Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' sick leave meħud meta dan jiġi kkumparat man-numru ta' ġranet ta' xogħol f'kull Ministeru tal-Gvern mill-1997 sa l-1999?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 20078, tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex qed jikkonsidra illi parti mil-link road tal-Gżira bejn Regional Road u x-Xatt tal-Gżira hijiex se tkun tikkonsisti minn tunnel ukoll u jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kif se jsir l-iżvilupp msemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jaħdem fuq alternattiva għal Link Road, Gżira u li tikkonsisti f`link minn taħt l-art.
Outline application ġiet mibgħuta lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, iżda diskussjonijiet li qedgħin għaddejin jistgħu jfissru li l-pjanti ppreparati s`issa jkollhom bżonn xi modifications. Għalhekk il-pjanta mitluba mill-Onor. Interpellant ma tistax tiġi ppreżentata fil-Kamra għal issa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, se tieħu ċ-cheque ta' l-SKA li ilu wieqaf ħafna u jekk hiex tieħu l-pensjoni korretta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sussidju li ħallas il-gvern lill-korporazzjonijiet pubbliċi u entrapriżi oħra din is-sena?
Kemm hu dan l-ammont f'perċentaġġ mal-GDP?
Kemm kien l-ammont fis-sentejn ta' qabel?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha li qiegħed jitlob hi ppubblikata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati vapuri taħt il-bandiera Maltija din is-sena? Kemm ġew imneħħija?
X'kien it-tunnellaġ f'kull każ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija nkluża fir-rapport annwali ta` l-Awtorita` Marittima ta` Malta li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra riċentement.
Billi aktar minn 200,000 att nutarili ma ġewx depożitati u għalhekk mhux spezzjonati mill-qorti tar-reviżjoni sas-sena li għaddiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn ġew depożitati wara l-aħħar emenda li saret għal notarial professions and notarial achives act 1999?
Response (GATT, AUSTIN)
Billi l-Atti Notarili jigu depozitati man-Nutar tal-Gvern li, skond id-dispozizzjonijiet tal -Att IX tal-2000 b'effett mill-21 ta' Marzu 2000, jaqa' taht id-dekasteru tal-Ministeru tal-Intern, qed jigi ssuggerit li din il-mistoqsija tigi ndirizzata lilu.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li qed insemmi separatament għad m'għandhiex il-komunikazzjoni mal-main ta' l-ilma meta plot 'il bogħod qed jingħata servizz temporanju?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni fiċ-ċivil li telqu qabel iż-żmien ta' irtirar din is-sena?
Kemm ġew boarded out, kemm irriżenjaw u kemm ġew imkeċċija?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar sat-23 ta’ Novembru ta’ din is-sena, kien hemm 237 persuna li rriżenjaw minn mas-Servizz Pubbliku, 80 li għaddew bord mediku, u 9 li tkeċċew.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn pensuni jirreġistraw għax xogħol li għandhom degree u/ jew post-graduate degree ta' l-Universita'?
Kemm ilhom jirreġistraw u x'degree għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar u ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jitħalsu l-membri li hemm fuq il-MEUSAC fuq il-Euro-assistance co-ordinating Task Force u l-MIC?
Response (BORG, JOE)
Il-membri tal-MEUSAC ma jirċievu ebda ħlas b'eċċezzjoni ta' sitt membri nominati a bażi ta' fiduċja li jirċievu honorarium ta' Lm2000 fis-sena. Il-membri tal-Euro Assistance (Funding and Programme) Coordinating Task Force ma' jirċievu ebda ħlas b'eċċezzjoni taċ-Chairman li jitħallas Lm5,000 fis-sena kif ukoll car allowance ta' Lm1,250 fis-sena u free telephone service.
Dwar il-MIC, ma hemmx membri per se iżda hemm erbatax-il persuna jaħdmu full-time a bażi ta' kuntratt.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm boardijiet differenti mwaqqfa fi ħdan id-dekasteru tiegħu? Min huma l-membri fuq kull board u kemm jitħallsu kull wieħed?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ bordijiet li huma mwaqqfa taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-ismijiet tal-membri li jiffirmaw dawn il-bordijiet kif ukoll il-ħlas li jirċievu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jaħseb li tkun l-ispiża għall-gvern biex iġib it-toroq ta' pajjiżna up to EU standard?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-Masterplan li ħejjew il-konsulenti Ġermaniżi (Volume 3) li kopja tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fejn hemm breakdown dettaljat ta' l-istimi biex jitjiebu t-toroq arterjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi fuq it-triq illum?
Jista' jagħti breakdown taż-żmien li għandhom dawn il-vetturi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' vetturi liċenzjati sat-22 ta' Novembru 2000 kien 246,484. Dawn huma maqsumin kif ġej:
vetturi li għandhom 5 snin jew anqas - 77,237
vetturi li għandhom minn 6 snin sa 10 snin - 62,764
vetturi li għandhom minn 11-il sena sa 15-il sena - 41,037
vetturi li għandhom minn 16-il sena sa 20 sena - 25,864
vetturi li għandhom minn 21 sena sa 25 sena - 16,113
vetturi li għandhom 26 sena sa 30 sena - 10,752
vetturi li għandhom 31 sena sa 35 sena - 7,661
vetturi li għandhom 36 sena sa 40 sena - 2,695
vetturi li għandhom 'l fuq minn 41 sena - 2,361
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex qed jikkonsidra illi parti mil-link road tal-Gżira bejn Regional Road u x-Xatt tal-Gżira hijiex se tkun tikkonsisti minn tunnel ukoll u jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kif se jsir l-iżvilupp msemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm xtraw proprjeta' barranin ġo Malta din is-sena u kemm fis-sentejn ta' qabel?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mija u ħamsa u ħamsin (155) permess ingħataw taħt l-Att dwar l-Akkwist ta' Proprjeta' Immobbli Minn Persuni Mhux Residenti (Kap 246) biex persuni li mhumiex residenti f'Malta ikunu jistgħu jakkwistaw proprjeta' immobbli f'Malta matul l-1998; mitejn u dsatax (219) permess inħarġu matul l-1999 u mitejn u tnejn u sittin (262) permess ingħataw minn Jannar 2000 sal-aħħar ta' Ottubru, 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' karozzi jew vetturi li ġew skrappjati din is-sena? Kemm kien in-numru fis-sentejn ta' qabel?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn l-1 ta' Jannar 2000 sa l-31 ta' Ottubru 2000 ġew skrappjati 3,535 vettura. Fis-sena 1998 u fis-sena 1999 ġew skrappjati 3,599 u 4,014 vettura rispettivament.