Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20934 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Polikliniċi — Siringi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi mill-polikliniċi sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm tqassmu din is-sena u min liema health centre?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #20935 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Intervent kirurġiku - Waiting Listings

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma twal il-waiting lists għal kull konsulent biex isir xi forma ta' intervent kirurġiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #20936 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Out-Patient Department

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa available l-ewwel appuntament għal kull konsulent f'l-outpatient department u x'tip ta' xogħol jagħmel kull konsulent in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #20927 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Konvenzjoni tas-CITES

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jdaħħlu speċi protetti ta' flora u fauna u kemm minnhom kienu prottetti mill-Konvenzjoni tas-CITES? Kemm minnhom kienu f'appendix 1,2 u 3 ta' CITES? Kemm ġew maqbuda mid-dwana, ambjent, pulizija jew xi awtorita' oħra? Sa kemm jittresqu l-qorti min jinqabad, x'inhi l-proċedura, fejn jinżammu dawn l-ispeċi ħajja, min jieħu ħsiebhom u xi training għandu, kemm mietu waqt li kienu għadhom taħt ir-responsabbilta' ta' dan il-gvern u għaliex dawn ma jintelqux mill-ewwel?. Jista' jgħid jekk il-pulizija għandhiex xi ftehim mal-Qrati jew mal ministeru tal-ġustizzja biex każi bħal dawn isiru malajr biex titnaqqas il-tbatija fuq l-annimali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar 2000 sa llum inqabdu 3 persuni idaħħlu speċi ta` flora u fauna li huma protetti mill-Konvenzjoni tas-CITES. Fit-tlett każijiet l-ispeċi kienu fl-appendix 1, 2 u 3 ta` CITES. Sakemm tkun qiegħda ssir l-investigazzjoni, dawn jinżammu mid-Dipartiment tad-Dwana jew ta` l-Ambjent li jkunu għamlu s-sejba. Kif titlesta l-investigazzjoni u l-persuna tiġi akkużata quddiem il-Qorti, dawn l-ispeċi jiġu esibiti l-Qorti u l-istess Qorti tipprovdi dwar iż-żamma u l-protezzjoni tagħhom skond il-liġi. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li ma hemmx tali arranġament.
Leg 9 PQ #20928 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

CITES — Prodotti Illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inqabdux prodotti illegali mgħamula minn xi parti ta' xi speċi protetti mis-CITES eż. avorju, ġilda tas-sriep, kukudrilli eċċ u jekk hawnx persuni kwalifikati biex jgħamlu DNA Testing fuq speċi jew partijiet ta' speċi li huma protetti mis-CITES? Jista' jgħid wkoll jekk il-persuni fuq dan ix-xogħol ta' protezzjoni humiex ittrenjati biex jgħarfu dawn l-ispeċi? Kemm hemm persuni ittrenjati minn kull dipartiment involut u fejn jaħdmu u x'korsijiet attendew f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar 2000 sa llum ma nqabdux prodotti illegali magħmula minn xi parti ta` xi speċi protetti mis-CITES. Ninsab infurmat ukoll li l-membri ta` l-Iskwadra ta` l-ALE tal-Pulizija, għandhom taħriġ bażiku fuq dan is-suġġett, pero` dawn dejjem jikkonsultaw mad-Dipartiment ta` l-Ambjent meta jkun meħtieġ.
Leg 9 PQ #20929 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Konvenzjonijiet Internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-konvenzjonijiet internazzjonali marbuta mal-protezzjoni ta' l-ambjent li Malta hi parti minnhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-konvenzjonijiet internazzjonali marbuta mal-protezzjoni ta' l-ambjent li Malta hi parti minnhom huma dawn li ġejjin: 1948 The Convention on the International Maritime Organisation, as amended. 1949 Agreement for the Establishment of a General Fisheries Counsil for the Mediterranean. 1951 The International Plant Protection Convention. 1954 International Convention for the Prevention of Pollution of the Sea by Oil. 1958 The Convention on the Continental Shelf. 1958 The Convention on the Territorial Sea and the Contiguous Zone. 1963 Treaty Banning Nuclear Weapon Tests in the Atmosphere, in Outer Space and Under Water. 1969 International Convention on Civil Liability for Oil Pollution Damage. 1971 The Treaty on the Prohibition on the Emplacement of Nuclear Weapons and Other Weapons of Mass Destruction of the Sea-Bed and the Ocean Floor and in the Subsoil Thereof. 1971 International Convention on the Establishment of an International Fund for Oil Pollution Damage. 1971 The Convention on Wetlands of International Importance Especially as Waterfowl Habitat. 1972 The Convention on the Prohibition of the Development, Production and Stockpiling of Bacteriological (Biological) and Toxic Weapons, and their Destruction. 1972 The Convention on the Prevention of Marine Pollution by Dumping of Wastes and Other Matter. 1973 The Convention on International Trade in Endangered Species of Wild Fauna and Flora. 1974 The International Convention on the Safety Of Life At Sea. 1976 The Convention for the Protection of the Mediterranean Sea Against Pollution and the 1996 Amendments to it. 1976 The Protocol For the Prevention of Pollution of the Mediterranean by Dumping from Ships and Aircraft. 1976 The Protocol concerning Co-operation in Combating Pollution of the Mediterranean Sea by Oil and Other Harmful Substances. 1976 The Protocol For the Protection Of the Mediterranean Sea Against Pollution From Land Based Sources. 1979 The Convention on Long Range TransboundaryAir Pollution. 1979 The Protocol to the Convention on Long Range Transboundary Air Pollution on Long-Term Financing of the Co-Operative Programme for Monitoring and Evaluation of the Long Range Transmission of Air Pollutants in Europe (EMEP). 1982 United Nations Convention on the Law of the Sea. 1985 The Vienna Convention for the Protection of the Ozone Layer. 1986 The Protocol concerning Mediterranean Specially Protected Areas. 1987 The Montreal Protocol on Substances that Deplete the Ozone Layer. 1992 The United Nations Framework Convention on Climate Change. 1994 United Nations Convention to Combat Desertification in those Countries Experiencing Serious Drought and/or Desertification, particularly in Africa. 1996 Protocol Concerning Protected Areas and Biological Diversity in the Mediterranean. 1996 Protocol on the Prevention of Pollution of the Mediterranean Sea by Transboundary Movement of Hazardous Wastes and their Disposal. Hemm deċiżjoni mill-Kabinett biex nirratifikaw: 1. 1979 Convention on the Conservation of Migratory Species of Wild Animals (Bonn Convention). 2. 1992 Convention on Biodiversity.
Leg 9 PQ #20930 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Environment Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn environment inspectors illum u f'liema qasam ta' l-ambjent huma speċjalizzati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għandu 11 il-Spettur ta' l-Ambjent. Dawn qiegħed imqassmin kif jidher hawn taħt: Sezzjoni tal-Pollution Control - 2 Sezzjoni tan-Nature Protection - 4 Sezzjoni tas-Sites and Habits - 4 Ministeru ta' l-Intern - 1
Leg 9 PQ #20931 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' fondi li l-Gvern għadda lill-assoċazzjoni tal-kunsilli lokali f'dawn l-aħħar tliet snin? Kemm minn dawn il-fondi ntefqu fuq safar, kull sena, kemm saru safriet, għal fejn saru, ġo liema pajjiż, min siefer fuq kull safra? Kemm nefqet l-assoċazzjoni kull sena fuq attivitajiet li saru ġo lukandi kemm Malta, kemm Għawdex kull sena u x'kien l-iskop ta' l-attivita'?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-informazzjoni trid tingabar naghti twegiba f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #20933 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

HIV

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet għal HIV din is-sena u kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` testijiet għall-HIV li saru din is-sena u kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin huma: SENA TOTAL REQUEST 1991 2461 1992 3131 1993 2369 1994 3935 1995 3963 1996 3912 1997 3809 1998 4249 1999 4264 Matul is-sena 2000 saru (s'issa) 1137 test għall-HIV.
Leg 9 PQ #20119 Sitting 401 2000-10-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU — Bird Directive

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex beħsiebu jaċċetta il-Bird Directive ta' l-Unjoni Ewropea kif inhi jew huwiex beħsiebu jitlob derogi jew eċċezzjonijiet dwar dan u x'inhuma?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14533. F'dan l-istadju m'hemmx iżjed x'inżid ma dik it-tweġiba.

Gainfully occupied

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn persuni gainfully occupied ġo full-time jobs sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għan-News Release li jiġi ippubblikat mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika jew għall-web site www.magnet.mt/home/cos.
Leg 9 PQ #20110 Sitting 400 2000-10-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Trade Courses

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jiġu organizzati trade courses mill-armata kull sena? X'ikun it-trade f'kul każ? Kemm, u fuq xiex saru din is-sena? Kemm hemm courses għaddejjin bħalissa? Kif jintgħażlu min jidħol għal dawn il-korsijiet? Jintlaqgħu dawk kollha li japplikaw u li għandhom il-kwalifiki meħtieġa? Jekk le, kemm ġew irrifjutati suldati ghal kull kors li sar din is-sena u għaliex?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li n-numru ta’ korsijiet ivarja minn sena għall-oħra. Matul din is-sena saru total ta’ erbatax-il kors f’għaxar snajja’ differenti. Dawn huma murija f’tabella A li tidher hawn taħt ma’ din it-tweġiba. Tnejn minn dawk il-korsijiet li huma “Storeman Technical Group B Class II u Infanteer Group B Class I” għadhom għaddejjin. Normalment, l-applikazzjonijiet ta’ dawk li jissodisfaw il-rekwiżiti meħtieġa skond l-“AFM Trade Regulations” għal kull sengħa u livell jiġu kkunsidrati biex jibdew il-kors. Iżda, fil-każ li n-numru ta’ vakanzi fuq xi kors speċifiku jkun limitat, ikun meħtieġ li ssir għażla minn dawk li jkunu applikaw. Fl-għażla jiġu kkunsidrati kriterji bħal “rank”, esperjenza ta’ applikant, ix-xogħol li jkun qed jagħmel, u anzjanità. Il-korsijiet li għalihom ma kienx possibbli li jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet kollha, u r-raġuni għal dan, huma murija f’tabella B, li tidher hawn taħt ma’ din it-tweġiba. Table A AFM Trade Courses held in Year 2000 Ser No Trade Group & Class 1. Armourer AI (Part I) 2. Combat Engineer BIII 3. Convension Munition Disposal Engineer AII 4. Cook BIII 5. Diver BII 6. Infanteer BIII (2 courses), BI (ongoing) 7. Painter & Decorator BII 8. Radio Operator BI 9. Storeman Technical BIII, BII (ongoing) 10. Vehicle Mechanic AII, AIII Table B LIST OF AFM TRADE COURSES HELD DURING 2000 FOR WHICH APPLICATIONS COULD NOT ALL BE ACCEPTED Ser No Trade Group & Class No of Applications Reason Not Accepted 1 Vehicle Mechanic AII 3 Lack of vacancies 2 Radio Operator BI 11 Lack of vacancies 3 Infanteer BI 21 Accepted only applicants holding the rank of Bombardier and above

Impjiegi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol din is-sena u jekk kienu jaħdmu qabel f'liema settur kienu jaħdmu? Kemm minn dawn li bdew jirreġistraw din is-sena kellhom xogħol ieħor qabel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li din is-sena, sa l-aħħar ta' Settembru, kien hemm 7,817 li bdew jirreġistraw għax-xogħol. Minn dawn 6,646 kienu jaħdmu qabel. L-informazzjoni dwar is-setturi fejn kienu jaħdmu tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Maltapost — Pustiera

Question

Billi diversi persuni qagħdu għal eżami għal pustiera f'Diċembru 1999 u sa issa 60 biss ġew mgħotija post, jista' l-Ministru jgħid meta se jidħlu l-oħrajn u/jew xi pjani hemm għall-oħrajn? Kemm jibqa' validu r-riżultat ta' l-eżami?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Djar — Ta' Xbiex - Manutenzjoni

Question

Billi taħt il-blokk bini tal-gvern Block A/4 ġo Triq il-Watar Ta' Xbiex qed jitfaċċa ħafna umdu u qed jikkawża ħsara ġewwa l-flats ta' isfel, jista' l-Viċi Prim Ministru jara x'jista' jsir biex il-problema tiġi rranġata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #20097 Sitting 399 2000-10-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU — Skopijiet Militari

Question

Billi ġie rapportat li f'Novembru li ġej ministri tad-difiżi tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea u wkoll dawk li qed jistennew li jidħlu se jiltaqgħu biex jiddiskutu s-sehem ta' pajjiżhom fil-forza militari Ewropea, jista' l-Prim Ministru jgħid xi tkun ir-risposta tal-gvern jekk issir talba biex din il-forza tuża lil pajjiżna għal skopijiet militari u jekk il-gvern huwiex lest jaċċetta illi membri barranin ta' din il-forza jiġu ttrejnjati jew stazzjonati Malta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Għalkemm fil-laqgħa ta’ Novembru li ġej tal-Ministri tad-Difiża Ewropej m’humiex mistennija li jsiru talbiet bħal dawk imsemmija fil-mistoqsija, l-Onorevoli interpellant jista’ jserraħ rasu li, taħt dan il-Gvern, il-parteċipazzjoni ta’ Malta f’istituzzjonijiet u inizzjattivi ta’ l-Unjoni Ewropea, jew ta’ kwalunkwe entità internazzjonali oħra, dejjem ser tkun konformi mal-liġijiet u l-kostituzzjoni ta’ pajjiżna.
Leg 9 PQ #20099 Sitting 399 2000-10-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Parlament — Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa il-lift li sar ġol-bini tal-parlament? Meta beda jaħdem? Kemm-il darba ġratlu l-ħsara u waqaf minn meta beda jaħdem? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba waqaf b'persuni ġo fih?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li sal-lum il-kuntrattur tal-lift tħallas is-somma ta' Lm47,310. Dan il-lift beda jiffunzjona bi prova fid-29 ta' Settembru 2000. Il-lift għandu jiġi kkumissjunat fi żmien qasir. Il-lift ma kellux ħsara, iżda għadu fi stat ta' prova.

Qrati — Separazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru kawżi ġodda għal separazzjonijiet u/jew annulamenti din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Matul din is-sena sal-lum gew ipprezentati 124 kawzi godda tas-separazzjoni u infethu 82 kawzi godda ghall-annullament taz-zwieg. Gew ipprezentati wkoll 19-il rikors fil-Qorti ta' l-Appell sabiex jigu rregistrati annullamenti taz-zwieg moghtija mill-Kurja.

Ta' Xbiex — Bankini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-bankina ġo triq bla isem u li qiegħda ġewwa l-housing estate ta' Ta' Xbiex ma' ġenb il-blokkijiet bl-ittra A?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-bini ta' bankini jsir mill-Kunsill lokali.