Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22579 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ċanga — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati (a) ċanga u (b) prodotti taċ-ċanga ta' oriġini Franċiza matul din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2000 kien hemm dawn l-importazzjonijiet ta' oriġini Franċiża : Ċanga 946,428 kilos Prodotti taċ-ċanga 107,303 kilos Ma kienx hemm importazzjoni bejn l-1 u l-10 ta' Jannar 2001.
Leg 9 PQ #22580 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Librerija Pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' (a) kotba (b) pubblikazzjonijiet Maltin skond il-Liġi li ġew depositati fil-Librerija Pubblika matul din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' kotba u pubblikazzjonijiet Maltin skond il-Liġi li ġew depositati fil-Librerija Pubblika matul is-sena 2000 u din is-sena kien: Sena Kotba Pubblikazzjonijiet 2000 414 575 2001 (sa l-10 ta' Jannar 2001) 13 10
Leg 9 PQ #21191 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Ġurnalista

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-ġurnalist tal-PBS li akkumpanja lill-Prim Mnistru fuq kull safra li għamel f'dawn l-aħħar sentejn? Għalxiex u kif intgħażel? Kemm u fejn siefer u kemm swiet lil PBS kull safra?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista li turi l-ismijiet tal-ġurnalisti li akkumpanjaw lill-Prim Ministru fuq id-diversi żjarat uffiċjali matul is-snin 1999 u 2000, kif ukoll id-destinazzjoni taż-żjarat u kemm swiet kull żjara qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-għażla ssir mill-PBS.
Leg 9 PQ #22561 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Suldati fil-Balkani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawk is-suldati Maltin li marru fil-Balkani fuq xogħol umanitarju ġewx eżaminati mit-tobba ta' l-armata wara li ħarġu diversi rapporti ta' mard serju, li qed jaffetwa diversi suldati barranin li kienu stazzjonati hemm? X'tip ta' training għandhom is-suldati Maltin dwar il-prekawzjonijiet li għandhom jieħdu meta jidħlu ġo area fejn jista' jkun hemm livelli għolja ta' radio attivita? X'passi qed jieħdu l-Gvern biex jisgura s-saħħa tas-suldati Maltin li kienu għal xi żmien fil-Balkani?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Onorevoli Membru għamel riferenza għal diversi rapporti ta’ mard serju qalb suldati barranin stazzjonati fil-Balkani. Ninsab infurmat li fil-lokalitajiet fejn marru konvoys tas-suldati Maltin, fi Prizren fil-Kosovo, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ mard jew radio attivita’ għolja, kif ġie konfermat mill-awtorita’ militari Ġermaniża responsabbli minn dan is-settur li jikkonċerna lilna. Il-Forzi militari Ġermaniżi kienu stazzjonati f’dawn il-lokalitajiet għal bosta xhur. Is-suldati Maltin ingħataw taħriġ bażiku dwar prekawzjonijiet li jistgħu jiġu meħtieġa f’operazzjonijiet bħal dawk li kienu sejrin jagħmlu. Qiegħed jinżamm kuntatt dirett ma’ Forzi Armati barranin biex, jekk f’xi eventwalita’ li jkun hemm indikazzjoni ta’ kwalunkwe ħtieġa, isiru l-eżamijiet mediċi relevanti.
Leg 9 PQ #22562 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Instructors Barranin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hawn instructors barranin iħarrġu lis-suldati Maltin? Jekk iva, kemm kien hawn is-sena l-oħra - x'rank kellhom u min liema pajjiż kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Hi proċedura normali li minbarra li jintbagħtu xi membri fuq korsijiet ta’ taħriġ f’kulleġġi u akkademji militari barra minn Malta, l-Forzi Armati jorganizzaw ukoll korsijiet lokali f’dixxiplini diversi u li jitmexxew minn “instructors” barranin li jinġiebu Malta apposta. Ninsab infurmat li matul l-2000 twettqu għaxar korsijiet lokali f’dixxiplini diversi li għalihom ġew Malta 26 “instructors” barranin. Dawn kienu l-biċċa l-kbira “warrant officers” jew “instructors” pajżana mill-Italja, Renju Unit u Stati Uniti .
Leg 9 PQ #22563 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati karozzi u ingenji bil-mutur is-sena li għaddiet? Kemm minnhom kienu ġodda? Kemm minnhom kienu second-hand? Kemm kien il-valur f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-istatistika għal Diċembru li għadda għadha qed titlesta, l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn Jannar u Novembru tas-sena 2000 hija kif ġej: Karozzi Privati Ġodda Kwantita' 11,918 Valur Lm38,306,354 Użati Kwantita' 1,360 Valur Lm 2,540,079 Inġenji bil-mutur għall-użu kummerċjali (inklużi vannijiet, trakkijiet, buses u mini-buses) Ġodda Kwantita' 689 Valur Lm 2,534,657 Użati Kwantita' 738 Valur Lm 1,590,292 Inġenji bil-mutur għall-użu speċjali li jistgħu jinkludu krejnijiet u inġenji tat-tifi tan-nar. F'dan il-każ mhemmx statistika li tiddistingwi bejn ġdid u użat. Kwantita' 84 Valur Lm 540,969 Din l-istatistika hija proviżorja.
Leg 9 PQ #22564 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIMCOL — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entrapriżi pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-MIMCOL? Kemm hemm impjegati fuq lis-staff tal-Mimcol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Malta Government Investments Limited għandha shareholding dirett f'għoxrin kumpanija li huma: Casma Limited, Fort Chambray Limited, Gozo Channel Company Limited, Gozo Ferries Company Limited, Interprint Limited, Kalaxlokk Company Limited, Kordin Grain Terminal Limited, LIMSUK, Malpro Limited, Malta Shipbuilding Company Limited, Medigrain Limited, National Orchestra Limited, Sea Malta Company Limited, Tug Malta Limited, Malta Export Credit Insurance Company Limited, Maltese Falcon Productions Limited, Malta National Laboratory Company, Malta Film Promotion and Development Company Limited, Malta Countertrade Company Limited and Malta Gantry Manufacturing Limited. Barra minn hekk, il-Malta Government Investments Limited, b'mod indirett permezz tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, għandha shareholding f'dawn l-azjendi: Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, Korporazzjoni Enemalta, maltacom, Tarzna ta' Malta, Korporazzjoni tal-Port Ħieles, Air Malta, Maltapost, Libyan Arab Maltese Holdings Company Limited, Malta International Airport plc u Malta Film Commission. Fil-preżent il-MIMCOL għandha 17-il impjegat.
Leg 9 PQ #22565 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-għadd ta' mpjegati mal-Maltapost li jqassmu ittri fid-djar ? Kemm hawn branch post officers, fejn jinsabu u kemm hawn letter boxes f'Malta u kemm f'Għawdex?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bħalissa l-għadd ta' pustiera li jqassmu ittri fid-djar huwa ta' 294. In-numru ta' fergħat tal-posta jammonta għal 30 u dawn jinsabu fil-lokalitajiet li ġejjin: Ħal-Balzan, Birkirkara, Birżebbuġia, Bormla, l-Gżira, il-Ħamrun, Ħal-Luqa, il-Mellieħa, l-Ajruport Nazzjonali ta' Malta, il-Marsa (l-Uffiċċju Ċentrali), il-Mosta, l-Msida, in-Naxxar, Raħal Ġdid, Ħal-Qormi, ir-Rabat ta' Malta, San Ġwann, tas-Sliema, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, il-Belt Valletta, Ħaż-Żabbar, Haż-Żebbuġ, iż-Żejtun, iż-Żurrieq, ir-Rabat Għawdex, Għajnsielem, l-Għarb, in-Nadur u x-Xagħra. F'Malta bħalissa hawn 478 kaxxa ta' l-ittri, waqt li f'Għawdex hemm 59.
Leg 9 PQ #22568 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Voice of the Mediterranean

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-complement ta' l-istazzjon tar-radju Voice of the Mediterranean? Kemm intefqu flus mill-istazzjon fuq salarju u allowances u kemm intefqu flejjes fuq equipment is-sena l-oħra?

Response (BORG, JOE)

Il-complement ta' l-istażżjon tar-radju Voice of the Mediterranean huwa 18 li jinkludu 2 part-timers. Is-sena l-oħra l-ammount ta' salarji u allowances kien ta' LM84,516 bħala salarji u Lm 1,200 bħala allowances; filwaqt li spejjez li saru fuq equipment kienu jammontaw għal Lm 1,263.
Leg 9 PQ #22145 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet tal-Gvern — Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien daħħal flus il-gvern min kirjiet ta' artijiet tal-gvern is-sena l-oħra u kemm huwa maħsub illi se jdaħħal wara li issa il-kirjiet għolew?

Response (BORG, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema art qed jirreferi peress li ma kien hemm l-ebda żieda fil-kirjiet eżistenti, ħlief, għal dawk li għolew skond xi kundizzjoni li kellhom fil-kuntratt oriġinali.
Leg 9 PQ #22146 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fishermen — Fulltime / Parttime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni reġistrati bħala fulltime u part-timt fishermen illum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi skond ir-rekords tad-Dipartiment tas-Sajd fil-preżent għandna rreġistrati : Malta Għawdex full-time fishermen 403 127 market fishermen 22 221 part-time fishermen 1395 xejn
Leg 9 PQ #22147 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Territorju — Vjolazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu rapport ta' vjolazzjoni ta' ibħra territorjali ta' Malta u dak tal-ajru din is-sena? F'kemm minn dawn il-każijiet ġie individwat il-vjolatur, min kien u x'kien l-eżitu wara li l-armata ħadet l-azzjoni neċessarja

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li matul din is-sena ma kienx hemm każi ta’ vjolazzjoni ta’ l-ibħra territorjali Maltin. Rigward dħul illegali fl-ispazju ta’ l-ajru Malti, nistieden l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Sospensjoni tal-Kamra — Quorum

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba kellha tiġi sospiża il-Kamra minħabba nuqqas ta' quorum waqt din il-leġislatura?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Matul din il-Leġislatura il-Kamra ġiet aġġornata 7 darbiet minħabba nuqqas ta' quorum. Fl-istess perjodu saru 155 sejħa għal quorum. Dan ifisser li bħala medja l-Oppożizzjoni ressqet talba għal quorum kull tlett seduti.

Reġistrar Għax-Xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn pensuni jirreġistraw għax xogħol li għandhom degree u/ jew post-graduate degree ta' l-Universita'? Kemm ilhom jirreġistraw u x'degree għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-persuni li f'Ottubru 2000 kellhom degree jew post graduate degree u kienu qiegħdin jirreġistraw għax-xogħol. It-tabella turi wkoll kemm kienu ilhom jirreġistraw.

Portijiet — Vapuri tal-Gwerra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra ġol-portijiet tagħna, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 21538, jien infurmat li fl-1996 żaru l-portijiet ta' Malta 72 vapur militari, u f'dawn l-aħħar jiem daħlu 4 vapuri militari oħra li jtellgħu t-total għas-sena 2000 għal 76.
Leg 9 PQ #21999 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Vetturi militari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandhom żmien jew x'kienet is-sena ta' manifattura tal-vetturi militari li tagħmel użu minnhom l-armata llum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 22005. Is-sena ta’ manifattura tal-vetturi li jagħmlu użu minnhom il-Forzi Armati llum tvarja bejn l-1960 (waħdiet) u s-sena 2000. Il-parti kbira tal-vetturi ġew immanifatturati bejn l-1980 u l-1999.
Leg 9 PQ #22001 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu vetturi ta' l-armata għal VRT is-sena l-oħra u din is-sena, u kemm weħlu? X'tip ta' vetturi telgħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’ seduta oħra.
Leg 9 PQ #22003 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Missjoni Taljana — Suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn suldati Taljani parti mill-missjoni Taljana f'Malta din is-sena? Xi grad għandhom u x'tip ta' xogħol jagħmlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li bħalissa l-Missjoni Taljana tikkonsisti fi 48 membru li minnhom 15 huma uffiċjali bi gradi ta’ Kaptan u Kurunell.
Leg 9 PQ #22005 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha vetturi l-Armata? X'tip huma? Kemm minnhom kienu off the road għal xi żmien din is-sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Forzi Armati għandhom 179 vettura li huma mqassma fil-kategoriji kif muri fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra. B’kollox, matul din is-sena, kien hemm 28 vettura li għal xi żmien kienu “off the road”.
Leg 9 PQ #22006 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Equipment/spares

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqu flus l-armata fuq spares u/jew equipment ġdid din is-sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’ seduta oħra.