Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jiksru l-liġi tal-VAT is-sena l-oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2000 kien hemm 1,664 każ li ġew referuti sabiex tittieħed azzjoni bil-Qorti dwar abbużi taħt l-Att tal-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm tfal ġo istituti reliġjużi llum? Kemm għandhom eta' u x'inhi r-raġuni li qegħdin hemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja, preżentement hemm 300 tifel u tifla fi 17 il-Dar Residenzjali. L-eta' ta' dawn it-tfal tvarja bejn ġimgħa u tmintax-il sena.
Tfal jiddaħħlu fi Djar Residenzjali għal diversi raġunijiet iżda prinċiparjament għax il-ġentituri ma jkunux f'pożizzjoni li jieħdu kura tagħhom jew jipprovdulhom il-protezzjoni meħtieġa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħareġ flus il-gvern fuq children's allowance għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm huwa maħsub li se joħroġ il-gvern din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa fuq l-Allowance tat-Tfal għal dawn l-aħħar ħames snin hija kif ġej:
1996 Lm18,333,539
1997 Lm20,369,590
1998 Lm20,111,471
1999 Lm19,034,766
2000 (prov) Lm18,430,359
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħabsin li għal xi raġuni jew oħra kienu in-patient fl-Isptar St Lukes u fi sptarijiet oħra s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 kien hemm 196 każ fejn priġunieri nżammu għal kura bħala in patients fl-isptar San Luqa jew l-isptar Monte Carmeli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru tests għall-Aids u HIV din is-sena? Kif jikkompara dan in-numru ma' dawk li saru sena b'sena f'dan l-aħħar għaxar snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sena
Total Request
No of Reactive
Samples
Ġunju - Diċembru 1985
408
10
1986
930
13
1987
2292
5
1988
3750
13
1989
2495
16
1990
2118
9
1991
2461
18
1992
3131
8
1993
2369
13
1994
3935
10
1995
3963
17
1996
3912
7
1997
3809
8
1998
4249
10
1999
5593
8
2000
4950
14
2001 up to 25/01/01
330
1
It-testijiet għall-HIV huma anonimi u n-numru ta' testijiet pożittivi ma jirriflettix neċessarjament li l-każijiet huma ġodda u li jistaw jinkludu testijiet ripetuti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lil persuni li jabbużaw mid-droga s-sena l-oħra u kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-total ta' siringi li tqassmu lil persuni li jabbużaw mid-droga għal dawn l-aħħar ħames snin huwa dan:
1996 61,979
1997 74,555
1998 104,169
1999 144,495
2000 152,625
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jitolbu kenn politiku f'Malta llum, mil-liema pajjiżi huma u kemm ilhom hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub ma jinżammx mill-Pulizija. Hu l-Uffiċċju ta` l-U.N.H.C.R. f`Malta li jieħu ħsieb l-interessi ta` persuni meqjusa bħala refuġjati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal ġo postijiet ta' divertiment meta mhux suppost jidħlu, matul is-sena l-oħra? Kemm inqabdu kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
1996
1997
1998
1999
2000
xejn
9
58
127
8
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra talli ħallew tfal jidħlu f'postijiet ta' divertiment meta mhux permess matul is-sena l-oħra? X'weħħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra l-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 4 persuni talli ħallew persuni taħt is-sittax-il sena f`postijiet ta` divertiment. Minn dawn, wieħed ġie liberat, filwaqt li t-tlieta l-oħra għad għandhom il-każ tagħhom pendenti quddiem il-Qorti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet għal ħaddiema jaħdmu bla permess is-sena l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-uffiċċjali tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma jagħmlux spezzjonijiet speċifikament biex jaqbdu ħaddiema jaħdmu mingħajr permess u għalhekk ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba.
Ninsab infurmat li matul is-sena 2000, l-uffiċċjali tal-Korporazzjoni għamlu b'kollox 6,888 spezzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jew pajjiżi applikanti li għandhom permess jaħdmu llum? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond l-aħħar lista ta` persuni barranin li għandhom permess jaħdmu Malta li ġiet ippubblikata mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni fit-2 ta` Jannar 2001, in-numru ta` persuni li ġejjin mill-pajjiżi ta` l-Unjoni Ewropea huwa 770 filwaqt li ta` dawk li ġejjin mill-pajjiżi applikanti huwa 160.
Ninsab infurmat ukoll li bħalissa hemm madwar 1,300 applikazzjoni li qed jiġu pproċessati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew deportati persuni s-sena l-oħra u mil-liema pajjiżi kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni li ġew deportati matul is-sena 2000 kien ta` 507. In-nazzjonalita` ta` dawn il-persuni hi kif ġej:
Armena Irlandiża Palestina
Ingliża Taljana Filippina
Bulgara Ġordaniża Pollakka
Ċiniża Libaniża Rumena
Eġizzjana Libjana Russa
Ġermaniża Moldova Somalja
Ungeriża Marokkina Sirjana
Indjana Niger Tuneżina
Pakistana Niġerjana Ukrajna
Jugoslavja Turka
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ma tħallewx jidħlu Malta mill-uffiċjali ta' l-immigrazzjoni s-sena l-oħra? Mil-liema pajjiżi kienu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti għal tlajjar minħabba prostituzzjoni is-sena l-oħra? Kemm kienu Maltin, kemm barranin, kemm nisa, kemm irġiel u x'eta' kellhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 tressqu quddiem il-Qorti, 24 persuna fuq tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni. Dawn kienu kollha Maltin, li minnhom 18 kienu nisa u 6 kienu rġiel u l-eta` tagħhom kienet bejn is-16-il sena u l-47 sena.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu diskussi r-regoli dwar il-kaċċa u nsib ma' l-Unjoni Ewropea? Jista' l-Ministru jgħid min se jinnegozja għal Malta?
Response (BORG, JOE)
Huwa mistenni li n-negozjati fuq il-kapitlu tal-Ambjent, fejn huma ttrattati l-kaċċa w l-insib, jibdew taħt il-Presidenza Svediża, jiġifieri fl-ewwel nofs ta' din is-sena. In-negozjati jibdew bil-miktub. Jekk ikun hemm bżonn li aktar il-quddiem jsiru negozjati diretti bejn negozjaturi Maltin u dawk tal-Unjoni Ewropea, il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni ta' negozjaturi Maltin tiġi stabbitilita għal dan il-għan skond il-ħtieġa u meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm stabbilimenti liċenzjati ġo Paceville u San Ġiljan illum? Kemm kien in-numru kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta` stabbilimenti ġewwa San Ġiljan u Paċeville illiċenzjati mill-Pulizija kien kif ġej:-
1996 1997 1998 1999 2000
418 434 443 445 461