Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21218 Sitting 431 2000-11-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew "convicted persons as to having committed a criminal offence" din is-sena? Kemm weħħlu multa? Kemm weħlu probation? Kemm weħħlu suspended sentence? U kemm weħħlu ħabs?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru ta` din is-sena, kien hemm 4,279 persuna li ġew dikjarati ħatja ta` reati kriminali. Minn dawn 1,402 weħħlu multa; 1,153 weħħlu probation; 372 weħħlu sentenza sospiża u 108 weħħlu sentenza ta` priġunerija.
Leg 9 PQ #21219 Sitting 431 2000-11-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu kaċċaturi l-Qorti din is-sena għax kisru xi regolament dwar il-kaċċa u x'weħħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 2000, il-Pulizija qabdet 278 persuna bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riżervi Naturali) u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66). Minn dawn, 159 persuna kellhom il-każ tagħhom deċiż quddiem il-Qorti, li minnhom 105 weħlu multa, 41 kienu liberati, 1 weħel multa u sentenza sospiża, u 12 ingħataw sentenza sospiża. Il-kumplament tal-każi, cioe` 119, għadhom ma ġewx deċiżi.
Leg 9 PQ #21206 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mtella' l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu l-qorti persuni taħt is-16-il sena din is-sena u għaliex? Kemm instabu ħatja u x'weħħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru ta` din is-sena, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti fuq diversi reati, 144 persuna taħt is-sittax-il sena. Minn dawn, s`issa, 110 instabu ħatja. Ir-reati li dwarhom tressqu l-Qorti u l-pieni mogħtija, kienu kif jidher fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21207 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Paceville - Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' reati ġo Paceville u f'area ta' madwar din is-sena? X'kienu r-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta` din is-sena l-Pulizija kellha 1,851 rapporti ta` reati li seħħew fl-area ta` San Ġiljan, li minnhom 416 seħħew ġewwa Paceville. Dawn kienu jinkludu attentati ta` offiżi, offiżi fuq il-persuna, ksur ta` bon ordni, ħsarat, drogi, frodi, offiżi sesswali u serq.

Children Allowance — Ħlasijiet Pendenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn familji li għadhom ma rċevewx il-children allowance għas-sena li qegħdin fiha u li għal dan l-iskop tibda f'Lulju ta' kull sena? Għaliex għadhom ma irċevewx l-allowance?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' familji li għadhom ma rċevewx l-Allowance tat-Tfal huwa ta' 549. Fost dawn hemm 392 każ fejn l-applikazzjoni ma ġietx mimlija kif kien mitlub u għalhekk l-istess applikazzjoni kellha tiġi mibgħuta fl-Uffiċċju Distrettwali biex l-applikanti jkunu jistgħu jagħtu d-dettalji li hemm nieqsa.
Leg 9 PQ #21209 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni, jekk kien hemm, li min rajhom marru għand l-awtoritajiet u ammettew il-ħtija tagħhom għal xi reat sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin? X'kien ir-reat in kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5246.
Leg 9 PQ #21211 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti l-ħabs illum? Kemm hemm Maltin u kemm hemm barranin? Kemm hemm Maltin u barranin sentenzjati u kemm fuq arrest preventiv, kemm hemm irġiel u kemm hemm nisa? Kemm huwa maħsub li jqum lill-poplu Malti kull detenut?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fis-16 ta` Novembru 2000, in-numru ta` persuni li kienu qed jinżammu l-ħabs kien ta` 258 li minnhom 9 huma nisa. Dawn kienu mqassma kif ġej : - Rġiel Nisa Sentenzjati - Maltin 135 129 6 Barranin 32 31 1 Taħt arrest - Maltin 48 47 1 Barranin 43 42 1 Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi jekk jingħaddu s-salarji ta` l-impjegati tal-Ħabs, l-ispiża ta` l-ikel, il-ħlas lill-ħabsin li jaħdmu, l-ispejjeż għal programmi ta` riabilitazzjoni, l-ispiża tas-servizzi tas-saħħa u spejjeż oħra rikorrenti u jiġi diviż it-total bin-numru tal-medja ta` priġunieri f`kull ġurnata matul is-sena, l-ispiża tiġi madwar Lm21 kuljum.
Leg 9 PQ #21212 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Missjoni Militari Taljana — Vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha vetturi l-Missjoni Militari Taljana? X'tip huma u kemm hija l-ispiża ta' fuel ta' dawn il-vetturi għal din is-sena, kemm-il darba tħallset mill-Armata ta' Malta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Missjoni Militari Taljana għandha 57 vettura tat-triq. Bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena, l-ispiża ta’ “fuel (petrol u diesel)” ta’ dawn il-vetturi laħqet is-somma ta’ Lm14,216,07c, li kollha tħallset mill-Forzi Armati. It-tip tal-vetturi huma mniżżla hawn taħt: Fiat 2 Tempra 6 Panda 2 Punto 3 Uno 5 Ducato 2 Talento 1 Jeep AR/76 4 Trucks ACC 75 7 Trucks ACM 80 Iveco 2 Buses A100E 18 4 Trucks WM 90 6 Trucks ACM 90 2 Trucks ACC 90 Astra 8 Trucks BM 201 2 Trucks HD 6645 Ambulance
Leg 9 PQ #21197 Sitting 429 2000-11-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Collective Agreement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswa lill-gvern fi flus il-collective agreement f'reviżjoni tal-pagi tal-ħaddiema tal-gvern u li jibda minn Jannar 2001? Kemm hemm impjegati ġo kull skala u kemm se tiswa lill-gvern kull żieda li se tingħata lill-impjegati li hemm ġo kull skala individwali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dwar in-nefqa lill-Gvern b'riżultat tal-Ftehim Kollettiv li jibda f'Jannar 2001, it-tagħrif diġa ngħata fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija numru 16,768. Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, t-tagħrif dwar impjegati f'kull skala qiegħed jinġabar u se jkun ippubblikat f'appendiċi fl-Estimi 2001. Għall-bqija, qatt ma sar ezerċizzju biex tiġi stmata l-ispiża mitluba fil-mistoqsija.

Trade Union — Ftehim kollettiv

Question

Billi skond Trade Union agreement kull impjegat tal-gvern se jgawdi mill-ftehim kollettiv li jibda minn Jannar 2001, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet il-paga ta' kull skala tal-gvern din is-sena u kemm se tkun is-sena d-dieħla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru bħala l-Ministru responsabbli għas-Servizz Ċivili.
Leg 9 PQ #21201 Sitting 429 2000-11-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Health and Safety — Persuni li weġgħu fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu persuni mpjegati mad-dipartiment wara li sfaw attakkati fuq ix-xogħol? X'kien il-grad tagħhom f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mill-1 ta` Jannar 2000 sal-lum, in-numru ta` persuni mpjegati mad-Diviżjoni tas-Saħħa li weġgħu wara li sfaw attakkati fuq ix-xogħol huwa għaxra (10). Il-gradi tagħhom huma kif ġej hawn taħt: Enrolled Nurse 5 Nursing Officer 1 Security Guard 1 Staff Nurse 1 Occupational Therapist 1 Nursing Aide 1

Servizzi Soċjali — Abbużi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jabbużaw minn xi servizz soċjali u/jew benefiċċju u kemm kien in-numru ta' persuni li abbużaw mid-diversi benefiċċji li hawn? Kemm kien l-ammont ta' flus involut f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20077 f'Seduta 395.

Djar — Ta' Xbiex

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk hemmx ħsara ġewwa l-flat tal-gvern, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, billi l-art qed tirbombja ħafna u hemm ħafna umdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment ta' Bini u Tiswija tad-Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Djar — Xiri ta' dar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li tħajret tixtri d-dar li għandha mikrija lilha hijiexqed tintalab prezz tajjeb peress li l-prezz huwa ferm differenti minn dak li qed jintalab ħaddieħor? Il-persuna hija pensjonanta.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-fond indikat mill-Onor. Interpellant ġie evalwat minn perit imqabbad mill-Awtorita' tad-Djar. Ninsab infurmat ukoll li l-inkwilin, li jikkwalifika għal 50% bħala sussidju fuq l-ewwel Lm15,000 tal-valur tal-fond skond l-iskema relattiva, ġie mogħti appuntament għas-17 ta' Novembru 2000 biex jiffirma l-kuntratt.
Leg 9 PQ #21191 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Ġurnalista

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-ġurnalist tal-PBS li akkumpanja lill-Prim Mnistru fuq kull safra li għamel f'dawn l-aħħar sentejn? Għalxiex u kif intgħażel? Kemm u fejn siefer u kemm swiet lil PBS kull safra?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21192 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm il-Planning Authority milli toħroġ il-permessi meħtieġa biex jinfetah supermarket fil-post imsemmi separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ qed jiġi analizzat fil-kuntest tal-policies kurrenti ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, partikolarment għaliex ir-rekwiżiti tal-parkeġġ m`humiex milħuqa.
Leg 9 PQ #21193 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Għejbien ta' tapes

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet konnesi ma' l-għejbien tat-tapes ta' l-intervista mal-Perit Mintoff li kienu saru mill-PBS mill-Perit Musumeci u minn Nutar Schembri Adami?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Pulizija għadha ma ppreżentatx ir-rapport tagħha dwar l-investigazzjonijiet konnessi ma' l-għejbien tat-tapes ta' l-intervista mal-Perit Dom Mintoff. Ir-rapport tal-Bord ta' inkjesta li ġie maħtur mill-PBS Ltd biex jinvestiga dan il-każ ser jiġi diskuss mill-Bord tad-Diretturi tal-Kumpannija fil-futur qrib.
Leg 9 PQ #21194 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Programmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qam lill-PBS is-set il-ġdid ta' l-aħbarijiet u l-programm Sat-8? Min ħadmu u jekk l-ordni ħarġitx b'sejħa għal tender jew b'direct order u għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt mogħti l-parir li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant mhux opportun li tingħata.