 u t-30 ta` Settembru 2000 hija ta` Lm6.7 miljuni. Fis-sena finanzjarja bejn l-1 ta` Ottubru 1998 u t-30 ta` Settembru 1999 l-istima kienet ta` Lm8.2 miljuni.
Leg 9 PQ #16462 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha dejn il-WSC u kemm huwa d-debt servicing fuq dan id-dejn din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-dejn tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma fil-31 ta` Marzu ta` din is-sena kien ilahhaq Lm70,434,110 li minnhom Lm31,400,000 huma Government Debenture. L-interessi, jigifieri `debt servicing`, ghas-sena li ghalqet fil-31 ta` Marzu 1999 kienu jammontaw ghal Lm4,010,563; filwaqt li dawk ghas-sena li ntemmet fil-31 ta` Marzu ta` din is-sena kienu jlahhqu Lm3,999,617. Ta` min jghid li f`dawn l-interessi hemm inkluz l-ammont ta` Lm1,883,000 li jirrapprezenta interessi fuq il-Government Debenture imsemmi aktar `l fuq.
Leg 9 PQ #16463 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarznari — Dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom dejn it-tarznari ta' Malta llum u kemm huwa l-ammont fuq id-debt servicing din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fir-rigward tal-Malta Shipbuilding, id-dejn mal-Gvern jammonta ghal Lm149 miljun inkluzi l-imghaxijiet. Id-dejn ma` banek kummercjali jammonta ghal madwar Lm3 miljuni. L-ammont dovut fuq `debt servicing` din is-sena huwa stmat ghal madwar Lm4.5 miljuni. Dan l-ammont jinkludi imghaxijiet kemm fuq id-dejn akkumulat tal-Gvern kif ukoll fuq xi facilitajiet bankarji. Id-`debt servicing` matul is-sena l-ohra lahaq ic-cifra ta` Lm4.3 miljuni. Sa l-14 ta` April ta` din is-sena d-dejn li ghandha t-Tarzna ta` Malta kien jammonta ghal Lm137.2 miljuni.
Leg 9 PQ #16464 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu dejn il-Freeport illum u kemm huwa d-debt servicing fuq dan id-dejn is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-dejn fuq `long term bonds` li ghandha l-Korporazzjoni tal-Port Hieles jammonta ghal Lm108.7 miljuni. L-interessi fuq dan l-ammont matul l-1999 kien ta` Lm7.3 miljuni; waqt li ghal din is-sena l-ammont ser ilahhaq ghal Lm8 miljuni.
Leg 9 PQ #16453 Sitting 304 2000-05-30 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Restawr — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-ministeru fuq restawr is-sena l-oħra, fejn ġie restawrat u kemm intefaq fuq kull post imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

VRT Test

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru VRT tests is-sena l-oħra u din is-sena u kemm weħlu persuni jew karozzi kull xahar is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` `Vehicle Roadworthiness Tests` li saru s`issa u n-numru ta` vetturi li weħlu huwa kif spjegat hawn taħt: Xahar Numru ta` Testijiet Numru ta`vetturi li weħlu fl-ewwel test Ottubru 5,384 1,484 Novembru 7,149 1,201 Diċembru 5,529 539 Jannar 8,469 1,006 Frar 8,487 874 Marzu 9,499 1,190 April 8,411 1,031

Fishing boats

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn opri tal-baħar reġistrati bħala part-time fishing boats u fishing boats illum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li r-Reġistrazzjoni ta' opri tal-baħar bħala F,MF u PTF taqa' taħt id-Dipartiment tal-Biedja u Sajd. Madanakollu, minn tagħrif miksub mill-Awtorita', in-numru ta' bastimenti u dgħajjes oħra li jaqgħu taħt din ir-reġistrazzjoni huma hekk: F (Full-time Fisher) 230 MF (Market Fisherman) 24 PTF (Part-time Fisher) 1350