Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu mpjegati l-podoloġisti li spiċċaw mill-aħħar kors li organizza l-Institute of Health Care?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern tal-11 ta' Lulju 2000 għall-mili ta' postijiet ta' Podoloġisti fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Dawn il-postijiet jimtlew mill-kandidati skond l-ordni ta' mertu li jġibu fir-riżultat li jiġi ppubblikat mill-istess Kummissjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġet stop u/jew enforcement orders il-Planning Authority, sena b'sena mill-1996 'l hawn? Kemm hemm minnhom li ħarġu fuq l-Imsida, Gżira, Ta' Xbiex u San Ġwann? Kemm minnhom ġew fil-fatt inforzati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru totali t`avviżi t`infurzar skond l-Att Nru. 1 ta` l-1992 dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp li nħarġu mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar mill-1996 `l hawn, hu ta` 6,362. Dawn inħarġu sena b`sena kif ġej : -
1996 - 1,699
1997 - 1,413
1998 - 1,420
1999 - 1,115
2000* - 715
* Sat-30 ta` Ġunju
L-avviżi maħruġa fil-lokalitajiet indikati fl-Interpellanza huma kif ġej :
Gżira - 64
Msida - 84
San Ġwann - 96
Ta` Xbiex - 15
Dawn l-avviżi kollha ġew infurzati immedjatament, ċioe` hekk kif appena s-sidien involuti kienu notifikati skond il-liġi u ġew mitluba li jwaqqfu l-iżvilupp illegali, u ngħataw żmien stipulat sabiex irreġgħu s-sit lura għall-istat oriġinali. B`konsegwenza ta` din l-azzjoni, diversi każi fil-lokalitajiet imsemmija hawn fuq ġew solvuti billi s-sidien applikaw għall-permess u fejn kien aċċettabli inħarġu l-permessi relattivi, jew l-illegalita` tneħħiet mill-iżviluppatur innifsu jew inkella mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Xi każi oħra għadhom pendenti u azzjoni relattiva tittieħed appena jiġu eżawriti l-proċeduri kollha skond il-liġi.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17870 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': fir-rigward promotions għall-midwives scale no. 8, illi kienu għalqu l-applikazzjonijiet tagħhom fl-14/2/97 u mbagħad sar l-interview fil-25/3/99, jista' l-Prim Ministru jgħid: (i) min kienu l-membri fuq il-board; (ii) min kienu dawn ta' qabel; u (iii) min għażel il-membri tal-board li għamel l-interviews?
Kif intgħażlu? Kemm kellhom esperjenza fil-midwifery u/jew fix-xogħol tagħhom u x'kien? Kemm kellhom esperjenza fix-xogħol dawk li ħaduha u dawk li ma ħaduhiex? Intgħażlu nurses miżżewġa minn dawk li ma ntgħażlux, kien hemm min kellu esperjenza ta' xogħol barra minn Malta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' abbuż fuq it-tfal din is-sena? X'tip kienu u kemm ittellgħu persuni fuq dawn il-każi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-10 ta` Lulju 2000, il-Pulizija kellha 14-il rapport ta` abbużi sesswali fuq persuni ta` taħt it-tmintax-il sena, li dwarhom tressqu quddiem il-Qorti 8 persuni.
Billi l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li applikat għal post ma' l-Air Malta għadha ma rċeviet ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta dan se jieħu xi risposta mill-Air Malta?
Jista' l-Ministru jara illi r-Rodent Control Section tinvestiga diversi lmenti ta' persuni li joqogħdu qrib il-flats tal-gvern li hemm ġewwa s-Swatar, Imsida?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika permezz tal-'Pest Control Unit', ħa l-passi kollha meħtieġa biex tiġi kkontrollata xi problema ta` ġrieden li jista` hemm kif indikat. Din is-sena, kien sar trattament ta` tqegħid ta` velenu, mad-dawra u fil-viċinanza tal-'Housing Estate' kollu, kif sar illum, fil-21 ta` Frar, 15 ta` Mejju, 12 ta` Ġunju u fit-13 ta` Lulju. Il-problema ser tibqa` tiġi segwita minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni ġewwa l-Gżira u Ta' Xbiex din is-sena? Jista' jgħid meta nqabdu, wieħed wieħed, u kemm saru patrols mill-pulizija ġo dawn l-inħawi din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u l-10 ta` Lulju 2000, kien hemm 131 darba fejn persuna ġiet imwaqqfa mill-Pulizija fuq suspett ta` tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni. Mit-tagħrif disponibbli dawn ġew imwaqqfa fil-ġranet kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll illi kemm il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll ta` l-Iskwadra ta` kontra l-Vizzji, regolarment jagħmlu ronda kontra dan l-abbuż f`inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Billi f'risposta oħra fuq kemm inqabdu persuni jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni din is-sena l-Ministru qal li kollha kienu repeated offenders, jista' jgħid kemm-il darba nqabdu wieħed wieħed u kemm-il darba nstabu ħatja mill-qorti kull wieħed, kif ukoll x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bil-frażi repeated offenders għandu jiftiehem li dawn kienu kollha magħrufa mal-pulizija . Ninsab infurmat ukoll illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni Maltin il-ħabs illum fuq sentenza mogħtija mill-qorti u kemm hemm minnhom li weħlu piena ta' ħabs darba oħra? Jekk hemm, kemm-il darba oħra weħlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` priġunieri li preżentament qegħdin jiskontaw sentenza mogħtija mill-Qorti huwa ta` 132.
Dawn weħlu sentenzi kif ġej : -
l-ewwel 54 id-disa 3 is-sbatax 1
it-tieni 19 l-għaxar 2 il-wieħed u 1
għoxrin
it-tielet 15 il-ħdax 2 it-tnejn u 1
għoxrin
ir-raba 9 it-tnax 1 il-ħamsa u 1
għoxrin
il-ħames 9 it-tlettax 3
is-sitt 3
is-seba 6 il-ħmistax 1
it-tmien 1
Jista' l-Ministru jara illi persuni li jkollhom l-arma tal-kaċċa konfiskata mill-pulizija u li sussegwentement tingħatalhom lura mill-qorti jiġbruhom mid-depot u mhux mill-qorti, dan għaliex minħabba s-sistema ta' parking ħafna persuni qed ikollhom jimxu sal-Furjana bl-arma f'idejhom minn ġo nofs il-Belt u dan qed jesponihom għar-redikolu?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni mad-diversi dipartimenti jew azjendi parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministru, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin, u x'tip ta' xogħol jagħmlu? Fejn ġew impjegati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-informazzjoni mitluba tinvolvi xejn anqas minn sebgħa u għoxrin entita' bejn dipartimenti, korporazzjonijiet u azjendi li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, ma narax għaliex għandha tinġabar tali informazzjoni sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni mad-diversi dipartimenti jew azjendi parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin u x'tip ta' xogħol jagħmlu fejn ġew impjegati?
Response (DALLI, JOHN)
Narraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta al din il-mistoqsija ser tinata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-16-il sena ġo discos din is-sena?
Kemm inqabdu tfal jixorbu l-alkoħol din is-sena? Kemm ittellgħu persuni l-qorti talli daħlu dawn it-tfal ġo discos u/jew biegħu xorb alkoħoliku lil tfal taħt l-eta'? X'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li din is-sena, sa l-10 ta` Lulju, il-Pulizija qabdet 5 persuni taħt is-16-il sena ġo postijiet ta` divertiment, filwaqt li tressqu tlett persuni talli ppermettew tfal taħt is-16-il sena ġo post ta` divertiment. Tnejn għad għandhom il-każ pendenti quddiem il-Qorti, filwaqt li l-persuna l-oħra ġiet liberata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni ta' ċittadinanza Libjana li ġew Malta bl-ajru minn Istanbul, it-Turkija f'dawn l-aħħar sentejn?
Kemm minnhom ġew hawn għal aktar minn darba u kemm-il darba f'kull każ? X'kien l-iskop tal-mawra tagħhom f'pajjiżna?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar 1998, u l-31 ta` Mejju 2000, in-numru ta` persuni ta` ċittadinanza Libjana li waslu bl-ajru f`Malta minn Istanbul kien ta` 2,090.
Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant fit-tieni parti tal-Mistoqsija.