Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li nqatagħlhom is-servizz ta' l-ilma u/jew dawl għax ma ħalsux il-kontijiet tagħhom din is-sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Għall-ewwel tlitt xhur tas-sena, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 15998 waqt is-Seduta numru 293.
L-informazzjoni mitluba għax-xhur wara Marzu għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom is-servizz tat-telephone maqtugħ għax għandhom kontijiet pendenti mal-Maltacom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-preżent hemm 2,362 abbonat li għandhom is-servizz tat-telefon maqtugħ peress li naqsu milli jħallsu l-kontijiet anke wara li kien hemm restrizzjoni fuq is-servizz tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ID-Cards skaduti llum?
Jista' jgħid jekk ID-Card skaduta tistax tintuża u jekk xi azjenda jew dipartiment jistax jirrifjuta li jaqdi lil xi ħadd għax għandu ID-Card skaduta?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija mhix miżmuma mill-Pulizija, u lanqas ma hi fil-pussess tagħhom. Dwar it-tieni parti, kull karta ta` identita` maħruġa qabel l-1 ta` Jannar 2000 li tiskadi wara dik id-data tibqa` valida sakemm jinħareġ avviż mill-Prim Ministru fil-Gazzetta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bniet ta' l-iskola li ma attendewx skola din is-sena għax huma tqal u kemm hemm tfal jattendu l-ischool girl's mothers unit bħalissa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' tfajliet studenti li ma attendewx l-iskola bejn Jannar u Ottubru 2000 għax huma tqal huwa ta' 34.
Fil-preżent hemm 28 tfajla tqila li qed jattendu l-programm tal-Girl's Mothers Unit. Uħud minn dawn għandhom aktar minn 16-il sena.
Hemm ukoll 30 tfajla, (uħud minnhom 'l fuq minn 16-il sena li jattendu f'dan il-Unit flimkien tat-tarbija.
Informat ukoll li 20 tfajla li għalqu s-16-il sena u li kellhom tarbija baqgħu jattendu għall Counselling f'dan il-Unit.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament se tingħata akkomodazzjoni alternattiva peress li qed tgħix fil-periklu, kif juri r-rapport tal-perit li qed jintbagħat ukoll separatament?
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal minn tfajliet taħt is-16-sena, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Jista' l-Ministru jgħati breakdown tal-etajiet ta' dawn l-ommijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fir-Reġistru Pubbliku ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intneqfu flus min kull ministeru fuq safar din is-sena u x'kien l-iskop ta' kull safra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża minn kull ministeru fuq safar din is-sena dalwaqt tkun ippublikata fl-estimi tal-Budget li ġej. Għal bqija tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għal mistoqsijiet preċedenti li saru fuq l-istess suġġett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu ħatja persuni s-sena l-oħra u din is-sena li kisru l-litter act u x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
1999 - 2000*
Persuni
Sentenza
Persuni
Sentenza
4
Multa
9
Multa
1
Ordnat li jneħħi l-inkonvenjent fi żmien 15-il ġurnata taħt penali ta` Lm20 kull ġurnata
1
Ordnat li jneħħi l-inkonvenjent fi żmien 15-il ġurnata taħt penali ta` Lm20 kull ġurnata
2
Ċanfira u twiddiba
1
Ċanfira u twiddiba
2
Sec 9 Act XII/57
* sat-30.09.2000
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' households illi rċevew il-kont ta' l-ilma u d-dawl dan l-aħħar liema ammont kien ta Lm 100, Lm 200, Lm 300, Lm 400 u Lm 500 f'kul każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li din it-tip ta' breakdown għall-aħħar kontijiet tad-dawl u ilma għadha mhix għad-dispożizzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni mill-pulizija jiksru l-litter act din is-sena? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' abbużi kienu u x'allegatament wettqu dawk li nqabdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2000, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 37 persuna fuq reati konnessi mal-Litter Act.
Jista' l-Ministru jgħid kemm insterqu karrozzi jew vetturi bil-mutur din is-sena u kemm kien in-numru ta' vetturi misruqa li għadhom ma nstabux?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vetturi irrappurtati nieqsa bejn l-ewwel ta` Jannar u l-aħħar ta` Settembru ta` din is-sena, kienu 851. Filwaqt li 564 ġew irrappurtati misjuba, hemm 287 li għadhom irrappurtati nieqsa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-joint office għandux jew hux qed jamministra proprjeta' ġo Triq Sciberras, Imsida? Inbiegħet xi proprjeta' din is-sena? Jekk iva, kif sar il-bejgħ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Uffiċċju Konġunt jamministra diversi proprjetajiet ġo t-triq li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, iżda din is-sena ma nbiegħet l-ebda proprjeta` fit-triq imsemmija.
Jista l-Ministru jgħid kemm tresqu barranin il-Qorti din is-sena u fuq xiex kienu akkużati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2000, il-Pulizija ressqet 602 persuna ta` nazzjonalita` barranija quddiem il-Qorti. L-akkużi kienu jinkludu serq, traffikar ta` droga, pussess ta` droga, attakk u reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi, offiżi fuq il-persuna u ksur tal-liġi ta` l-Immigrazzjoni.