Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25055 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib Skumat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern humiex se jibqa joffri ħalib skumat għall-bejgħ bi prezz issussidjat? Jekk iva, minn fejn se jsir? Jekk le, għaliex twaqqaf dan is-servizz u kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu min dan is-servizz s-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru qatt ma offra ħalib skumat bi prezz issussidjat. Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kien ibiegħ trab tal-ħalib xkumat u qatt ma kien bi prezz issussidjat. Dan it-trab mhux ser jibqa' jinbiegħ aktar. Dan għaliex kif diġa għidna fi stqarrija, dan it-tip ta' ħalib jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-merċa u mis-supermarkets, minn fejn hu aktar iġeniku għax ippakkjat u għandu tikketta kif titlob il-liġi. Barra minnhekk id-ditta Malta Dairy Products qed tistudja kif tista' tbiegħ dan it-tip ta' trab tal-ħalib hi stess. Ma nistax ngħid kemm kien in-numru ta' persuni li xtraw trab tal-ħalib is-sena l-oħra għax dan it-tip ta' rekord ma jinżammx.
Leg 9 PQ #25177 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma li tħallsu b'ċekkijiet, li ma setgħux jissarfu minħabba nuqqas ta' fondi neċessarji fil-kontijiet kurrenti in kwistjoni s-sena l-oħra. Kemm kien l-ammont involut?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta' kontijiet tad-dawl u ilma li bejn Jannar u Diċembru 2000 tħallsu b'ċekk kien ta' 236,797. Dawn iċ-ċekkijiet kienu jammonatw għal Lm52,537,275. Minn dawn iċ-ċekkijiet, 1,307 ma setgħux jissarfu minħabba nuqqas ta' fondi. Il-valur ta' dawn iċ-ċekkijiet kien ta' Lm656,057.

Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karrozzi kull sena f'dawn l-aħħar 5 snin, u kemm hawn muturi b'żewġ roti liċenzjati fuq it-toroq illum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' vetturi reġistrati f'dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej: Sena Vetturi 1996 13,534 1997 11,975 1998 12,121 1999 14,269 2000 13,044 Hawn 12,269 mutur illiċenżjat fuq it-toroq illum.
Leg 9 PQ #25180 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċaturi u Nassaba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'weħlu kull wieħed dawn il-kaċċaturi u nassaba imtellgħin il-qorti is-sena l-oħra u din is-sena? X'kien ir-reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2000, u l-31 ta` Marzu 2001, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti, 359 persuna bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riżervi Naturali) u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66). Minn dawn il-persuni, 261 instabu ħatja u weħlu pieni li jvarjaw bejn multi, sentenzi ta` ħabs sospiżi, sospensjoni tal-liċenzja u konfiska. Kien hemm 88 persuna li ġew liberati, filwaqt li 10 persuni għad għandhom il-każ tagħhom pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #25181 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni Mmultati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni immultati talli għal kżur ta' regolamenti tat-traffiku (towing & clamping) u kemm kellhom iħallsu multa, is-sena l-oħra u din is-sena? Fejn saru ir-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, kien hemm 2,530 vettura rmunkata u 300 vettura ikklampjata, filwaqt li d-drittijiet miġbura kienu jammontaw għal Lm122,190. Infurmat ukoll illi matul l-ewwel tlett xhur ta` din is-sena ġew irmunkati 483 vettura u kklampjati 126 vettura, filwaqt li d-drittijiet miġbura kienu ta` Lm25,425.
Leg 9 PQ #25049 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Enviroment Friendly

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk muturi ta' żewġ roti u li jaħdmu bil-batteriji għandhomx l-istess dazju ta' muturi li jaħdmu bil-fuel normali? Jekk iva, jikkonsidrax l-Ministru illi inaqqas dan id-dazju billi dawn il-muturi huma enviroment friendly?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li muturi ta' żewġ roti li jaħdmu bil-batterija għandhom l-istess dazju ta' muturi li jaħdmu bil-fuel normali, jiġifieri rata ta' 12% jekk ma jkunux joriġinaw fl-U.E. Mhux qed ikun ikkunsidrat li titnaqqas din ir-rata ta' dazju; iżda tajjeb li wieħed jgħid li r-'Registration Tax' tnaqqset sew.
Leg 9 PQ #25050 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bullying

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom rapporti ta' bullying fi skejjel tal-gvern is-sena l-oħra u f'liema skejjel allegatament saru dawn ir-rapporti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma nkunux nafu n-numru tal-każi ta' "bullying" li ġew ttrattati mill-Guidance Teachers, għaliex il-policy u prattika stabbilita hi li kemm il-bully u kemm il-vittma jiġu megħjuna u tinżamm il-konfidenzjalita` u ma jkun jaf ħadd bihom. Is-sena l-oħra saru programmi ta' prevenzjoni għat-tfal, għall-ġenituri u għall-għalliema, kemm fl-iskejjel statali u f'xi skejjel tal-Knisja u privati. F'xi każi wkoll ġew megħjuna tfal u studenti li marru l-Guidance Unit u talbu għajnuna. Ma naħsibx li għandhom jissemmew l-iskejjel.
Leg 9 PQ #25051 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed ikun hemm pulizija aktar mis-soltu stazzjonati Pacevilli meta jkun hawn vapur tal-gwerra amerikan fil-port? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-pulizija hiex tirċievi xi ħlasijiet konnessi ma dan ix-xogħol mill-awtoritaijiet tat-Turismu u jekk iva, kemm tħalsu s-sena l-oħra u din is-sena ta' dan ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi meta jkun hawn fil-port xi bastiment tal-gwerra Amerikan jew ta` xi pajjiż ieħor, jekk dan ikun fost il-ġimgħa, ikun hemm żieda żgħira ta` pulizija stazzjonati f`Paċeville. Filwaqt li fil-weekends, in-numru ta` pulizija ikun l-istess bħal ma jkun matul is-sena kollha. Infurmat ukoll illi l-Pulizija mhix qed tirċievi ħlas mill-Awtorita` tat-Turiżmu in konnessjoni ma` xogħol relatat ma` dawn il-bastimenti.
Leg 9 PQ #25052 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati — Baħrin Navali Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti ta' reati allegatament konnessi ġo pajjiżna minn baħrin navali barranin is-sena l-oħra u din is-sena? Jekk iva, minn liema pajjiż kienu? X'kien l-allegat reat u kemm tressqu baħrin il-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant ġew eluf ta` baħrin f`105 żjara minn bastimenti navali militari ta` pajjiżi differenti. Il-Pulizija kellha biss żewġ rapporti dwar reati allegatament kommessi minn baħrin ta` forza navali barranija. Wieħed kien is-sena l-oħra, fejn żgħażugħ kien weġġa` ħafif wara li ntlaqat minn flixkun li allegatament twaddab minn qalb grupp ta` baħrin Amerikani. Il-persuna responsabbli ma kienx ġie rintraċċat. L-inċident l-ieħor kien din is-sena, fejn tfajla Irlandiża kienet weġgħet ħafif wara li kienet imbuttata minn baħri Amerikan u weġgħet ma` l-art. Dan kien ġie identifikat u arrestat, pero` t-tfajla nvoluta kienet irrinunzjat għal proċeduri kriminali.
Leg 9 PQ #25053 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Estradizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet ta' estradizzjoni f'dawn l-aħħar 5 snin? Kemm ġew milqugħa? Minn liema pajjiż saru u ta' liema nazzjonalita' kienet il-persuna fuq min saret it-talba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #25054 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ħabsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni għandu dwar in-numru ta' Maltin miżmuma ġo ħabsijiet barra min Malta? Fejn qed jinżammu?

Response (BORG, JOE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Numru 24703 li inagħtat fis-seduta numru 529 tal-4 t'April 2001.
Leg 9 PQ #25041 Sitting 532 2001-04-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Animali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati animali mill-Ingilterra is-sena l-oħra u x'tip ta' animali kienu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi mill-Gran Brittanja ġew impurtati għasafar, ħamiem, żwiemel, ponijiet u fniek.
Leg 9 PQ #25042 Sitting 532 2001-04-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

ALE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qabdu animali protetti il-membri ta' l-ALE s-sena l-oħra? X'tip ta' animali kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra t-Taqsima ta` l-A.L.E. tal-Pulizija qabdet 81 tajra protetta. Dawn kienu kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25043 Sitting 532 2001-04-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' inċidenti fejn kuntratturi għamlu ħsarat fuq cables tad-dawl is-sena l-oħra u din is-sena? X'kien l-effett tal-ħsara, kemm swiet biex tissewwa, kemm kien in-numru ta' kuntratturi imtella l-Qorti minħabba negliġenza?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul is-sena 2000 kien hemm sebgħa u għoxrin inċident fejn saru ħsarat fuq cables tad-dawl waqt li kien qed isir xogħol mill-kuntratturi, waqt li din is-sena, sa l-aħħar ta' Marzu, in-numru ta' inċidenti kien ta' sebgħa. Tajjeb jingħad li minn dawn l-inċidenti, jirriżulta li f'erba' okkażjonijiet biss il-kuntrattur kien imqabbad jagħmel ix-xogħol direttament mill-Korporazjoni Enemalta. Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija, l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #25046 Sitting 532 2001-04-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċanga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqattet ċanga ta' Malta kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-qatla taċ-ċanga f'dawn l-aħħar 5 snin kienet skond it-tabella hawn taħt: 1996 5,971 ras 1997 5,937 ras 1998 5,623 ras 1999 5,710 ras 2000 5,655 ras Għall-ewwel tlett xhur tas-sena 2001, il-qatla kienet ta' 906 ras.
Leg 9 PQ #25047 Sitting 532 2001-04-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ilsien u Dwiefer

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux veru li studenti mill-iskola ta' l-agrikoltura se jmorru iżuru xi postijiet ġo Franza konnessi ma' l-agrikoltura? Minħabba il-marda tal-ilsien u dwiefer, x'passi se jieħu d-dipartiment biex dawn l-istudenti ma jġibux l-virus lura magħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-kap tal-Iskola ġie mwissi biex l-istudenti ma jżurux postijiet fejn hemm bhejjem u sabiex iż-żraben li jilbsu meta jżuru xi farms li mhux tal-bhejjem ma jinġibux lura Malta. Qabel jiġu Malta l-istudenti ser iqattgħu xi jiem f'Pariġi u mhux se jżuru postijiet agrikoli.
Leg 9 PQ #25048 Sitting 532 2001-04-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta' (a) angioplast (b) coronary artery bypass (c) angiograms is-sena l-oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li operazzjonijiet is-sena l-oħra saru: Angioplasty - 418 Angiograms - 1742 CABG - 304

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sal-lum weġgħu gwardjani lokali waqt li kienu fuq xogħolhom għax xi ħadd ħabb għalihom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sa` llum kien hemm hdax (11)-il incident fuq disa` (9) Gwardjani Lokali waqt li dawn kienu fuq ix-xoghol. F'kull kaz sar raport lill-Pulizija.
Leg 9 PQ #25036 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm itellgħu jew se jittellgħu persuni il-Qorti talli ħallew jew insulentaw gwardjani lokali waqt li dawn kienu fuq xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, kien hemm 37 persuna li kontrihom ittieħdu proċeduri kriminali dwar ir-reati msemmija mill-Onorevoli Interpellant.