Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25220 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

NATO

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra fil-portijiet tagħna din is-sena u mil-liema pajjiż kienu? Jista' l-Ministru jgħid jekk daħlux vapuri militari li kienu taħt il-kontroll dirett tan-NATO fl-istess żmien?

Response (BORG, JOE)

Mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' April ta' din is-sena, kien hemm 28 żjara minn vapuri tal-gwerra fil-portijiet tagħna. In-Nazzjonalita ta' dawn il-vapuri kienet Amerikana, Kanadiża, Belġjana, Olandiża, Ġermaniża, Franċiża, Pollakka, Ingliża u Marokkina. Min dawn it-28 vapur, 5 kienu taħt il-kontroll tan-NATO, għalkemm ta' nazzjonalita ta' pajjiżi Ewropej.
Leg 9 PQ #25221 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Armata kellhiex il-ħsieb li tibgħat convoy ieħor umanitarju fil-Kosovo din is-sena u għaliex dan il-pjan tħassar jew twaqqfet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħalissa, ma jeżisti l-ebda pjan biex jitwettaq xi “convoy” umanitarju fil-Kosovo matul din is-sena.
Leg 9 PQ #25222 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Anti-Aircraft Guns

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet is-sena ta' manifattura tal-anti-aircraft guns li għandha l-Armata illum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jidhirliex li huwa fl-interess pubbliku li tingħata l-informazzjoni mitluba
Leg 9 PQ #25223 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uniformijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw uniformijiet is-sena l-oħra mill-armata, liema sizes inxtraw, x'kemm hemm in stock illum u ta' liema size huma?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma nifhimx xi ħtieġa hemm li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #25212 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Karozzi Mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karrozzi tal-kiri mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Dipartiment/Sezzjoni No. of Hired Cars Hire Cost in 2000 Taqsima tax-Xogħlijiet 56 Lm80,239.00 Dipt. għall-Ħarsien ta' l-Ambjent 16 Lm30,506.60 Rigward in-nefqa għal fuel ta' dawn il-karozzi, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23801 (seduta 503).
Leg 9 PQ #25213 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Karozzi Mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karrozzi tal-kiri mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħi, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel tagħhom, huwa kif ġej: Ministeru tas-Saħħa u d-Diviżjoni tas-Saħħa No. of cars Vettura fejn mikrija 1 St. Luke's Hospital 1* Directorate Nursing Services 1 Motor Transport Section 2 Ministry 1 Government Pharmaceutical Services 1* Transport Section MCH 1 Environmental Health Branch Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi No. of cars Vettura fejn mikrija 7* Foundation for Medical Services * Hired for part of the year only. L-ispiża għal kiri kienet ta' Lm 14800.30ċ L-ispiża għal fuel kienet ta' Lm 3829.05ċ.
Leg 9 PQ #25214 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni u kemm iddaħħlu persuni l-isptar minħabba overdose ta' droga f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każi ta` mwiet minħabba overdose ta` droga investigati mill-Pulizija bejn l-1 ta` Jannar 1996 u t-30 ta` April 2001 kienu kif ġej:- 1996 1997 1998 1999 2000 2001 3 5 6 4 5 5 Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #25215 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Suiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena, minħabba suiċidji?

Response (BORG, TONIO)

Apparti ċ-ċifra li kont tajt bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19801, ninsab infurmat illi kien hemm 8 każijiet ta` suwiċidju oħra sal-31 ta` Marzu 2001.
Leg 9 PQ #25216 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Suiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar kull sena f'dawn l-aħħar 5 snin minħabba attentat ta' suiċidju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li fl-aħħar ħames snin in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-Isptar San Luqa minħabba attentat ta' suwiċidju (ICD-9 code: E950-E959, ICD-10 code: X60-X84) huwa kif ġej: Sena Numru ta' persuni 1996 2 1997 6 1998 5 1999 3 2000 4
Leg 9 PQ #25217 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Overdosages

Question

Jista' jgħid kemm daħlu persuni l-isptar kull sena għal dawn l-aħħar 5 snin minħabba overdosages? Kemm mietu? Kemm kellhom eta' u ta' liema sess kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li fl-aħħar ħames snin in-numru ta` każi ta` "overdose" li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa huma kif jidhru fil-paġni li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25206 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Serqiet ta' Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru serqiet ta' karrozzi u minn karozzi f'dawn l-aħħar 5 snin? Kemm minnhom ġew solvuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-taghrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25207 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ajruplani Privati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba siefer hu jew xi uffiċċjal li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu u għamel użu min ajruplan privat matul din il-leġislatura? Kemm swiet kull kirja ta' ajruplan u x'kien l-iskop taż-żjara u għall-liema pajjiż kienet? Għaliex inħass il-bżonn ta' l-użu ta' ajruplan privat meta setgħet intużat linja ta' l-ajru kummerċjali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Matul din il-leġislatura ntuża ajruplan privat tmien darbiet fuq żjarat uffiċjali kif ġej: Kemm swiet (LM) Skop taż-żjara Pajjiż 3,250 fuq xoghol Grecja 4,800 fuq xoghol Turkija 3,690 fuq xoghol Libja 4,950 fuq xoghol Slovakja 7,022 fuq xoghol Polonja 4,560 fuq xoghol Franza 6,400 fuq xoghol Germanja 6,470 fuq xoghol Franza L-għażla ta’ dawn it-titjiriet kienet dejjem dovuta għall-eżiġenzi ta’ żmien flimkien ma konsiderazzjoniet finanzjarji.

Detox

Question

Jista' l-Ministru jgħid id-Detox kemm żamm pazjenti din is-sena? Kemm kienu ġodda u x'etajiet kellhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-istatistika miġbura nsibu li bejn Jannar u Marzu 2001, 698 persuna bi problema ta' droga attendew iċ-Ċentru tad-Detox. Minn dawn, 33 kienu ġodda. L-etajiet ta' dawk kollha li attendew kien kif ġej: Eta' Irġiel Nisa 14-19 29 14 20-24 172 37 25-29 201 26 30-34 96 10 35-39 48 13 40-44 25 2 45-49 17 1 50+ 7 0 Total 595 103 Eta' ta' dawk li kienu klijenti ġodda fl-istess perijodu kien kif ġej: Eta' Irġiel Nisa 14-19 8 2 20-24 11 4 25-29 1 2 30-34 1 0 35-39 3 1 40-44 0 0 45-49 0 0 50+ 0 0 Total 24 11
Leg 9 PQ #25210 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Karozzi Mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-kiri mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom ?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25211 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Karozzi Mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-kiri mikrija fid-dekasteru tiegħu fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħi, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom.

Inkjesti Maġisterjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inkjesti maġisterjali dwar il-mewt tal-persuna li qed insemmi separatament tlestewx u jekk iva, jista' l-Ministru jara illi l-qraba jingħataw kopja jew titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

L-inkjesta Magisterjali dwar il-mewt tal-persuna li ghaliha qed tirreferixxi din il-mistoqsija giet maghluqa u mibghuta lill-Ufficcju ta` l-Avukat Generali fl-1 ta` Lulju 1992. Il-process Verbal rega' ntbghat lura lill-Mangistrat Inkwerenti mill-Avukat Generali u fil-15 ta1 Mejju, 1995 l-istess process verbal rega' ntbghat lill-Avukat Generali b`rapport addizzjonali. Kopja tal-Process Verbal tista` tintalab mill-Ufficcju ta` l-Avukat Generali.
Leg 9 PQ #25201 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjoni Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' barranin li ivvotaw f'kull elezzjoni lokali minn mindu dawn bdew isiru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li mhux possibli li jingħata t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Membru dwar kemm persuni barranin ivvutaw f’kull elezzjoni li saret għall-Kunsilli Lokali minħabba li kull dokumentazzjoni stampata jew miktuba li jkollhom l-assistenti kummissjonarji elettorali fl-elezzjonijiet tiġi ssiġillata u tkun tista’ tinfetaħ biss b’ordni tal-Qorti skond ir-Regolamenti 46(1) u 116 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att XV ta’ l-1993 dwar Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #25202 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Sentenza ta' Ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li weħlu sentenza ta' ħabs sospiża is-sena l-oħra u x'kien ir-reat li wettqu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 445 persuna li ġew mogħtija sentenza sospiża wara li ġew dikjarati ħatja ta` reati kriminali.
Leg 9 PQ #25203 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pledge

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barra fuq pledge illum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond ir-records miżmuma mill-Pulizija, hemm 830 persuna li ġew mogħtija l-liberta` provisorja mill-Qorti.