Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' personnel militari li ġew Malta fuq bastimenti tal-gwerra s-sena l-oħra u kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Malta EU Information Centre? Kemm jitħallsu kull wieħed? Kemm għandhom perks kull wieħed? Kemm intnefqu flus fuq diversi forom ta' avviżi jew riklami jew materjal mibgħut ġo djar, literature, promotional material, stampar sal-lum? Fejn ġie stampat? Saret call for tenders? Kemm intnefaq f'kull stamperija u fuq kull mezz ta' xandir u/jew gazzetta?
Response (BORG, JOE)
Hemm 14 il-impjegat fl-MIC
Salary per annum in 2000
Allowances per annum in 2000
Total
Dr Simon Busuttil*
Head
On contract from law firm (fee: Lm15,000 + VAT)
Demicoli Edward
Deputy Head
7338
3510
10848
Pirotta Fabio
Research Officer
7338
2760
10098
Reick Zahra Romina
Research Officer
7338
2760
10098
Sciberras Anne Marie
Research Officer
7338
2760
10098
Cordina Elaine
Research Officer
7338
2760
10098
Attard Carmel
Media Officer
7338
2760
10098
Mallia Faye
Media Officer
7338
2760
10098
Fiorini Karen
Admin Assistant
4718
1220
5938
Abela Celine
Admin Assistant
4718
1220
5938
Church Roberta
Support Officer
4718
0
4718
Grech Robert
Support Officer
4718
0
4718
Mallia Nadine
Support Officer
4718
0
4718
Pace Brian
Support Officer
4718
0
4718
* Dr Simon Busuttil għandu wkoll użu ta' karozza u mobile.
Sa 23 ta' Jannar 2001 intefqu dawn l-ammonti:
Reklami u slots ta' informazzjoni Lm109,020.16
Materjal ta' informazzjoni Lm 31,309.57
Is-sistema li ntużat kienet selective call for quotations.
Il-materjal ta' promozzjoni nħadem għand dawn il-kumpanijji:
Gutenberg Press Ltd. Lm 20,482.65
Interprint Ltd. Lm 7,896.00
Proprint Co. Ltd. Lm 1,223.60
Polidano Leisure Ltd. Lm 1,127.32
Progress Press Ltd. Lm 580.00
L-avviżi saru skond it-tabelli mehmuża:
Newspapers
Total
GWU (Oriżżont, Torċa, Antenna)
19,582.79
Allied Newspaper
16,431.10
Media Link Communications
13,590.89
Standard Publications
8,431.87
Sound Vision; Kulħadd
3,404.00
Network Publications
1,841.18
Media Centre; Il-Ġens
1,495.50
Business Marketing Services
1,023.50
Executive Services
552.00
Environmental Protection Department
250.00
Image; Ir-Raff
149.48
Kerygma
150.00
66,902.31
Radio
Total
Media Link Communications
4,133.38
Sound Vision Print
4,003.15
RTK
3,783.55
Smash Communications
3,148.13
Eden Leisure Group
2,988.83
Island Sound
2,827.39
PBS
2,305.89
Radio Calypso
1,882.34
Media Coop
1,723.28
26,795.94
Television
Total
Media Link Communications
3,507.39
Smash Communications
3,381.58
Max Media
1,505.35
PBS
4,501.10
Sound Vision Print
2,246.49
15,321.91
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mressqa quddiem il-PSC is-sena l-oħra? X'weħlu f'kull każ? Mil-liema dipartiment kienu, u x'kien in-nuqqas li allegatament wettqu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kif weġibt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17913, fl-1 ta’ Frar 2000, daħlu fis-seħħ ir-Regolamenti l-ġodda tad-Dixxiplina li permezz tagħhom il-każijiet ta’ dixxiplina ġew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u l-każijiet li jiġu riferuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku m’għandhomx jgħaddu aktar mill-Uffiċċju tiegħi.
Dwar id-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi, ninsab infurmat illi kien hemm każ wieħed ta’ dixxiplina li ġie riferut mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. It-tagħrif dwar dan il-każ jinsab fl-Iskeda Numru 1 li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri rispettivi.
Dwar il-każijiet ta’ dixxiplina li nbdew mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Jannar 2000 taħt ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta’ l-1977, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Skeda Numru 2 li turi t-tagħrif mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom l-AIDS illum? X'eta' għandhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat illi skond informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika hawn ħames persuni li għandhom l-AIDS. Minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalita' biex nipproteġu l-individwi, informazzjoni fuq l-eta' ma tingħatax.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni/familji jew stabbilimenti li kellhom is-servizz tad-dawl jew ilma maqtugħa s-sena l-oħra għax waqgħu lura fil-ħlasijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet kien hemm 701 households li kellhom il-provvista ta' l-elettriku sospiża minħabba li kienu waqgħu lura fil-ħlas.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni/familja jew stabbilmenti li kellhom is-servizz tat-telephone mwaqqfa għax waqgħu lura fil-ħlasijiet matul is-sena l-oħra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li skond l-aħħar Credit Control Run li saret fl-24 ta' dan ix-xahar, in-numru ta' persuni/familji jew stabbilimenti li kellhom is-servizz tat-telefon imwaqqaf minħabba li waqgħu lura fil-ħlasijiet matul is-sena l-oħra, kien kif ġej:
LINJA LINJA
TIP TA' SERVIZZ RISTRETTA MAQTUGĦA TOTAL
Residenzjali 2,132 451 2,583
Negozju 920 143 1,063
Total 3,052 594 3,646
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru attentati ta' hacking tal-computers ġo dipartimenti tal-gvern is-sena l-oħra? Jekk saru, jista' jgħid f'liema dipartimenti kienu u jekk inqabdux dawk ħatja?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li s-sena l-oħra kien hemm rapport uffiċjali wieħed ta’ “hacking tal-computers” ġo d-dipartimenti tal-Gvern u li kien ġie rapportat li sar fis-sistema tal-Qrati ta’ Malta. Il-każ qiegħed jiġi investigat permezz ta’ Inkjesta Maġisterjali li għadha għaddejja. Kien hemm diversi suspetti oħra li ġew investigati u li għalkemm ma nstabux li kienu każi ta’ “hacking”, ittieħdu diversi miżuri biex is-sistemi suspettati, fejn kien hemm meħtieġ, jiġu aġġornati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ma tħallewx jidħlu Malta mill-personnel ta' l-immigrazzjoni matul is-sena l-oħra? Mil-liema pajjiż kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 kien hemm 3,335 persuna li ma tħallietx tidħol wara li waslet Malta. Dawn kienu minn dawn il-pajjiżi:
Algeria
China
India
Lebanon
Portugal
Switzerland
Armenia
Congo
Indonesia
Libya
Romania
Syria
Austria
Egypt
Iran
Mali
Russia
Tanzania
Bangladesh
Etiopia
Iraq
Morocco
Senegal
Tunisia
Belarus
France
Italy
Moldovia
Sierra Leone
Turkey
Bosnia
Gambia
Jamaica
Nauru
Singapore
Ukrania
Botswana
Germany
Jordan
Nigeria
Slovakia
Uganda
Brazil
Ghana
Kenya
Pakistan
South Africa
Venezuela
Great Britian
Holland
Kyrgistan
Peru
Sudan
Yugoslavia
Bulgaria
Hungary
Latvia
Philippines
Swaziland
Zambia
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li d-dipartiment tas-saħħa, jista' joffri kura għalihom bħala out patient jekk tinqala' xi emerġenza jew kalamita' kbira?
Response (DEGUARA, LOUIS)
F'każ ta' xi emerġenza jew kalamita kbira jiġi attivat il-'Major Disaster Plan' li, ma affarijiet oħra, jinkludi l-waqfien tas-servizz ta' l-'Out Patient', għax f'dan il-kuntest il-prioritajiet jinbidlu.
F'każ ta' katastrofi, każi li ma jkunux urġenti jiġu mgħoddija fiċ-Ċentri tas-Saħħa jew f'postijiet oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti talli ħaddmu nies mingħajr permess is-sena l-oħra u x'weħlu f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li n-numru ta' persuni li ttellgħu l-Qorti s-sena l-oħra għax naqsu li jinnotifikaw lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ bl-impjieg magħhom ta' ħaddiema kien ta' 238.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu barranin jaħdmu bla permess is-sena l-oħra? Minn liema pajjiż kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2000, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ qabdet 104 persuna barranija taħdem f'Malta mingħajr permess. Il-Korporazzjoni ma żżommx informazzjoni dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħareġ flus il-gvern fuq relief is-sena l-oħra? Jista' jagħti breakdown tal-flus li ħareġ il-gvern lil kull kategorija ta' persuni li huma intitolati għal relief?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-somma ta' flus li l-Gvern ħareġ matul is-sena 2000 fuq l-Għajnuna Soċjali kienet ta' Lm15,446,005.40. Skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, l-Għajnuna Soċjali fil-forom kollha tagħha titħallas skond il-provedimenti ta l-Artiklu 30. Għaldaqstant ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika ta' l-ammonti li jitħallsu separatament.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' unmarried mothers fuq ir-relief illum u kemm kien in-numru kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għandu l-informazzjoni kif mitluba għas-snin 1995-2000. In-numru ta' ommijiet li mhumiex miżżewġa li kienu jieħdu Għajnuna Soċjali fl-aħħar tas-snin indikati huwa kif jidher aktar 'l isfel.
1995 422
1996 443
1997 466
1998 520
1999 749*
2000 839
* L-istatistika kienet ġiet aġġornata wara eżerċizzju ta' verifika ta' l-istat ċivili ta' min kien qiegħed jieħu dan il-benefiċċju.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn single parent/families illum? Kemm minn dawn huma single parent minħabba separazzjonijiet, divorzju, unmarried jew minħabba mewt ta' xi ġenitur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ebda wieħed mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm statistika dwar l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li spiċċaw bla xogħol is-sena l-oħra minħabba redundancy? X'tip ta' xogħol kienu jagħmlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fuq il-persuni li spiċċaw bla xogħol minħabba redundancy is-sena l-oħra (sena 2000) u minn liema settur kienu ġejjin.