Legislature:
Category:
Reset
Active:

Housing — Prezzijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li applikat biex tixtri id-dar tagħha mingħand il-gvern fil-bidu ta' din is-sena ma nħadmiliex il-prezz fuq is-sistema meta applikat imma nħadmet bis-sistema l-ġdida? Il-prezz li ġie stmat mill-perit huwa eċċessiv meta id-dar ġiet stmata aktar minn Lm 50,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-fatt il-prezz tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant inħadem fuq is-sistema ta' meta saret l-applikazzjoni, jiġifieri taħt Skema 6.
Leg 9 PQ #21449 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Extra Duty on Payment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għal extra duty on payment lill-pulizija din is-sena? Kif jipparaguna ma' dak tas-sentejn ta' qabel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sa l-aħħar ta` Novembru, membri tal-Korp tal-Pulizija ser ikunu tħallsu is-somma ta` Lm707,903.95 ta` extra duty maħdum fuq talba ta` terzi. Matul l-1998 dan il-ħlas kien ta` Lm784,821.19 u fl-1999 kien ta` Lm749,259.63.
Leg 9 PQ #21452 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa — Siringi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b'xejn miċ-ċentru tas-saħħa bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena? Kemm tqassmu lill-pażjenti diabetiċi u kemm lil min jieħu d-droga? Kemm kienet ammontat fis-sentejn ta' qabel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari numru 20802. Fl-istess perjodu ingħataw 183,650 siringa mill-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa lill-pazjenti li jsofru mid-dijabete. Il-figuri għas-sentejn ta` qabel kienu hekk (minn Jannar sa Diċembru). Pazjenti li jsofru mill-vizzju tad-droga Dijabetiċ i 1999 144,495 213,894 1998 104,169 140,805
Leg 9 PQ #21425 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati fiċ-Ċivil illum? Kemm minn dawn huma fil-general service? Kemm hemm nisa? Kemm hemm nisa li għandhom grad ta' kap ta' dipartiment jew ogħla?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ impjegati fis-Servizz Pubbliku huwa ta’ 31,052. Din il-figura tinkludi ħaddiema każwali, “part time” u bil-kuntratt, iżda ma tinkludix membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. Fis-settur li huwa magħruf bħala l-“General Service”, hemm 3826 impjegat, li minnhom 1971 huma nisa. In-numru ta’ nisa li jokkupaw pożizzjoni ta’ Kap ta’ Dipartiment jew li qegħdin fi grad analogu jew ogħla huwa ta’ 18.
Leg 9 PQ #21427 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Riservi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' riservi fl-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena? Kemm kien l-ammont fl-aħħar tliet snin, kull sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' riservi fl-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena kien ta' Lm689,855,000. L-ammonti ta' riservi ta' dawn l-aħħar tliet snin kienu: Ottubru 1997 - Lm 552,814,000 Ottubru 1998 - Lm 601,593,000 Ottubru 1999 - Lm 720,522,000
Leg 9 PQ #21430 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Marsa Power Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li tiswa lill-Enemalta l-spiża li trid tidħol għaliha biex iġġib il-power station tal-Marsa up to EU standards?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li fil-Power Station tal-Marsa diġa' qed jittieħdu numru ta' inizjattivi sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent għal dawk li joqgħodu fil-lokalitajiet qrib tagħha. Ingħata bidu wkoll għall-proċess maħsub biex tiġi nstallata "combined cycle" oħra f'Delimara sabiex ikun possibbli li l-parti l-qadima tal-Power Station tal-Marsa tiġi "phased out". Ladarba dan iseħħ, ikun possibbli li anke fil-Power Station tal-Marsa tiġi nstallata "combined cycle" minflok l-impjant eżistenti. Dan kollu qed isir irrispettivament mill-proċess ta' sħubija fl-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #21433 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati fuq anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' reati li saru din is-sena fuq persuni anzjani? Kemm kien in-numru fis-sentejn ta' qabel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 2000, in-numru ta` anzjani li sfaw vittmi ta` xi reat, hu x`inhu, kien ta` 1,073. Dawn iċ-ċifri jinkludu kull tip ta` reat eż. serq minn jew ta` vetturi ta` persuni l` fuq minn 60 sena. Dwar it-tagħrif simili mitlub għas-snin 1998 u 1999 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15966.
Leg 9 PQ #21434 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Parental Leave

Question

Jista' l-Prim Minstru jgħid kemm kien l-għadd ta' impjegati tal-gvern li ngħataw parental leave din is-sena u kemm ingħataw fis-sentejn ta' qabel?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati tal-Gvern fl-Uffiċċju tiegħi li ngħataw “parental leave” fis-snin 1998, 1999 u 2000 kien ta’ 23, 29 u 27 rispettivament. Peress illi l-“parental leave” huwa approvat mill-Kapijiet tad-Dipartimenti, fil-każ tal-ministeri l-oħra mistieden lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministri rispettivi.
Leg 9 PQ #20936 Sitting 433 2000-11-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Out-Patient Department

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa available l-ewwel appuntament għal kull konsulent f'l-outpatient department u x'tip ta' xogħol jagħmel kull konsulent in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #21222 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Mobile Phone Base Transmitters

Question

Jista' l-Ministru jppoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi fejn qegħdin il-mobile phone base transmitters jew repeaters li hawn installati u għal fejn hemm applikazzjonijiet pendenti għal oħrajn?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Tracking Systems

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk permezz ta' tracking systems, l-awtoritajiet ikunu jafu fejn qegħdin il-gwardjani lokali f'kull ħin? Billi dawn il-gwardjani jġorru tagħmir elettroniku waqt xogħolhom, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' studju sar biex jiżguraw illi dan it-tgħamir ma jgħamilx ħsara?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-Kunsilli Lokali jistghu jaraw fejn qeghdin il-gwardjani lokali permezz ta' l-apparat li jintlibes u jigi operat mill-istess gwardjani lokali. Jien ghandi konferma mill-kuntrattur tas-sistema li wara li kien sar studju, jirrizulta li l-energija totali emessa mill-apparat li jilbes il-gwardjan lokali, hija ferm inqas minn dik stabbilita internazzjonalment bhala perikoluza u ghad-dannu tas-sahha tal-bniedem. Dan minhabba li t-trasmissjonijiet illi jsiru mill-apparat huma ta' durata ta' millezmi ta' sekonda kull ftit minuti.
Leg 9 PQ #21224 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux veru li impjegat tax-Xandir (PBS) inqabad jikkommetti frodi għad-dannu tal-PBS minn fuq flus li kienu tħallsu għall-avviżi tal-mejtin? Jekk iva, x'passi dixxiplinari ttieħdu kontra dan l-impjegat? Jista' jgħid jekk il-passi dixxiplinari li ttieħdu humiex simili, iktar jew anqas għal dawk li ttieħdu kontra impjegata li allegatament għamlet xi mossa lejn cameraman tan-NET TV waqt attivita' politika? Fil-każ ta' din ta' l-aħħar, jista' l-Ministru jgħid meta se tidħol lura għax-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżultax li kien hemm xi każ ta' frodi għad-danni tal-PBS minn fuq flus li kienu tħallsu għal avviżi tal-mejtin u għalhekk il-kwistjoni ta' passi dixxiplinarji f'dan il-każ ma tapplikax. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija informat li l-proċess tal-każ għadu għaddej u għalhekk ma tista' tittieħed ebda deċiżjoni qabel ma l-Bord ta' l-Appell jiddelibera u jiddeċiedi fuq il-każ.
Leg 9 PQ #21225 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Recruitment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex kienet iddaħlet ir-recruitment list għal skopijiet ta' recruitment fl-Armata? Għaliex issa tneħħiet u jekk hijiex se terġa' tiddaħħal u jekk le għaliex?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li n-notifika fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 15732 tat-2 ta’ April 1993, kienet tinkludi l-ħtieġa li l-applikanti jkunu għalqu t-tmintax-il sena iżda mhux il-ħamsa u għoxrin sena fil-15 ta’ April 1993. Għalhekk din is-sejħa ma setgħatx tibqa’ applikata ndefinitivament. Fil-futur, ikun hemm eżami pubbliku kompetittiv bħal ma sar fl-1999, biex jiġu ngaġġati suldati biex iservu fil-Forza Regolari.
Leg 9 PQ #20934 Sitting 431 2000-11-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Polikliniċi — Siringi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi mill-polikliniċi sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm tqassmu din is-sena u min liema health centre?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8062 fejn hemm ir-risposta għas-snin 1996. 1997 u 1998. Ma hemmx rekord għas-snin ta` qabel l-1996. Il-fuguri għall-1999 huma dawn: a). Siringi b'xejn miċ-Ċentri tas-Saħħa lil dawk li jsofru mill-vizzju tad-Droga: Xahar Furjana Qormi Gż ira Raħ al Ġ did Bormla Mosta Rabat TOTAL Jannar 900 2035 2600 4300 1124 2249 413 13621 Frar 900 1579 1300 3100 1230 1492 448 10049 Marzu 1100 1469 1800 3700 1390 1392 384 11235 April 1400 1278 2400 3400 1050 1482 630 11640 Mejju 425 781 1800 4080 1680 2164 681 11611 Ġunju 1000 822 1800 4700 2800 1912 703 13737 Lulju 1000 709 2400 4400 1400 1838 822 12569 Awwissu 1050 1030 2200 4650 1170 1891 931 12922 Settembru 1200 886 1600 4650 900 2186 663 12085 Ottubru 1200 1378 2200 4450 960 1844 792 12824 Novevmbru 1000 797 1600 4300 1490 688 732 10607 Diċembru 1000 970 1600 3850 1500 1792 883 11595 b). Siringi b'xejn maħruġa lid-dijabetiċi mill-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa: Spiż erija Total Average fix-Xahar B'Kara (fetħet f'Marzu) 19100 1910 Furjana 18750 1563 Gżira 33400 2783 Luqa 22434 1870 Mosta 22640 1887 Raħal Ġdid 80090 6674 Qormi 17480 1457 Il-figuri għal din is-sena, minn Jannar sa Ottubru ingħataw fir-risposta parlamentari numru 20802.
Leg 9 PQ #21213 Sitting 431 2000-11-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' prostituzzjoni

Question

Billi dan l-aħħar ġie rrapportat li diversi persuni barranin ġew deportati għaliex inqabdu jipprostitwixxu ruħhom, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm kienu ilhom hawn; (ii) x'kienet ir-raġuni ddikjarata għal mawra ġo pajjiżna; u (iii) kemm-il darba oħra ġew Malta fil-passat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuni li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant kienu f`Malta għal perijodu li jvarja bejn ħames ġimgħat u erbat ijiem. Dawn kienu iddikjaraw li kienu ġew Malta għal btala u waħda biss kienet ġiet Malta darb`oħra.

Riorganizzazjoni tal-Pagi tal-Ħaddiema

Question

Billi l-gvern ħabbar illi se jagħti żieda u sejra issir riorganizzazjoni tal-pagi tal-ħaddiema tal-gvern is-sena id-dieħla, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk humiex se jiġu irranġati / riveduti (a) Il-means test għall-karta r-roża? (b) Il-means test għall-għajnuna tal-mard (SKA)? (ċ) Il-means test li isir għal finijiet tal-children allowance?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15843 f'Seduta 289.
Leg 9 PQ #21216 Sitting 431 2000-11-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rave parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rave jew parties oħra ġo postijiet li normalment m'għandhomx liċenzja permanenti (bħal, per eżempju, Ta' Qali) din is-sena? Kemm ġew arrestati persuni waqt dawn il-parties u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru ta` din is-sena, il-Pulizija ħarġet 13-il permess għal attivitajiet bħal ma` huma parties, f`postijiet li m`humiex koperti bil-liċenzji annwali. Waqt dawn l-attivitajiet il-Pulizija żammet 20 persuna fuq suspetti ta` reati konnessi mad-droga.

Vapuri Militari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri militari f'dawn l-aħħar sentejn u ta' liema pajjiż kienu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 12799, jien infurmat li matul s-sena 2000 żaru Malta 72 vapur militari.