OPM — Promozzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17870 li
oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta
lilek u ċioe': fir-rigward promotions għall-midwives scale no. 8, illi kienu
għalqu l-applikazzjonijiet tagħhom fl-14/2/97 u mbagħad sar l-interview
fil-25/3/99, jista' l-Prim Ministru jgħid: (i) min kienu l-membri fuq il-board;
(ii) min kienu dawn ta' qabel; u (iii) min għażel il-membri tal-board li għamel
l-interviews?
Kif intgħażlu? Kemm kellhom esperjenza fil-midwifery u/jew fix-xogħol
tagħhom u x'kien? Kemm kellhom esperjenza fix-xogħol dawk li ħaduha u dawk li
ma ħaduhiex? Intgħażlu nurses miżżewġa minn dawk li ma ntgħażlux, kien hemm
min kellu esperjenza ta' xogħol barra minn Malta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għaddietli din l-informazzjoni:
(i) Il-membri tal-Bord ta' l-għażla għas-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' Midwifery Officer (DH Ċirkulari Nru 8/97 li ġġib id-data ta' l-20 ta' Jannar, 1997 u li d-data ta' l-għeluq kienet l-14 ta' Frar, 1997), kienu:
Chairperson - Ms Margaret Abela, Manager, Midwifery Services
Members - Ms Nathalie Zammit, Departmental Midwifery Officers
Ms M'Assunta Saliba, Departmental Midwifery Officer
Ms Norma Salamone, Assistant Principal, rappreżentant tal-Management and Personnel Office
(ii) Il-membri tal-Bord ta' l-għażla tal-proċess ta' qabel (ie DH Ċirkulari Nru36/95 tat-13 ta' Marzu, 1995) kienu:
Chairman - Prof Mark Brincat, Director, Department of
Obstetrics and Gynaecology
Members - Dr Neville Montanaro Gauci, Consultant Accoucher
- Ms Astrid Miller, Assistant Principal, rappreżentant
tal-Management and Personnel Office.
(iii) Il-membri tal-Bord ta' l-għażla jiġu nominati mill-Kap tad-Dipartiment konċernat u jiġu approvati mill-Kummissjoni. Ir-rappreżentant tal-Management and Personnel Office, jiġi nominat mill-Uffiċċju tal-Management and Personnel Office u jkun approvat mill-Kummissjoni.
(iv) It-tliet membri professjonali tal-Bord ta' l-għażla kienu l-aktar tliet uffiċjali għoljin fil-klassi tal-Midwifery
Fl-1995 meta l-Bord ta' l-għażla kien jinkludi speċjalisti fil-maternita', il-gradi għoljin ta' Manager, Midwifery Services u Departmental Midwifery Officers kienu għadhom ma ntlewx.
(v) Il-Kummissjoni mhix f'pożizzjoni li tagħti informazzjoni dwar l-esperjenza u l-istatus tal-kandidati.