Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjegati — Turiżmu

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu full-time fil-qasam tat-turiżmu llum u kemm hemm part-time?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'Novembru 2000 in-numru ta' persuni li jaħdmu full-time fil-qasam tat-turiżmu kien ta' 9,650 filwaqt li dawk il-persuni li jaħdmu fuq bażi part-time kien ta' 8,933.

Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' fondi li l-Gvern għadda lill-assoċazzjoni tal-kunsilli lokali f'dawn l-aħħar tliet snin? Kemm minn dawn il-fondi ntefqu fuq safar, kull sena, kemm saru safriet, għal fejn saru, ġo liema pajjiż, min siefer fuq kull safra? Kemm nefqet l-assoċazzjoni kull sena fuq attivitajiet li saru ġo lukandi kemm Malta, kemm Għawdex kull sena u x'kien l-iskop ta' l-attivita'?

Response (GATT, AUSTIN)

L-allokazzjoni ta` fondi lill-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali mill-Gvern Centrali f`dawn l-ahhar tliet snin kienet hekk: l997 LM 30,000 1998 LM 28,500 1999 LM 30,000 Fl-istess perjodu Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali kellha dawn l-ispejjez ghas-safar. 1997 LM 9,821 28 safra 1998 LM 8,594 26 safra 1999 LM 9,878 24 safra L-Assocjazzjoni topera skond ir-Regolamenti ta` l-1994 dwar l-Assocjazzjoni ta` l-Awtoritajiet ta` Gvern Lokali (Avviz Legali 153 ta` l-1994) kif emendat bl`Avviz Legali 195 ta` l-1999. Twaqqfet `bl-ghan li thares u ggib `l quddiem l-interessi komuni tal-Kunsilli Lokali kollha, u li tkun tirraprezenta, unikament ghall-finijiet ta` dawn ir-regolamenti, lill-Kunsilli Lokali kollha, sew f`Malta sew barra min Malta kif ukoll f`assocjazzjonijiet internazzjonali ta` awtoritajiet ta` gvern lokali`. Barra minn hekk hija korp b`personalita` guridika distinta u s-sitt membri tal-Kumitat Ezekuttiv jigu eletti mill-Kunsillieri kollha fil-kariga skond l-istess regolamenti. L-Assocjazzjoni tagixxi skond l-ezigenzi u l-prijoritajiet taghha. Mis-sena 1999 il-kotba bdew jigu audited mill-Udituri tal-Gvern Lokali u tpoggew fuq il-Mejda tal-Kamra. L-Assocjazzjoni torganizza ukoll laqghat ghas-Sindki u Vici Sindki. Dawn il-laqghat isiru b`rotazzjoni f`kull regjun (Malta Xlokk, Malta Majjistral u Ghawdex) u l-ispiza f`dawn l-ahhar tliet snin kienet hekk: 1997 LM 3,312 1998 LM 2,052 1999 LM 3,612
Leg 9 PQ #22837 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Suldati Maltin fil-Kosovo

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati Maltin li marru l-Kosovo ġewx mgħarrfa mill-possibbilta' ta' livell għoli ta' ċertu radioattivita' f'ċertu areas? Jista' jgħid jekk l-armata kenitx taf illi ġo Prizren kollox kien normali qabel ma telgħu l-Maltin? Jekk iva, meta saret taf u min qallha?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ir-risposta għall-ewwel domanda ta’ l-Onorevoli Interpellant hija fin-negattiv. L-Armata ma kellha ebda informazzjoni dwar xi sitwazjoni anormali ġo Prizren.

Ta' Xbiex — Mitrovich, E Galizia u E.Mizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb illi se jsir ir-resurfacing tat-toroq Mitrovich, E Galizia u E.Mizzi ġo Ta' Xbiex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ħareġ sejħa għal offerti għax-xogħol, u fil-preżent it-tender qiegħda tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #22698 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Swatar — Playingfield

Question

Billi ġewwa u madwar il-playingfield li hemm fis-Swatar, Imsida hemm arbli ta' l-Enemalta bla bozoz li ilhom imwaħħlin diversi xhur, jista' l-Ministru jara illi l-bozoz jitwaħħlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

Anzjani — Dar fil-Gżira

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se tinfetaħ home oħra għal anzjani ġol-Gżira, u jekk iva, fejn u meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern flimkien mad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani għadu qiegħed jagħmel l-istudju tiegħu fuq id-dar ta' l-Anzjani tal-Gżira. Dan qiegħed isir b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tax-Xogħol u Kostruzzjoni.

Gżira — Tunnel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx iffinalizzata il-pjanta tal-link road u/jew tunnel li se twaqqaf ix-xatt tal-Gżira u r-regional road u jekk iva, jista' jpoġġi l-pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra ta' kif se ssir din it-triq u meta maħsub illi jibda jsir ix-xogħol strutturali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-pjan għall-proġett tal-Link Road kif approvata s'issa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u koperta bil-permessi neċessarji għall-bini tagħha hu kif murija fuq pjanta A. Id-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jaħdem fuq alternattiva oħra (pjanta B) li tikkonsisti f'bini ta' mina taħt l-art u li għaliha saret outline application ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Dan sabiex issir il-konsultazzjoni neċessarja biex ikun deċiż il-vijabilita' ta' din il-modifika. Il-pjanti A u B qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22710 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Suldati fil-Balkani

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 22561, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati Maltin li marru fuq x-xogħol il-Kosova humiex se jiġu eżaminati għal xi mard, bħalma qed jagħmlu kważi l-armati kollha li kellhom suldati hemm peress li sal-lum għadu mhux magħruf x'inhu jwassal għal mard serju f'uħud minn dawn is-suldati u ċertament ħadd ma jaf jekk ir-raġuni hijiex radjoattivita' jew xi ħaġa oħra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif diġà ntqal fit-tweġiba li tajt fis-seduta Numru 467 għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22561, ninsab infurmat li għad ma kien hemm l-ebda rapport ta’ mard serju fis-settur amministrat mill-Ġermaniżi u li fih operaw għal ftit sigħat is-suldati Maltin. Mhux l-armati kollha li kienu f’dan is-settur qed jeżaminaw is-suldati tagħhom. Għaldaqstant qed jibqa’ jinżamm kuntatt dirett ma’ Forzi Armati barranin biex jekk f’xi eventwalità li jkun hemm indikazzjoni ta’ kwalunkwe ħtieġa, isiru l-eżamijiet mediċi relevanti.
Leg 9 PQ #22001 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu vetturi ta' l-armata għal VRT is-sena l-oħra u din is-sena, u kemm weħlu? X'tip ta' vetturi telgħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li matul l-1999 u l-2000 ittellgħu 89 vettura tal-Forzi Armati għall-VRT. Fost dawn kien hemm tlett vetturi li weħlu mill-ewwel test, iżda wara li reġa’ sarilhom it-tieni wieħed dawn għaddew. It-tip ta’ vetturi li ttellgħu għall-VRT kien ivarja bejn “saloon cars, jeeps” u trakkijiet.
Leg 9 PQ #22006 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Equipment/spares

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqu flus l-armata fuq spares u/jew equipment ġdid din is-sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li matul is-sena 2000 il-Forzi Armati nefqu l-ammonti li jidhru hawn taħt fuq “spares” u “equipment” ġdid: “Spares” - Lm144,772 “Equipment” - Lm 80,978
Leg 9 PQ #22582 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fish Farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' ħut mill-fish farms Maltin matul is-sena 2000? Kemm minn dan it-total ġie esportat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-Fish Farms Maltin matul is-sena 2000 hu kkalkulat li produċew madwar 1,745 tunnellata metrika u esportaw madwar 1,658 tunnellata metrika.

Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet f'Malta fejn it-traffiku qed jiġi regolat minn sistema ta' traffic lights? Kemm minn dawn bdew jitħaddmu matul din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f'Malta u Għawdex hemm seba' u erbgħin lokalita' li t-traffiku fihom hu regolariżżat bit-traffic lights jew pelican lights. Matul is-sena 2000 il-programm ta' dan ix-xogħol kien aktar indirizzat lejn l-istallazjoni ta' pelican lights li twaħħlu f'29 lokalita'.
Leg 9 PQ #22586 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti qagħdu għal eżamijiet: (a) tal-MATSEC (b) Edexel tal-London University (c) tal-London Chamber of Commerce and Industry u (d) City and Guilds fl-aħħar sentejn, jiġifieri kull sena?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22587 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' studenti barranin fl-Universita' ta' Malta, kull sena, fl-aħħar tlitt snin? Kemm minnhom iggradwaw f'Malta kull sena? F'liema fakultajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar tlett snin in-numru ta' istudenti barranin kien dan: 1998 - 323 student 1999 - 414 student 2000 - 531 student Ħadd minn dawn l-istudenti għadu ma gradwa peress li ebda kors li jwassal għal grad ma hu anqas minn tlett snin.
Leg 9 PQ #22589 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mediterranean Conference Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru konferenzi fil-Mediterranean Conference Centre, kull sena, fl-aħħar tlitt snin? Jistgħax jgħid kemm kien il-profit jew telf li ġie reġistrat minn dawn l-attivitajiet kull sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar tlitt snin saru dawn il-konferenzi: 1998 - 39 konferenza 1999 - 63 konferenza 2000 - 116 konferenza L-informazzjoni li ntalbet fit-tieni parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali u għalhekk ma' nistax nirrispondiha.
Leg 9 PQ #22571 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Uffiċjali tal-Gvern — Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' uffiċċjali tal-Ministeru li għamlu korsijiet barra min Malta s-sena l-oħra? Kemm saru Malta u kemm kienet in-nefqa pubblika għal dan? X'tip ta' korsijiet kienu?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #22572 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Twelied

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal min ommijiet mħux miżżewġa ġo l-isptar St Lukes u dak ta' Għawdex is-sena l-oħra? X'eta kellhom f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu l-istatistika fuq it-twelid mill-isptarijiet Karin Grech (KGH) u Gozo General (GGH) f'Għawdex għall-perjodu bejn Jannar u Settembru 2000. Din l-istatistika tinġabar b'mod volontarju għall-National Obstetric Information System (NOIS)-WHO-OBSQID Project. Kien hemm 299 trabi li twieldu f'KGH u GGH għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2000 lil 297 ommijiet (Maltin u barranin) li kienu rreġistrati 'mhux miżżewġa'. It-tabella hawn taħt turi l-eta' ta' dawn l-ommijiet: Eta' (snin) Numru ta' ommijiet <15 3 15 - 19 112 20 - 24 108 25 - 29 42 30 - 34 21 35 - 39 9 40 - 44 1 45 + 0 Mhux speċifikat 1
Leg 9 PQ #22574 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' ħaddiema f'dipartimenti tal-Gvern li għandhom permess jagħmlu xogħol barrani, jiġifieri mal-privat jew għal rashom? F'liema dipartimenti qegħdin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi skond iċ-Ċirkolari MPO/B1/4/45 li ħarġet fit-22 ta’ Marzu 1995, is-Segretarji Permanenti fil-Ministeri ġew awtorizzati jagħtu l-approvazzjoni huma lil dawk l-uffiċċjali pubbliċi li jkunu jixtiequ jagħmlu xi xogħol wara l-ħin normali tax-xogħol. Għar-rigward id-dekasteru tiegħi, ninsab infurmat illi n-numru ta’ mpjegati li għandhom il-permess meħtieġ sabiex jagħmlu xogħol barrani huwa ta’ 124 minn ma’ l-Armata u 7 fl-OPM. Dan ma jfissirx neċessarjament li dawn kollha effettivament qed jagħmlu xogħol ieħor. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni dwar il-Ministeri l-oħra nistiednu jagħmel l-istess mistoqsija lill-Ministri rispettivi.
Leg 9 PQ #22577 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Servizz Pubbliku — Impjegati - Part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' ħaddiema li b'żieda ma' l-impieġ regolari tagħhom, qed jagħmlu xogħol part-time mal-privat u jħallsu taxxa fuq ix-xogħol part-time bil-15 fil-mija skond il-liġi ta' l-Income Tax?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 1999 11,207 ħaddiem kellhom xogħol part-time li ħallsu taxxa ta’ 15 fil-mija skond il-liġi. Minn dawn 1,112 huma nisa miżżewwġa.