Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17870 Sitting 345 2000-07-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Midwifes

Question

Fir-rigward promotions għall-midwives scale no. 8, illi kienu għalqu l-applikazzjonijiet tagħhom fil-14/2/97 u mbagħad sar l-interview fil-25/3/99, jista' l-Ministru jgħid: (i) min kienu l-membri fuq il-board; (ii) min kienu dawn ta' qabel; u (iii) min għażel il-membri tal-board li għamel l-interviews? Kif intgħażlu? Kemm kellhom esperjenza fil-midwifery u/jew fix-xogħol tagħhom u x'kien? Kemm kellhom esperjenza fix-xogħol dawk li ħaduha u dawk li ma ħaduhiex? Intgħażlu nurses miżżewġa minn dawk li ma ntgħażlux, kien hemm min kellu esperjenza ta' xogħol barra minn Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Billi l-promozzjonijiet li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant kienu, bħal promozzjonijiet oħra fis-servizz pubbliku, pproċessati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, m'inhix f'qagħda li nagħti tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari.
Leg 9 PQ #17871 Sitting 345 2000-07-12 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni mibgħuta barra għal kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru persuni għal kura medika barra minn Malta din is-sena għas-spejjeż tal-gvern? X'kienu l-kondizzjonijiet mediċi li għalihom siefru? Kemm swew lil gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17872 Sitting 345 2000-07-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni li kissru l-liġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tneħħew barranin minn Malta din is-sena għax kissru xi liġi ta' Malta? Min fejn kienu dawk li tneħħew? Kemm swiet lil pajjiżna fi spejjeż ta' vjaġġi ta' l-ajru din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li din is-sena, sa l-aħħar ta` Ġunju, tneħħew minn dawn il-Gżejjer 300 persuna wara li tressqu quddiem il-Qorti u nstabu ħatja. Dawn il-persuni kienu mqassma kif ġej : - Armenia 3 Ġordan 6 Niġer 1 Ingilterra 2 Lebanon 5 Pakistan 1 Bulgarija 14 Libja 174 Romanija 1 Ċina 8 Moldavia 1 Sirja 15 Eġittu 29 Marokk 5 Tuneżija 22 Iraq 1 Niġerja 3 Turkija 1 Italja 2 Jugoslavja 3 Irlanda 1 Palestina 1 Russja 1 Ninsab infurmat ukoll li fl-istess perijodu, in-nefqa għat-tneħħija minn dawn il-Gżejjer ta` persuni minn dawk imsemmija kienet tammonta għal Lm4,606.70.
Leg 9 PQ #17853 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' personnell ta' l-Armata li attendew għal kors barra minn Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin? X'tip ta' kors kien u kemm minn dawn is-suldati għadhom fl-Armata llum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba, li hi mifruxa fuq għaxar snin, qed tinġabar. Dik l-informazzjoni li tista' tinħareġ ser tingħata fi tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17854 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm telqu suldati wara li rriżenjaw mill-Armata s-sena l-oħra u din is-sena? X'kien ir-rank tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta ma jagħtix lis-suldat dritt ta' riżenja. Jista jiġi maħlul mis-servizz taħt sistema ta' 'Discharge by Purchase' jew tmiem ta' servizz għal raġunijiet ta' kompassjoni. Fl-1999 kien hemm ħames 'Discharges by Purchase' (Surġent, Lance Bombardier u tliet Gunners) u Gunner li temm is-servizz għal raġunijiet ta' kompassjoni. Fis-sena 2000 kien hemm tliet Gunners li ġew 'Discharged by Purchase'.
Leg 9 PQ #17855 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati li qed jagħmlu għassa madwar il-ħabs humiex qed jingħataw x'jieklu u x'jixorbu, waqt ix-xift tagħhom u x'tip ta' protezzjoni mix-xemx qed tipprovdilhom l-Armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li s-suldati li qegħdin jagħmlu għassa madwar il-ħabs jaħdmu fuq xift normali bħal suldati oħra. Biex dawn is-suldati jiġu protetti mix-xemx, l-awtoritajiet tal-ħabs ipprovdew strutturi li diġa kienu f'posthom meta s-suldati bdew l-għassa.
Leg 9 PQ #17857 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Mwiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni traġikament sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin? X'kienet il-kawża tal-mewt f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant beda jinżamm taħt forma kompjuterizzata mill-1998 u huwa kif ġej: Kawża tal-mewt 1998 1999 2000* Omiċidji 7 12 4 Inċidenti tat-traffiku 16 12 8 Suwiċidju 11 23 8 Oħrajn 21 21 20 * Sa l-10.07.2000
Leg 9 PQ #17858 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Fire engines

Question

Billi l-pulizija żammet taħt il-control tagħha żewġ fire engines għal crowd control speċjalment waqt il-logħob tal-football, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija detailed biex jaħdmu fuq dawn iż-żewġ vetturi? X'joqogħdu jagħmlu dawn meta l-vettura ma tkunx qed tintuża? Kemm qed jiswew lill-korp dawn iż-żewġ vetturi biex jinżammu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-membri ta` l-SAG li għandhom il-ħila fl-immannġar ta` dawn il-vetturi, meta ma jkunux meħtieġa sabiex joperaw dawn il-vetturi, jagħmlu xogħol bħal kull membru ieħor ta` din l-Iskwadra. Fir-rigward ta` spejjeż li dawn il-vetturi qed jiswew lill-Korp tal-Pulizija, ninsab infurmat li bħal ma hu l-każ f`kull vettura oħra, dawn huma għal fuel, maintenance u meta jkun meħtieġ tiswijiet ta` ħsarat li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal ieħor.
Leg 9 PQ #17866 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati reati ġo Paceville din is-sena u kemm minnhom ġew allegatament konnessi minn persuni taħt is-16-il sena? X'kien l-allegat reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul din is-sena, sal-10 ta` Lulju, il-Pulizija ta` San Ġiljan kellha 192 rapporti ta` reati li jidhru li seħħew ġewwa Paċeville. Dawn ir-reati jinkludu attentat ta` serq, offiżi fuq il-persuna, ħsarat, falsifikazzjoni, reati sesswali u serq. Minn dawn kien hemm rapport wieħed ta` offiża fuq il-persuna, fejn kien allegat li ġie mwettaq minn persuna taħt is-16-il sena.
Leg 9 PQ #17630 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Għoli tal-ħajja — Cheque tal-ħobż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għadhom ma ħadux iċ-cheque tal-ħobż?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlasijiet dovuti kollha ħarġu. Għadd hemm madwar 350 ċekk li ġew irritornati lid-Dipartiment tat-Teżor. Dan ġara għaliex min kien intitulat għalihom bidel ir-residenza jew l-istat tiegħu jew xi raġunijiet oħra.
Leg 9 PQ #17632 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Xiri ta' fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm neqfet l-Enemalta fuq xiri ta' fuel, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tkun inkluza fir-Rapport tas-Sena li l-Korporazzjoni Enemalta tippubblika kull sena u li jitpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17633 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni — Annimali/tjur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' annimali, tjur jew ħlejjaq oħra ġew importati s-sena l-oħra u din is-sena? X'tip kienu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif gej: 1999 TIP TA` ANNIMAL KWANTITA` Zwiemel 352 Ghoggiela nisa 68 Barrin 6 Nghag 61 Flieles ghat-tfaqqis tal-bajd 15,263 Flieles ghat-trobbija 735 Dundjani hajjin 20,380 Papri u Guinea Fowls 2,000 Fniek ghat-tnissil 1,616 Hamiem 482 Ann imali ohra 44,858 Bejn Jannar u Mejju tas-sena 2000 Zwiemel 155 Flieles ghat-tfaqqis tal-bajd 3,120 Tigieg 251 Papri ghad-delizzju 15 Fniek ghat-tnissil 1,731 Hamiem 288 Annimali ohra 10,386
Leg 9 PQ #17634 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Imwiet — Mard infettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni minħabba mard infettiv is-sena l-oħra u din is-sena? X'tip ta' mard kien?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat illi fl-1999 kien hemm disa każi ta` mard infettiv li rriżulta f`imwiet. Fl-ewwel ħames xhur ta din is-sena kien hemm erba` każi li rriżulta f`mwiet. Dawn kienu kif indikat fit-tabella hawn taħt. Xorta ta` mard 1999 Nru. ta` mwiet ------------------------------------------- ------- AIDS 1 Leishmaniasis, Visceral 1 Meningitis, Meningococcal 1 Septicaemia, Meningococcal 4 Tuberculosis, Pulmonary 2 --------------------------------------------- ------- Xorta ta` mard 2000(sa 31.05.00) Nru. ta` mwiet ------------------------------------------- -------- AIDS 1 Tetanus 1 Septicaemia, Meningococcal 2 --------------------------------------------- -------
Leg 9 PQ #17635 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqbdu persuni joqogħdu Malta illegalment din is-sena? Ta' liema nazzjonalita' kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena, inqabdu 301 persuna li kienu Malta illegalment. Dawn kienu minn dawn il-pajjiżi: Armenja Irlanda Libja Palestina Sirja Bulgarija Italja Marokk Pakistan Tuneżija Eġittu Ġordan Moldovia Romanija Turkija Iraq Lebanon Niġerja Russja Jugoslavja Ingilterra Ċina
Leg 9 PQ #17636 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu immigranti illegali din is-sena? Minn liema pajjiżi kienu? Kemm ġew iddeportati persuni illegali din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17635 f`din l-istess Seduta. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena tneħħew minn Malta 290 persuna barranija li b`xi mod kienu Malta llegalment.

Kunsilli lokali — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru sindki, viċi sindki, kunsilliera jew impjegati oħra tal-kunsilli fuq attivitajiet uffiċjali konnessi mal-kunsill tagħhom? Minn liema kunsill kienu, fejn marru f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellan, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsilli Lokali konċernati.
Leg 9 PQ #17628 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qbid ta' tjur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu għasafar, tjur jew ħlejjaq oħra maqbuda mill-pulizija sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm mietu minnhom fil-magħluq sakemm intelqu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Leg 9 PQ #17629 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-gvern mill-VAT fuq il-petrol, diesel, u telephone din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta` Jannar 2000 u l-15 ta` Ġunju 2000 ta` din is-sena, d-dħul tal-Gvern mill-VAT fuq il-provvista ta` `petrol` u `diesel` u servizzi ta` `telephone` kien ta` Lm3,062,442.60 u Lm1,937,760.97 rispettivament. Dawn l-ammonti jinkludi fihom VAT li tħallset fuq provvista ta` prodotti jew servizzi oħra li l-operaturi nvoluti normalment jagħmlu u li ma jidhrux separatament fid-denunzji tat-taxxa.
Leg 9 PQ #17630 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Għoli tal-ħajja — Cheque tal-ħobż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għadhom ma ħadux iċ-cheque tal-ħobż?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17631 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mobile phones — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati mobile phones sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta` mobile phones li gew impurtati bejn is-snin 1996 u 1999 u li jaqghu taht il-klassifika ta` l-H.S. 8525209100 kien kif gej: 1996 4,299 1997 6,690 1998 10,112 1999 18,950 T ajjeb jinghad li qabel l-1996 ma kienetx tinzamm tali statistika.