Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24046 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema Aggrediti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti dwar teachers li ġew aggrediti minn studenti jew ġenituri jew xi parentela ta' studenti s-sena l-oħra u kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra fuq attakki simili?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16589.
Leg 9 PQ #24143 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed tiswa lill-Forzi Armati ta' Malta l-għassa li saret ma' kull vapur amerikan li daħal ġol portijiet tagħna minn mindu dan beda isir?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-għassa li ssir fil-każijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ma timplika l-ebda spiża żejda għaliex kull ma jiġri hu li d-“detail” isir skond kull każ minn membri ta’ l-Armata li jkunu xogħol dak il-ħin.
Leg 9 PQ #24034 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-mediċini jew oġġetti oħra out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern f'kull ċentru tas-saħħa llum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mediċini li huma out of stock fil-medical stores u allura fiċ-ċentri tas-saħħa kollha huma: Problemi mas-'supplier' u l-manifattur Chlorpromazine 50MG Injections Amitriptyline Syrup White Soft Parafin Propranolol 40MG Tablets Spirinolactone 25MG Tablets Phenindione 50MG Tablets Adrenaline 1:10000 Injections (Late Del) Amoxycillin Syrup (Late Del) Ispaghula Husk Powder (Late Del) Ferrous Sulphate 200MG Tablets Calciferol 0.25MG Tablets Vitamin A & D Capsules Vitamin B & C Capsules Żieda Qawwija fil-Konsum Annwali Pyridostigmine Tabs Maqtugħa mill-Formolarju Difluocortilone Cream Ser Jibdew Jitqassmu Dapsone 100MG Tablets (Drastic Increase in AC) Hydroxycloroquine Tablets (Drastic Increase in AC) Acetazolamide Tablets Clotrimazole Vaginal Pessaries Tolnaftate Solution Clotirmazole Cream Nystatin Cream Calamine Lotion Sulphonomide Mixed Cream Crotamiton Cream Fluphenazine Injection Vitamin B Complex Tablets Levadopa 100Mg Benserazide 25MG Tertrabenazine 25MG Tablets Prochloperazine Injections Ethosoximide Syrup Oħrajn Propanthiline Bromide Tablets - Tender CD 19/2/01, PFI CD 16/1/01 Mesalazine (Asacol) - branded product PFI CD 27/2/00 Acetylsalicylic Acid Effervecent Tabs - REC on 2/3/01 Pyridoxine 50MG Tablets - to be distributed Fil-Kwarantina Metoprolol 50MG Tablets Haloperidol 0.5MG
Leg 9 PQ #24036 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus imħallas mid-dipartiment tas-saħħa għal servizzi offruti minn clinics jew sptarijiet privati għal pazjenti li jkollhom bżonn xi servizz li d-dipartiment tas-saħħa ma joffrix, is-sena l-oħra? X'kien is-servizz offrut f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-uniku servizz mogħti minn 'clinics' jew Sptarijiet privati s-sena l-oħra u li d-Dipartiment tas-Saħħa ma kienx qed joffri, kien MRI Scan bejn Jannar u April (f'April inbeda s-servizz fl-Isptar San Luqa) mill-Isptar St.James. Il-flus li tħallsu ammontaw għal LM37,215.
Leg 9 PQ #24037 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li hawn; (a) diabetiċi; (a) asmatiċi; (c) persuni li għandhom ischemia cardiaca; u (d) persuni li jbatu mill-pressjoni għolja, illum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-istatistika mitluba ma tinġabarx għax il-prevalenza hija ddeterminata minn informazzjoni miġbura mis-Surveys. F'Malta, Health Interview Surveys (HIS) fuq skala nazzjonali għadhom qatt ma saru u l-ewwel HIS hija ippjanata li ssir fit-tieni nofs ta' din is-sena. Fil-kaz tad-Dijabete, l-aħħar informazzjoni inġabret fil-1987 u turi li l-prevalenza fil-popolazzjoni ta' ħmistax il-sena u iżjed kienet ta' 7.7%.
Leg 9 PQ #24038 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Tipjiep — Imwiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni s-sena l-oħra minħabba tipjip jew mard ikkaġunat mit-tipjip

Response (DEGUARA, LOUIS)

in-numru ta' każijiet ta' mwiet irregistrati fir-Registru Nazzjonali ta' l-imwiet fis-sena 2000 u li huma meqjusa bħala li kienu ikkagunati minħabba t-tipjip huwa ta 360.8 jew 361 mewt. Di il-figura inħadmet kif murija fit-tabella ta' hawn taħt: Cause of death ICD-10 codes Total no. of deaths % advised by WHO 90% of deaths from cancer of trachea/bronchus/lung C33-C34 120 90% = 108.0 75% of deaths from chronic bronchitis/emphysema J40-J44 89 75% = 66.8 25% of deaths from ischaemic heart disease 120-125 744 25% = 186.0 Il-persentaġġi li intużaw huwa dawk kif rakkomandati mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #24039 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Twelid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi s-sena l-oħra fl-isptarijiet tal-gvern, privati u fid-djar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta` l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni fuq it-twelid ta` trabi f'Malta u Għawdex. Din l-istatistika inġabret b'mod volontarju għall-National Obstetric Information System (NOIS)-WHO-OBSQID Project. In-numru totali ta` trabi li twieldu fis-sena 2000 li kienu rreġitrati fin-NOIS s'issa kien ta` 4377. Minn dawn, 3946 twieldu fis-sptarijiet tal-Gvern waqt li 431 twieldu fi sptarijiet privati.
Leg 9 PQ #24041 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Low Sulphur Diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tiswa lill-Enemalta kull tunnellata ta' low sulphur diesel u kif din tikkompara mad-diesel ta' qabel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-"low sulphur diesel" għadu kif beda jiġi mixtri, għadu kmieni biex wieħed janalizza l-paragun bejn dan it-tip ta' diesel u dak ta' qabel. Madanakollu wieħed jista' jgħid li l-"low sulphur diesel" huwa aktar għoli mit-tip l-ieħor, b'madwar ċenteżmu kull litru.
Leg 9 PQ #24026 Sitting 508 2001-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' Hit and Run

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' hit and run is-sena l-oħra u kemm weġġgħu persuni fihom? Kemm ġew solvuti minn dawn il-każi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, ġew irrappurtati lill-Pulizija 12-il każ fejn persuni ntlaqtu minn vettura li baqgħet sejra. F`kull każ kienet weġgħet persuna waħda. Seba` minn dawn il-każi ġew solvuti.
Leg 9 PQ #24028 Sitting 508 2001-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew misjuba persuni ħatja talli tlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni, talli ħajru jew għixu minn qligħ ġej minn prostituzzjoni? X'weħħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, kien hemm 33 każ fejn 24 persuna ġew imressqa quddiem il-Qorti fuq reati konnessi ma` prostituzzjoni. Kien hemm 14-il każ fejn il-persuna ġiet liberata mill-akkuża, 7 każi fejn il-persuna nstabet ħatja u ġiet mogħtija ċanfira u twiddiba, f`4 każi ġiet mogħtija sentenza ta` ħabs sospiża, f`każ ġiet mogħtija multa u f`każ ieħor ġiet mogħtija sentenza ta` priġunerija, filwaqt li 6 każi għadhom mhux deċiżi.

Adozzjoni ta' Tfal

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew adottati tfal is-sena l-oħra? Min liema pajjiż kienu? Jista' jgħid kemm hemm familji jistennew li jagħmlu dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul is-sena l-oħra ġew iffinaliżżati mill-Qrati Maltin l-adozzjonijiet ta' ħamsa u ħamsin tifel u tifla. Minn dawn, tnejn u tletin kienu mir-Rumanija, ħmistax minn Malta, seba' mill-Pakistan, u wieħed mill-Albanija. Ninsab infurmat ukoll li hemm pendenti quddiem il-Qorti l-adozzjoni ta' tifel minn Georgia, żewġt itfal mill-Pakistan u tnejn oħra mill-Albanija u tifel mill-Kenja. Preżentement hemm b'kollox 107 applikazzjoni pendenti biex jadottaw.

Benefiċċji Soċjali — Abbużi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li nqabdu jabbużaw minn xi forma ta' għajnuna soċjali jew children allowance u li issa qed jintalbu jirrifondu xi flus? Kemm hu l-ammont mitlub lura?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 22878 f'Seduta 478. Peress li l-eżerċizzju biex jiġi stabbilit l-ammont imħallas żejjed għadu fil-bidu tiegħu, għad mhux magħruf kemm hu l-ammont li ser jiġi mitlub lura.

Single Parent Families

Question

Jista' l-viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn single parent families illum? Kemm minn dawn huma single parents għax mhux miżżewġa, separati, divorzjati jew minħabba mewt tal-ġenitur? Billi f'mistoqsija simili li jien għamilt, il-Ministru wieġeb illi d-dekasteru tiegħu ma jżommx statistika fuq din il-materja, insaqsi kif fil-passat dejjem irċevejt rispota fuq in-numru mitlub, għaldaqstant jekk għadha ma tinżammx statistika fuq din il-materja, jista' jgħid meta waqfet tinżam u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant jara sew it-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija simili tiegħu Numru 12956, f'Seduta 243, jinnota li jien kont għedt li l-informazzjoni mogħtija kienet meħuda minn pubblikazzjoni ta' l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika. Dan l-Uffiċċju ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #24033 Sitting 508 2001-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Viżti minn Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet għal viżti fid-djar minn tobba taċ-ċentri tas-saħħa dan ix-xahar? Kemm saru u kemm ma ntlaħqux saru mit-tobba ta' kull ċentru tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' talbiet għal viżti fid-djar miċ-Ċentri tas-Saħħa għax-xahar ta' Frar kien hekk: Furjana Gżira Qormi Mosta/Rabat Paola/Bormla Total Viżta Mitluba 1988 466 205 1699 2233 6591 Saru 1223 298 193 786 830 3330 Ma sarux 765 168 12 913 1403 3261 Mis-1.00pm il-quddiem mit-Tnejn sal-Ġimgħa u s-Sibt u l-Ħadd il-viżti pendenti ta' Gżira u Qormi jiġu trasferuti l-Furjana u isiru minn hemm.
Leg 9 PQ #24018 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Searches

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru air searches is-sena l-oħra u kemm huwa maħsub li qamu lil forzi armati s-sena l-oħra? Jista' jgħid kemm saru sea searches fl-istess perijodu u kemm swew?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #24020 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Proprjeta'

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb biex xi parti minn proprjeta' tal-Gvern Malti u/jew ta' l-Armata tiġi konvertita biex tospita xi suldati u/jew advisors barranin li jistgħu jkunu hawn fuq xogħol uffiċjali? Jekk iva, fejn u kemm jista' jospita persuni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda pjan biex xi proprjetà tal-Gvern jew ta’ l-Armata tiġi konvertita speċifikament sabiex tospita xi suldati u/jew “advisors” barranin li jistgħu jkunu hawn fuq xogħol uffiċjali.
Leg 9 PQ #24021 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Fringe Benefits — Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li se jdaħħal il-gvern f'income tax fuq il-fringe benefits din is-sena? Jista' jagħti breakdown ta' din il-figura li se tinġabar?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 23301.
Leg 9 PQ #24022 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Atti Immorali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra u din is-sena talli wettqu atti immorali fil-pubbliku? X'weħlu f'kull każ? Kemm kellhom eta'? Ta' liema sess kienu u ta' liema nazzjonalita' kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2000 u t-28 ta` Frar 2001, kien hemm 18-il persuna li tressqu l-Qorti talli wettqu atti immorali fil-pubbliku. Minn dawn 9 ingħataw sentenza sospiża, 4 weħlu multa, 1 ingħata probation; 1 ċanfira u twiddiba; 2 ġew liberati u każ ta` 1 li għadu pendenti quddiem il-Qorti. L-eta` ta` dawk imressqa kienet bejn is-16 u 46 sena. Minn dawn 15 kienu tas-sess maskili u 3 kienu tas-sess feminil. Kollha kienu Maltin, għajr 2 li kienu mill-Ukrajina.
Leg 9 PQ #24024 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati — Persuni Sentenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni sentenzjati għal xi perijodu ta' inkarċerazzjoni s-sena l-oħra? Kemm kienu Maltin u kemm barranin? Kemm kien in-numru ta' persuni nvoluti li kienu ġejjin minn xi pajjiżi Għarab u kemm minn xi pajjiżi Ewropej?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23091. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni Maltin kien ta` 141, filwaqt li n-numru ta` barranin kien ta` 35. Il-barranin kienu ġejjin:- 25 minn pajjiżi Għarab u l-10 l-oħra minn pajjiżi Ewropej.
Leg 9 PQ #24025 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Traffikar ta' Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew misjuba ħatja persuni fuq traffikar ta' droga s-sena l-oħra? Kemm kienu Maltin u kemm barranin? X'weħlu f'kull każ individwali u minn liema pajjiż kienu kull wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 ġew misjuba ħatja 43 persuna fuq akkużi ta` traffikar ta` droga. Minnhom, 29 kienu Maltin, filwaqt li 14 kienu barranin. Il-barranin kienu kif ġej: 10 Libjani, 2 Franċiżi u 2 Olandiżi. Is-sentenzi mogħtija kienu kif ġej:- Sentenza ta` persuni misjuba ħatja Numru ta` persuniBarranin Maltin Ħabs 2 3 Ħabs u multa 4 17 Ħabs, multa u konfiska - 1 Ħabs, multa u tkeċċija 6 - Ħabs, multa, konfiska u sentenza sospiża - 1 Multa - 6 Sentenza sospiża u multa - 1 Sentenza sospiża u tkeċċija 2 - 14 29 TOTAL 43