Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17054 Sitting 321 2000-06-21 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex isirilhom hip and knee replacement illum u kemm ilhom jistennew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17045 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Meningite

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' meningite sena b'sena f'dawn l-aħħar 10 snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sena b'sena il-każi ta` meningite f'dawn l-aħħar għaxar snin u fl-ewwel erba` xhur ta` din is-sena kienu kif indikati fit-tabella hawn taħt, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Sena 1990 - 4 1991 - 5 1992 - 6 1993 - 6 1994 - 14 1995 - 8 1996 - 19 1997 - 20 1998 - 46 1999 - 37 1/1/2000-30/4/2000 - 19
Leg 9 PQ #17046 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm spiċċaw mies minn mal-Maltacom minn mindu daħlet l-early retirement scheme? Kemm kellhom żmien u kemm ħadu kull wieħed?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17047 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mobile Phones — Repeaters

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huma mwaħħlin ir-repeaters li qegħdin jintużaw illum għall-mobile telephony?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi li din il-mistoqsija parlamentari ssir lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #17048 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

ATM Machines — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każi ta' frodi u/jew serq minn użu ħażin ta' ATM machines din is-sena u s-sena li għaddiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-1999 u matul din is-sena, sal-15 ta` Ġunju, in-numru ta` rapporti li l-Pulizija kellha dwar frodi/serq relatat ma` l-ATM`s kien ta` 10 u 8 rispettivament.
Leg 9 PQ #17049 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qorti — Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq każi ta' tlajjar għal skopijiet ta' prostituzzjoni din is-sena? Kemm minnhom kienu riċedivi? X'weħlu din id-darba u fid-drabi ta' qabel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u l-15 ta` Ġunju ta` din is-sena, il-Pulizija ressqet 9 persuni quddiem il-Qorti fuq każi ta` tlajjar għal skopijiet ta` prostituzzjoni. Tlieta minnhom kienu nstabu ħatja ta` dan ir-reat drabi oħra. Dawn il-każi għad m`humiex deċiżi, filwaqt li fil-passat dawk misjuba ħatja kienu weħlu pieni ta` priġunerija, multa jew probation.
Leg 9 PQ #17050 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm instabet droga ġewwa l-ħabs din is-sena u kemm inqabdu ħabsin taħt l-effett tad-droga ġewwa l-ħabs din is-sena? X'weħlu għal dan l-abbuż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul din is-sena, sas-16 ta` Ġunju, kien hemm tlett okkażżjonijiet meta nstab xi trab suspettuż ġewwa l-ħabs. F`żewġ okkażżjonijiet minn dawn it-trab instab ġewwa l-ħabs, filwaqt li fil-każ l-ieħor it-trab instab fuq priġunier waqt tfittxija li saret fuqu meta nġieb il-ħabs mill-Qorti. Dawn it-tlett każi għadhom qed jiġu nvestigati mill-Pulizija. Ninsab infurmat ukoll li bejn l-1 ta` Jannar u s-16 ta` Ġunju, 2000, saru 253 test ta` l-urina u 18-il persuna rriżultaw pożittivi. Bħala kastig 16-il priġunier tilfu komplissivament total ta` 834 ġurnata remission, filwaqt li 2 priġunieri ma ngħatawx kastig peress li kienu laħqu ġew rilaxxati mill-ħabs qabel ma kien wasal ir-riżultat tat-test.
Leg 9 PQ #17017 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Kaċċaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk meta l-kaċċaturi jkunu jistgħu jisparaw minn secondary roads, jistgħux dawn joqogħdu għall-kaċċa f'dawn it-toroq, jimxu b'arma mikxufa f'dawn it-toroq u jistgħux jisparaw x'ħin ikun hemm karozzi jew persuni jimxu fil-viċinanzi tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bit-tibdil fir-regolamenti tal-kaċċa u l-insib għalkemm huwa permissibli li wieħed jispara minn ħdejn triq sekondarja jew mgħodija fil-kampanja, mhux permissibli li wieħed jispara fid-direzzjoni ta' triq sekondarja u mogħdija fil-kampanja jew mit-triq. Kaċċatur għadu mitlub li jimxi fi kwalunkwe triq bl-arma fil-għata. Sparar minn triq prinċipali jew arterji ma jistax isir jekk mhux aktar minn 50 metru 'l bogħod. U sparar ma jistax isir jekk mhux aktar minn 200 metru minn post abitat, jew raħal jew belt.
Leg 9 PQ #17018 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU — Għaqdiet tal-kaċċaturi

Question

Billi l-Ministru responsabbli mill-Ambjent qal illi rappreżentanti ta' l-għaqdiet tal-kaċċaturi se jkunu nvoluti fid-diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid jekk l-għaqdiet tal-kaċċaturi humiex se jkunu rappreżentanti fin-negozjati li qed isiru ma' l-Unjoni Ewropea fuq dan is-suġġett, meta dan jiġi diskuss barra minn Malta?

Response (BORG, JOE)

Nikkonferma dak li qal il-Ministru tal-Ambjent illi r-rappreżentanti tal-għaqdiet tal-Kaċċaturi se jkunu involuti fid-diskussjonijiet mal-Unjoni Ewropeja, u dan oltre l-involviment li diġa għandhom fil-Malta- EU Steering and Action Committee.
Leg 9 PQ #17019 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU Information Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu s'issa l-EU Information Centre fuq reklami u fejn intnefqu?

Response (BORG, JOE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #17020 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer fuq xogħol tal-gvern taħt din l-amministrazzjoni? X'kien l-iskop ta' kull safra u fejn kienet id-destinazzjoni f'kull każ? Kemm swew flus b'kollox?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17021 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħabs Ċivili — Suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati li issa se jkunu għassa madwar il-ħabs humiex se jkunu armati b'armi tan-nar? Jekk iva, jidhirlu l-Prim Ministru li din tista' tkun perikoluża għaliex jekk suldat jingħeleb l-arma u l-munizzjon jistgħu jaqgħu f'idejn il-kriminali maħruba? Jekk iva, jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet li jippermettu s-suldati li jużaw dawn l-armi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li suldati għassa madwar il-ħabs ikunu armati bħalma dejjem kienu f'okkażjonijiet simili fejn ukoll jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. L-użu ta' l-armi huwa skond proċeduri applikati fuq livell internazzjonali mill-militar madwar id-dinja, u s-suldati jiġu mħarrġa f'dawn il-proċeduri.
Leg 9 PQ #17044 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Investimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew investiti flus minn Maltin barra minn Malta xahar b'xahar din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-figuri ta` flus investiti minn Maltin barra minn Malta xahar b`xahar din is-sena sa April huma dawn; Lm (miljuni) Jannar 2.9 Frar 2.6 Marzu 3.7 April 3.8 L-Onorevoli Interpellant jaf illi f`Novembru ġie kważi rdupjat l-ammont ta` flus li l-Maltin jistgħu jinvestu barra minn Malta u l-Gvern riesaq lejn politika li neħħi għal kollox kontrolli fuq il-kambju.

ETC — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandha karozzi mikrija l-ETC, min jużahom u, kemm swew lill-ETC din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ETC għandha disa (9) karozzi mikrija. Dawn il-karozzi jintużaw kif ġej: Tlieta (3) mit-taqsima tax-xogħol (Employment Services Division) Tnejn (2) mit-taqsima tat-taħriġ (Training Services Division) Waħda (1) mit-taqsima ta' l-amministrazzjoni Tlieta (3) mit-taqsima ta' l-ispettorat Bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena, il-kiri ta' dawn il-karozzi sewa Lm7,127.38.
Leg 9 PQ #16941 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha vetturi l-Planning Authority? X'tip huma, min jużahom, kemm swew biex inxtraw waħda waħda u meta nxtraw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-vetturi li għandha l-Awtorita` ta` l-Ippjanar hu kif ġej : Mudell Min jużahom Valur Meta nxtraw (Lm) Renault 19 General Duties 8,200 1993 Chairman`s Office Opel Astra Direttur ta` l-Ippjanar 7,782 1994 Suzuki Van Mapping Unit 3,385 1998 Suzuki Jimmy Environmental Management 6,203 1999 Unit Alfa 156 Chairman 12,225 1999 Ninsab infurmat ukoll li minbarra l-vetturi msemmija hawn fuq, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tagħmel użu minn 38 vettura b`kuntratt ta` 'leasing' u 'hire'.
Leg 9 PQ #16942 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm ingħataw din is-sena u kemm hawn persuni li għandhom ċittadinanza doppja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija b`reġistrazzjoni jew b`naturalizzazzjoni, sena b`sena, mill-1 ta` Jannar 1995 sal-15 ta` Ġunju 2000, huwa kif jidher hawn taħt: Sena B`reġistrazzjoni B`naturalizzazzjoni ---- ---------------- ------------------- 1995 145 132 1996 158 160 1997 111 128 1998 111 110 1999 79 54 2000 170 22 Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, niġbed l-attenzjoni ta` l-Onorevoli Interpellant għall-fatt li dawk il-persuni kollha li fil-21 ta` Settembru 1964 jew meta twieldu saru ċittadini ta` Malta, kienu tilfu ċ-ċittadinanza Maltija u għexu għal ta` l-inqas sitt snin barra minn Malta, llum reġgħu akkwistaw awtomatikament iċ-ċittadinanza Maltija u jikkwalifikaw biex ikunu jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi, jiġifieri dik Maltija u l-oħra barranija. Huwa stmat li hemm eluf ta` persuni li jikkwalifikaw għal dan id-dritt, iżda n-numru preċiż mhux magħruf. F`dan ir-rigward ir-rwol tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta` l-Expatriates huwa li jikkonferma, meta ssirlu talba, li l-persuna konċernata tista` żżomm żewġ ċittadinanzi: dik Maltija u l-oħra barranija. Mill-ewwel ta` Awissu 1989, jiġifieri meta daħlet fis-seħħ il-liġi dwar iċ-ċittadinanza doppja, sal-lum ġie kkonfermat lil 6,285 (585 minnhom din is-sena) li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi: dik Maltija u l-oħra barranija.
Leg 9 PQ #16943 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex persuni jingħataw iċ-ċittadinanza Maltija u minn liema pajjiż huma dawk li applikaw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta` l-Expatriates għandu 683 applikazzjoni pendenti sabiex persuni jiġu reġistrati/naturalizzati bħala ċittadini ta` Malta. Il-persuni konċernati ġejjin mill-pajjiżi kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #16944 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Passaporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' persuni li tilfu l-passaport waqt li għadu validu sena b'sena tul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li meta persuna titlef il-passaport tagħha, hija tiġi mitluba biex tikkonferma dan il-fatt taħt ġurament. Il-formola tal-ġurament imbagħad titqiegħed ma` l-applikazzjoni ta` l-istess persuna u tintrefa`. Għalhekk, biex tingħata l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant ikun meħtieġ li jiġu maqlugħa u eżaminati l-applikazzjonijiet għall-passaporti li saru fis-snin li qed jirreferi għlihom l-Onor. Interpellant. Dan ifisser li jridu jiġu manwalment eżaminati total ta` 106,507 applikazzjoni għall-passaporti li ħarġu bejn l-1 ta` Jannar 1995 sa l-aħħar tal-31 ta` Diċembru 1999, proċess li jinħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi. Ma jidhirlix li l-użu ta` dan iż-żmien u riżorsi biex tinġabar l-informazzjoni mitluba hu ġustifikat.
Leg 9 PQ #16933 Sitting 317 2000-06-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-Forzi Armati llum? Jista' jagħti breakdown tar-ranks kollha?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fit-13 ta' Ġunju 2000, b'kollox, fil-Forzi Armati kien hemm total ta' 1980 membru li kienu mqassmin kif jidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Il-Forzi Armati jimpjegaw ukoll, b'kuntratt u fuq bażi part-time, Marine Consultant u Airworthiness Surveyor.