Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23947 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Kaċċa u Nsib

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper flimkien ma' xi skeda reletati dwar il-pożizzjoni tal-Gvern rigward il-kaċċa u l-insib vis a vis in-negozzjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea

Response (BORG, JOE)

Peress illi għad iridu isiru n-negozjatu fuq il-kapitolu tal-ambjent m'hijiex il-policy tal-Gvern li n-negotiating position paper issir pubblika. Dan ikun jista jsir appena n-negozjati jkunu proviżorjament magħluqa. Ta min jerġa jirrepeti li din in-negotiating position tiġi ċirkolata lill-membri kollha tal-MEUSAC appena titlesta u li l-Malta Labour Party kien u għadu mistieden li jieħu sehem fil-laqgħat tal-istess MEUSAC.
Leg 9 PQ #24010 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Malta EU Information Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sa issa mill-Malta EU Information Centre fuq avviżi u materjal stampat għall-pubbliku?

Response (BORG, JOE)

Rendikont ta' l-ispejjeż li ċ-Ċentru ta' Informazzjoni Malta-Unjoni Ewropea għamel fuq avviżi u materjal stampat għall-pubbliku sa l-aħħar ta' Diċembru 2000, ingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23008. L-ispejjeż li ċ-Ċentru għamel fuq avviżi u materjal stampat għall-pubbliku mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Frar għadhom qegħdin jinħadmu.
Leg 9 PQ #24012 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU — Ministri - Żjajjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lil pajjiż kull żjara tad-diversi ministri u/jew prim ministri mid-diversi pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li ġew Malta fuq żjajjar uffiċjali s-sena l-oħra u din is-sena?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #24014 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Vapuri tal-Gwerra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġurisdizzjoni għandu l-Gvern Malti fuq vapuri tal-gwerra li jkun qed iżuru pajjiżna? Jista' jgħid jekk baħrin barranin jistgħux jużaw armi biex jiddefendu ruħhom jew il-vapur f'każ ta' xi attakk terroristiku meta jkunu sorġuti fil-port tagħna?

Response (BORG, JOE)

Il-materja li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant hija regolata minn liġijiet internazzjonali applikabbli wkoll f'Malta.
Leg 9 PQ #24015 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Vapuri Militari — Baħrin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew Malta baħrin fuq vapuri militari li żaru pajjiżna, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin, u ta' liema pajjiż kienu?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni li talab l-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar. Peress li l-uffiċċjali li qed jiġbru din l-informazzjoni jridu jmorru lura ħames snin fir-riċerka tagħhom u jridu jikkonsultaw diversi sorsi (files), l-Onorevoli Interpellant jifhem li dan l-eżerċizzju jrid ftit tal-ħin sew. Għalhekk, l-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #24016 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bomb Hoaxes

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' bomb hoaxes is-sena l-oħra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li kien hemm tnejn u tmenin (82) każ ta’ “bomb hoaxes” fis-sena 2000.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hijiex se tieħu l-SKA u benefiċċju soċjali oħra li ħaqqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #23333 Sitting 493 2001-02-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Taż-Żwejt

Question

Jista' l-Ministru jara illi l-area ġo San Ġwann mgħarufa bħala taż-Żwejt tingħata tindifa ġenerali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #23334 Sitting 493 2001-02-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li miet ħames snin ilu u li qed insemmi ismu separatament qed jirċievi kontijiet tad-dawl u l-ilma u dan meta l-mara tiegħu ila li telqet mid-dar in kwistjoni xi 4 snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma investigat il-każ u rriżulta li fil-kont imsemmi kien hemm arretrati ta' Lm76.50. Dan l-ammont ilu pendenti minn Marzu 1994 fiż-żmien li kien sar it-trasferiment ta' dan il-kont. Għaldaqstant dawn l-arretrati issa qed jidhru fuq il-familjari tal-persuna msemmija sabiex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta jkunu jistgħu jirkupraw l-ammont dovut lilhom.
Leg 9 PQ #23117 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Ħlas minn Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallsu VAT: (a) barranin li ngħataw permess jaħdmu f'Malta s-sena l-oħra u kemm huwa n-numru ta' dawn il-persuni; (b) organizzaturi ta' rave parties u/jew parties oħra bħal dawk li saru lejliet l-ewwel tas-sena, is-sena l-oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li : a) matul is-sena 2000, 914 persuna b'Karta ta' Identita' jew b'indirizz postali barrani reġistrati mad-Dipartiment ħallsu bejniethom Lm662,894.86 f'taxxa tal-VAT. b) matul l-istess sena, 570 persuna reġistrati mad-Dipartiment taħt in NACE Code 9234 - Other Entertainment ħallsu bejniethom Lm206,800.61 f'taxxa tal-VAT.
Leg 9 PQ #23118 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn studenti barranin jistudjaw fl-Universita' ta' Malta llum? X'tip ta' korsijiet qed jattendu u mil-liema pajjiżi huma?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #23119 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-ispetturi tal-VAT ġo diversi stabilimenti u parties li saru lejliet l-ewwel tas-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li lejliet l-ewwel tas-sena 2001, saru sbatax-il spezzjoni mill-Ipetturi tal-VAT f'daqstant stabbilimenti.

ETC — Korsijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid isirux korsijiet għall-persuni b'ċertu diżabilita' mill-ETC jew minn organizzaturi ta' korsijiet oħra u jistax jinforma lill-ġenituri tal-persuna li ser insemmi separatament, x'jista' jsir għat-tifla tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Preżentament il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ qiegħda toffri korsijiet għall-persuni b'diżabilita' b'arranġamenti ma' l-Eden Foundation u Richmond Foundation. Fil-każ tal-persuna mmsemmija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22870.
Leg 9 PQ #23296 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex suldati li qedgħin f'airport illi jkunu spiċċaw mix-shift fit-8.00 a.m. qed jiġu mġiela jgħamlu kors f'nofinhar meta ovvjament ikunu għajjiena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għas-suldati ta’ l-“A Company” li jwettqu xogħol ta’ sigurtà fl-Ajruport ta’ Malta. Jien infurmat li, għal darba jew darbtejn matul is-sena, il-membri ta’ l-“A Company” jkunu msejħa biex jattendu għal xi kors ta’ ġurnata jew għal xi forma ta’ taħriġ ieħor essenzjali waqt li huma jkunu fil-mistrieħ tagħhom. Dawn is-sejħiet rari ma jistgħux ikunu evitati peress li hu mpossibli għall-Armata li torganizza dan it-tip ta’ taħriġ meta l-istess suldati jkunu fuq ix-xift tagħhom. Inżid ngħid, iżda, li għal kull darba li dawn is-suldati jkunu msejħa għat-taħriġ waqt il-ħin ta’ serħan tagħhom huma jingħataw “time-off-in lieu” bħala kumpens.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament se tieħu r-relief u l-benefiċċji soċjali li ħaqqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #23111 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni b'HIV/AIDS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma b'HIV positive illum u kemm għandhom l-AIDS, x'eta' għandhom u ta' liema sess huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' persuni li huma HIV positive ma jistax jiġi determinat bi preċiżjoni. Dan għaliex l-HIV mhiex notifikabbli bil-liġi. Pero' nistgħu ngħidu li mill-1990 sa l-aħħar tas-sena 2000 kien hemm 122 test pożittiv. Dan in-numru ma jeskludix testijiet li saru aktar minn darba minħabba li dawn isiru b'mod anonimu. Skond informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika hawn ħames persuni li għandhom l-AIDS. Minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalita' w biex nipproteġu l-individwi, informazzjoni fuq l-eta' w is-sess ma tingħatax.
Leg 9 PQ #23112 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Annimali/ħlejjaq illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu annimali jew ħlejjaq oħra li ddaħħlu f'Malta llegalment is-sena l-oħra? X'tip ta' annimali kienu u x'sar minnhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-sekwestru ta' flora u fawna li jiddaħħlu Malta illegalment isir mid-Dipartiment tad-Dwana, mill-Pulizija u mill-Forzi Armati. Dawn l-entitajiet jitolbu l-assistenza ta' l-ispetturi tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent kull meta tinħass il-ħtieġa li jsir dan, l-aktar għal raġunijiet ta' identifikazzjoni ta' l-ispeċi. Eżemplari li jiġu sekwestrati bis-saħħa ta' regolamenti maħruġa taħt l-Att biex iħares l-Ambjent, jinżammu mid-Dipartiment tad-Dwana jew mill-Pulizija sakemm tittieħed l-azzjoni neċessarja. Il-ħlejjaq li nżammu fuq parir tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent fl-2000 kienu hekk: ANNIMALI - invertebrati (3), rettili (28), għasafar (1854), mammiferi (1). PJANTI - cactus u sukkulenti oħra (3878), u oħrajn (1454).
Leg 9 PQ #23113 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Bord taċ-Ċensura — Soft Porn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pubblikazzjoni differenti ta' magazines, hekk imsejħa soft porn, tħallew jidħlu Malta s-sena l-oħra u din is-sena? Billi dawn jistgħu issa jiġu mibjugħa f'Malta bil-barka ta' l-awtoritajiet, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma jew aħjar ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti neċessarji konnessi ma' kif għandu jsir ir-reklamar, l-espożizzjoni fil-ħwienet u x'inhi l-eta' minima li wieħed jista' jkollu biex jixtri dawn it-tip ta' rivisti?

Response (BORG, TONIO)

Iċ-ċensura tal-magazines taqa` taħt id-Dipartiment tal-Posta u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #23114 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Servizzi minn barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' barranin li kellhom jużaw xi servizz tas-saħħa s-sena l-oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' barranin li wżaw xi servizz tas-Saħħa s-sena l-oħra kien hekk: Fl-Isptar San Luqa daħlu: 1300 fil-Wards 2381 fil-Casualty Fiċ-Centri tas-Saħħa nqdew 1048 persuna Fl-Isptar Pawlu Boffa nqdew 139 persuna FL-Isptar Monte Carmeli nqdew 54 persuna.

Żwiġijiet bejn l-istess sess

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-servizzi soċjali jirrikonoxxix żwiġijiet bejn persuni ta' l-istess sess li saru barra minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-Tweġiba hija "le". Madanakollu rrid niġbed l-attenzjoni lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mhux l-awtorita' kompetenti li tirrikonoxxi ż-żwiġijiet, kemm dawk li jsiru f'Malta kif ukoll barra.