Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa illum u kemm suppost huma il-full-employment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' tobba (medical officers / general practitioners) li fil-preżent jaħdmu fiċ-Centru tas-Saħħa huwa 69. Fost dawn hemm ħamsa bir-reduced hours (50%) u tnejn bil-maternity leave.
Ma' dawn hemm ukoll numu ta' part-timers li jaħdmu numru ta' sigħat varji (sa sittax-il siegħa fil-ġimgħa). Iżda dawn ma jidħlux għax-xogħol regolari u dejjem kif skedati u għalhekk is-sigħat maħduma jvarjaw minn ġimgħa għal ġimgħa. Fil-preżent hemm total ta' erbatax-il part timer.
Il-"full complement" huwa ta' 95 tabib, li jiżdiedu għal 105 sabiex ikun jista' jibda' servizz ukoll miċ-Centru tas-Saħħa ta' B'Kara.
Jista' l-Ministru jgħid kemm weġgħu nies kawża ta inċidenti tat-traffiku s-sena l-oħra u din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 weġgħu 1,177 persuna f`inċidenti tat-traffiku, filwaqt illi matul is-sena 2001, sa Marzu, weġgħu 293 persuni. Dawn iċ-ċifri jinkludu inċidenti fatali.
Billi issa ġo l-Olanda saret legali illi jistaw isiru żwieġ bejn omosesswali, jista' l-Ministru jgħid jekk dan iż-żwieġ jiġix rikonoxut mid-dipartiment jekk koppja bħal din tiġi tgħix Malta? Xi tkun il-pożżizjoni tad-dipartiment darba li Malta issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropeja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, filwaqt li nirreferiħ għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23115 f'Seduta 491, intenni li l-imsemmi Dipartiment mhux l-awtorita' kompetenti Maltija li tirrikonoxxi ż-żwiġijiet. Id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ma jbiddel xejn minn din il-pożizzjoni għaliex dan hu qasam li hu mħolli f'idejn il-leġislazzjoni ta' kull pajjiż.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew investiti flus minn Maltin barra min Malta s-sena l-oħra u din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sena li għaddiet, jiġifieri fl-2000, ġew investiti Lm46.1 miljun. Din is-somma hi biss marġinalment ogħla mill-figura proviżorja li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 22748 f'seduta 475 aktar kmieni din is-sena.
Il-figura proviżorja sa' l-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena hi ta' Lm10.25 miljuni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn vapuri tal-gwerra fil-portijiet tagħha lejliet u f'jum il-Ħelsien din is-sena u min liema pajjiż kienu?
Response (BORG, JOE)
Lejliet u nhar Jum il-Ħelsien fil-port ta' Malta kien hawn żewġ vapuri Franċiżi, jiġifieri il-Montcalm u La Motte-Picquet, li kienu Malta għal żjara ta' kortesija. Kien hawn ukoll il-bastiment Amerikan La Salle, li kif jaf kulħadd, jinsab fit-Tarzna Maltija għal tiswijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-sittax il-sena ġo postijiet ta' divertiment fejn mhux suppost jidħlu, din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Marzu 2001, kien hemm 17-il persuna taħt is-16-il sena li nstabu f`postijiet ta` divertiment mill-Pulizija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru bomb threats din is-sena? Kemm minnhom irriżultaw li kienu veru u kienu hoaxes?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bejn l-1 ta’ Jannar u l-4 ta’ April 2001, kien hemm 54 theddida ta’ bomba li ġew riferuti lill-“Explosive Ordnance Disposal Section” tal-Forzi Armati. Minn dawn it-theddidiet, waħda biss irriżultat li kienet tassew bomba mprovizzata (u li fil-fatt kienet tikkonsisti f’murtal tal-festi).
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' bombi u/jew ordinanza oħra instabu u/jew ġew newtralizati mill-bomb disposal unit tal-armata is-sena l-oħra?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Matul is-sena 2000, l-‘Explosives Ordnance Disposal Section’ tal-Forzi Armati ssejħet għal 29 darba biex tinvestiga, tinnewtralizza jew tiddisponi minn bombi u materjal splussiv ieħor kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru air searches is-sena l-oħra u kemm huwa maħsub li qamu lil forzi armati s-sena l-oħra? Jista' jgħid kemm saru sea searches fl-istess perijodu u kemm swew?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema tat-tarzna li laħqu tefgħu ir-risposta tagħhom dwar jekk ridux jaħdmu fuq il-vapur La Salle? Kemm tqassmu ittri lill-ħaddiema?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant il-proċess ta’ konferma ndividwali mill-ħaddiema tat-Tarzna waqaf hekk kif il-General Workers’ Union aċċettat li x-xogħol fuq il-USS La Salle għandu jsir. Nista’ nikkonferma li r-rispons għas-sejħa tal-Gvern kien wieħed tajjeb ħafna. Peress li dan il-proċess ma tkompliex, jidhirli li mhux utli li nagħti l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jerġa isir xogħol umanitarju fil-balkani mill-Forzi Armati ta' Malta? Kemm se jipparteċipaw suldati Maltin fil-ħidma li jmiss? Kemm sewa lill-pajjiżna ix-xogħol li diġa sar u kemm ipparteċipaw suldati f'kull okkazjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li bħalissa ma hemm l-ebda pjan biex il-Forzi Armati jerġgħu jmorru fil-Balkani fuq xi missjoni simili bħal tas-sena l-oħra. Matul l-2000, il-Forzi Armati wettqu tliet missjonijiet fil-Kosovo li f’kull waħda ħadu sehem 23 membru. B’kollox intefqu Lm40,127.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li tiswa l-art li il-Gvern ta' lill-komunita Musulmana biex fuqa jinbena ċemeterju? Jista' jgħid jekk din ingħatax b'xejn jew ġietx mibjuha u jekk l-oqbra humiex se jkunu propjeta tal-komunita' li tmexxi iċ-ċimiterju jew humiex se jkunu jistgħu jiġu mixtrija min musulmani li jgħixu Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma saret l-ebda stima ta` l-art li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant peress li din ma ġietx mibjugħa. Il-Gvern ta permess, taħt it-titlu ta` "encroachment" lill-komunita` Musulmana biex tagħmel użu mill-art bħala ċimiterju. Dan it-titolu hu għalhekk wieħed kompletament "prekarju".
Il-permess hu soġġett għall-miżata ta` Lm50 fis-sena. Għalkemm l-oqbra ser jitħaffru mill-istess komunita` u ser ikunu amministrati minnhom, dawn ma jistgħux jiġu mibjugħa, u l-art b`kull ma jista` jsir fiha, tibqa` il-proprjeta` esklussiva tal-Gvern Malti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-armata illi illum qed jgħamlu xogħol li normalment isir min ranks ogħla minn dak li għandhom? X'ranks għandhom dawn il-persuni? Xi grad għandhom dawk li jagħmlu normalment dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk qed jikkonsidrax li jeleva lil dawn il-membri għar-rank ta' l-oħrajn?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-proċess ta' evalwazzjoni għall-"promotions" fl-Armata diġa nbeda u għandu jiġi konkluż fi żmien qasir. Il-każijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant qed ikunu ndirizzati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li ntilef fuel minn ġol-postijiet tal-ħażna li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' l-Enemalta kull sena għal dawn l-aħħar tliet snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm ġew Malta fl-1999, 2000 u 2001 u minn liema pajjiżi kienu? Jista' jgħid x'tip ta' vapuri kienu fl-aħħar sentejn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari Nru. 12799, 21217, 21538 u 21998, jien infurmat li bejn l-1992 u l-1995 daħlu Malta 122 bastiment tal-gwerra:
1992 - 17
1993 - 31
1994 - 28
1995 - 46
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ċertifikati mediċi biex; (a) xhieda; (b) akkużati; (c) persuni msejħa biex iservu ta' ġurati ma jidhrux quddiem il-qorti fil-ġurnata ordnata minħabba mard, is-sena l-oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Statistika ta` kemm jigu prezentati certifikati medici ma tinzammx ghax kull certifikat jigi anness ma` kull kawza in kwistjoni. L-informazzjoni mitluba tiehu tul konsiderevoli ta` zmien f`ricerka li trid issir manwalment fuq kull process kemm fil-Qrati Kriminali Superjuri u anke fil-Qrati tal-Magistrati, Gudikatura Kriminali, li m`huwiex umanament possibbli li ssir. Barra minn hekk fil-Qrati tal-Magistrati gieli tkun il-Prosekuzzjoni stess li titlob differiment tal-kawza minhabba mard kemm ta` l-akkuzat u anke ta` xi xhieda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imtella' persuni l-qorti talli ma bagħtux it-tfal l-iskola mingħajr raġuni valida s-sena l-oħra? Kif jikkompara mat-tliet snin ta' qabel?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.