Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25204 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li kienu barra fuq sentenza ta' ħabs sospiża u li reġgħaw ittelgħu l-qorti s-sena l-oħra għall-reat ieħor?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 65 persuna li kienu ingħataw sentenza ta` ħabs sospiża.
Leg 9 PQ #25205 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

R.D.L.

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx transferiti xi ħaddiema mill-R.D.L. għad-dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex jaħdmu bħala watchmen din is-sena? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema involvuh?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Membru jispjega għal liema dipartiment qed jirreferi bħala R.D.L.
Leg 9 PQ #25194 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb tal-Gvern li s-servizz ta' trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex jibqa' monopolju ta' kumpanija waħda? Jistgħax jgħarraf lill-Kamra jekk il-Gvern hux qed jħallas biex jissussidja f'xi forma jew oħra dan is-servizz? Jekk fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa pubblika f'dan ir-rigward fl-aħħar tlitt snin? Kemm hu d-dejn akkumulat li l-kumpanija Gozo Channel għandha mal-Gvern Malti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li minħabba restrizzjonijiet ta' "berthing" kemm fl-Imġarr kif ukoll fiċ-Ċirkewwa, ma jkunx faċli li aktar minn kumpanija waħda topera s-servizz ta' bejn Malta u Għawdex. Barra minn hekk, min jopera dan is-servizz ikun irid iġorr il-piż ta' l-obbligazzjoni soċjali minħabba d-"double insularity" ta' dawk li jgħixu f'Għawdex, kif ukoll għall-ekonomija taż-żewġ gżejjer, partikularment dik ta' Għawdex. Il-Gvern "pers se" mhu qed iħallas l-ebda ammont ta' flus biex jissussidja f'xi forma jew oħra dan is-servizz, L-uniku sussidju mħallas mill-Gvern għas-servizz huwa mħallas dirett mid-dipartiment ikkonċernat għal dawk li jużaw is-servizz biex iġorru prodotti agrikoli jew industrijali. Fil-fatt hija l-Kumpanija Gozo Channel li qed tissussidja l-fares ta' l-Għawdxin residenti Għawdex u ta' l-anzjani, kif ukoll "free travel" għall-persuni b'diżabilita'. Dawn ta' l-aħħar kollha għandhom pass speċjali li jinħareġ mill-Kummissjoni għal Persuni b'Diżabilita'. Tajjeb jingħad li tul dawn l-aħħar ħames snin finanzjarji tal-Kumpanija, is-sussidji mogħtija mill-Gozo Channel kien jammonta għal Lm4,453,769. Din iċ-ċifra ma tinkludix il-free travel li minnha jibbenefikaw il-persuni b'diżabilita', kif ukoll dawk il-persuni li għandhom il-"Free Travel Pass". Sa llum ma hemm l-ebda ammonti akkumulati u li huma dovuti mill-Kumpanija lill-Gvern. Fl-aħħarnett mhux ta' min jinsa l-investiment li sar fuq iż-żewġ vapuri ġodda tal-Gozo Channel.
Leg 9 PQ #25195 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew tal-Arti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat tal-inkjesti li saru wara l-għabien ta' pittura u oġġetti oħra mill-Mużew tal-Arti fil-Belt?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-proċess ta' l-istħarriġ għadu miftuħ.
Leg 9 PQ #25196 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Patrols

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd u liema huma l-għases tal-Pulizija li m'hux qed jinżammu miftuħa l-ġurnata kollha? Isiru patrols tal-pulizija regolarment fl-inħawi fejn l-għases jinżammu magħluqa? Jistax jgħarraf lill-Kamra kemm għases tal-Pulizija bdew jinfetħu l-ġurnata kollha (meta qabel ma kienux jagħtu servizz sħiħ) ma tul l-aħħar sentejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi patrols isiru kemm mill-Pulizija tad-Distrett kif ukoll minn dawk tal-Mobile Squad.
Leg 9 PQ #25197 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' nisa impjegati fis-servizz tal-Gvern fil-gradi rispettivi li jeżistu? Kemm minnhom qegħdin fl-iskala minn I sa 4? Kemmminn dawn ħadu promozzjoni għal dawn l-iskali (jiġifieri b'salarju minn Lm 7,534 il-fuq) minn Ottubru 1998 'l hawn?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infrumat illi n-numru ta’ nisa impjegati fis-servizz pubbliku hu ta’ 8884. Minnhom, 17 qegħdin fi skala minn 1 sa 4. Għaxar impjegati minn dawn ħadu promozzjoni minn Ottubru 1998 ’l hawn. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #25198 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Investiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur tal-investiment li għamel il-Gvern Malti permezz tal-MDC, l-kumpannija MGI u l-MIMCOL? Kemm minn dan l-investiment sar fl-aħħar sentejn?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #25199 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies fl-aħħar għaxar snin akkużati b'importazzjoni, traffikar u assoċjazzjoni relatati mad-drogi? X'tip ta' droga nqabdet u xi kwantita? Kemm ġew ikkundannati u għal liema tul f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija dwar persuni li tressqu l-Qorti fuq akkużi relatati mad-droga, għall-perijodu mill-1991 sas-sena 2000, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22825, filwaqt li matul is-sena 2001, sat-30 ta` April, ninsab infurmat illi tressqu l-Qorti 43 persuna fuq l-akkużi msemmija. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija li tirrigwardja l-kwantita` u t-tip ta` droga li nqabdet, għall-perijodu mill-1991 sas-sena 2000, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 69, 7979, 12766 u 23034. Fis-sena 2001, sat-30 ta` April, ninsab infurmat illi d-droga maqbuda kienet kif ġej:- Cannabis Grass 26 grms Cocaine 2 kg 682.5 grms Estacy 1.060 tablets Heroin 187.9 grms Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi mis-717-il persuna li tressqu l-Qorti bejn l-1991 u s-sena 2001, sat-30 ta` April, 319 ġew misjuba ħatja, 107 ġew liberati, filwaqt illi l-każijiet ta` 291 għadhom sub-judice.
Leg 9 PQ #25188 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għal Għawdex

Vejikoli u Persuni — Bejn Għawdex u Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ivvjaġġaw vejikoli u persuni bejn Għawdex u Malta u viċe-versa bejn it-12 ta' April u il-15 ta' April ta' din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li 9247 vettura u 41,893 passiġġier qasmu bejn Malta u Għawdex pemezz tal-vapuri tal-Kumpanija Gozo Channel bejn it-12 u l-15 ta’ April 2001.

Multi Eċċessivi

Question

Fid-dawl illi persuni li nstabu ħatja illi daħlu fi propjeta privata, sawtu persuna u għamlu ħsara u anke serqu, weħħlu multa ta' xi Lm 25 kull wieħed u twiddiba biex ma jerġgħux, ma jidirlux il-Ministru illi multa għal ipparkjar ħażin u li jwasslu għall-towing iġġiefieri LM 45 huma xi ftit eċċessivi u għandhom jittnaqqsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-pieni ghal reati varji huma stipulati fil-ligijiet rispettivi. Huwa fil-gudizzju tal-gudikant li jistabilixxi il-piena misthoqqa. Il-Ministru tal-Gustizzja la ghandu dritt u lanqas jista` jindahal f`dan il-mertu.

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra, jekk kienx hemm żieda fil-kawżi mismugħa u konklużi (a) fil-Qrati Superjuri u (b) fil-Qrati inferjuri fl-aħħar sitt xhur? Kemm hu l-għadd tal-kawżi pendenti illum paragunat ma' sitt xhur ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher hawn taht: QRATI SUPERJURI BEJN 1/10/00- 23/04/01 PENDENTI ILLUM KONKLUZI PENDENTI Prim`Awla tal-Qorti Civili 1109 10662 8766 + 174 mhux appt. Prim`Awla tal-Qorti Civili (Sede Kostituzzjonali) 16 127 100 Qorti ta` l-Appell 299 998 765+ 362 mhux appt. Qorti Kostituzzjonali 12 70 56 QRATI INFERJURI BEJN 1/10/00- 23/04/01 PENDENTI ILLUM KONKLUZI PENDENTI Magistrati 956 3260 2275+ 3 mhux appt. Tribunal tat-Talbiet Zghar 839 1640 345
Leg 9 PQ #25191 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Technopark

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' intrapriżi (a) barranin u (b) Maltin li bdew joperaw fit-Technopark tal-Mosta minn Ottubru 1999 sal-lum? Kemm iħaddmu nies illum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minn Ottubru 1999 sa llum, kien hemm tlitt intrapriżi barranin u oħra Maltija li bdew joperaw fit-Technopark tal-Mosta. Bejniethom dawn jimpjegaw 101 ħaddiem "full time" u 9 fuq bażi "part-time".
Leg 9 PQ #25192 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Investiment mil-Ġappun

Question

Jistgħax l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk ġiex imħajjar lejn Malta investiment mil-Ġappun minn meta kien żar dak il-pajjiż xi żmien ilu?

Response (BONNICI, JOSEF)

F'Ottubru tas-sena li għaddiet, jiena żort il-Ġappun fejn ħadt sehem f'żewġ seminars organizzati mill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp. L-għan ta' dawn l-attivitajiet ma kienx li jwasslu għal riżultati immedjati, iżda ninsab infurmat li bħalissa qed jiġu finalizzati l-kuntatti ma' kumpanija Ġappuniża sabiex din tiftaħ bażi operattiva f'Malta minn fejn tkun tista' tilħaq is-swieq fl-Afrika ta' Fuq. Jekk dan iseħħ, inkunu għamilna "break-through" mill-aktar importanti fl-istrateġija biex nattiraw lejn pajjiżna investiment mill-Ġappun.
Leg 9 PQ #25193 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għandu ppjanat il-Gvern biex jiġi żviluppat kif jixraq crafts village f'Ta' Qali? Kemm ilu jiġi kkunsidrat proġett fuq dawn il-linji? Għaliex għadha ma tteħditx inizjattiva biex jibda x-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-pjanijiet tal-Gvern għal Ta' Qali, li jinkludi wkoll il-Crafts Village, diġa' huma magħrufa u jinsabu fid-dokument "Ta' Qali Action Plan" ippubblikat fi Frar 2000 mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u fid-dokument "Ta' Qali Crafts Village Development Brief - Public Consultation Draft" pubblikat fi Frar ta' din is-sena. Il-perjodu ta' konsultazzjoni wasal fit-tmiem. Meta jintemmu l-konsultazzjonijiet ikun imiss il-pass tal-ħruġ tas-sejħa għall-offerti għall-iżvilupp inniffsu.
Leg 9 PQ #25182 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti is-sena l-oħra u din is-sena talli : (1) serqu (2) sawtu persuni oħra (3) daħħlu f'propjeta privata u x'weħħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2000 u d-19 ta` April 2001, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti fuq l-akkużi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant, dawn il-persuni kif ġej:- Serq 455 Swat 161 Dħul fi proprjeta` privata 142 Dwar dawn il-każi, 254 persuna nstabu ħatja, 21 persuna ġew liberati, 2 persuni mietu qabel il-każ tagħhom kien deċiż, filwaqt li fil-każ ta` 2 persuni, l-parti leża irtirat il-każ. Il-kumplament tal-każijiet għadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #25183 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid is-sena l-oħra u din is-sena kemm nies weħlu multi li jeċċedu Lm 25 u x'kien ir-reat u l-ammont f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #25184 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni mill-pulizija in konnessjoni ta' reati konnessi mad-droga lejlet il-Ġimgħa l-Kbira sa Ħadd il-Għid ta' din is-sena? X'kienet il-kwantita' ta' droga maqbuda?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija żammet 12-il persuna fuq suspett ta` abbuż mid-droga, filwaqt li d-droga maqbuda kienet kif ġej:- Heroin 4 grms Cannabis plant 9 plants Cocaine 16 grms Cannabis seed 3 seeds Ecstasy 65 tablets Cannabis grass 0.5 grms
Leg 9 PQ #25185 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rave Parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi għar-rave parties din is-sena u meta saru?

Response (BORG, TONIO)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li ma jeżistux permessi għal parties hekk imsejħa rave, iżda għal parties li ma jsirux f`postijiet liċenzjati ta` divertiment.
Leg 9 PQ #25186 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Disgrazzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni kull sena f'dawn l-aħħar 10 snin wara li waqgħu il-baħar bil-vejikoli li kienu fihom? Fejn saru dawn l-inċidenti u x'passi ħadu l-awtoritajiet fejn ġraw dawn id-disgrazzji?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa disponibbli taħt forma kompjuterizzata mill-1 ta` April 1997. Minn din il-ġurnata sal-lum, infurmat li kien hemm dawn l-inċidenti: 19.10.1997 Bajja tal-Balluta, San Ġiljan persuna 25.12.1997 Xatt ta` Xbiex persuna 07.12.2000 Triq l-Assedju l-Kbir, Valletta 2 persuni 31.03.2001 Xatt ir-Risq, Bormla 2 persuni F`kull każ il-Pulizija kienet infurmat lill-Maġistrat ta` l-Għassa.
Leg 9 PQ #25187 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħolijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tax-xogħolijiet xtarax l-apparat meħtieġ u li kien nieqes wara d-disgrazzja li ġrat iċ-Ċirkewwa? X'inxtara u kemm jiswa l-apparat li inxtara u dak li hemm bżonn jinxtara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-ħaddiema fi ħdan id-Dipartiment tad-Drenaġġ huma mgħammra b'apparat ta' 'Health and Safety' li huwa ta' l-aktar teknoloġija moderna u sofistikata. Dan sar wara programm intensiv mill-Gvern fejn ntbagħtu uffiċjali għolja fi ħdan id-Dipartiment f'diversi pajjizi biex wieħed jara x'qiegħed jintuza barra, kif qiegħed jintuza u biex imbagħad setgħu saru l-ordnijiet neċċessarji. L-apparat li nxtara huwa kuf jidher hawn taħt: Apparat: Prezz: ---------------------------------------------------------------------------------------------------- Breasthing Apparatus Lm50,698.52 Ancillary Equipment (harnessses & lifting equipment) 18,984.00 Gas Monitoring & Ventilation Equipment 95,615.98 Training (local & Overseas) 22,000.00 Other Equipment (hard hats, safety shoes, gloves, biolersuits, ect.) 16,933.00 --------------------------------------------------------------------------------------------------- Total: Lm204,231.50 =======================================================