Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni gainfully occupied kull xahar is-sena l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għan-News Release li jiġu ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jew għall-website http://www.magnet.mt/home/cos
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm advisors u membri ta' boards fid-dekasteru tiegħu u kemm tħallsu totalment is-sena l-oħra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ma kien hemm l-ebda advisor jew membru ta’ bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li tħallas xi remunerazzjoni matul is-sena 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm advisors u membri ta' boards fid-dekasteru tiegħu u kemm tħallsu totalment is-sena l-oħra?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Nixtieq inżid li a bażi ta' kuntratt ma' kumpannija privata (Law Firm) il-Ministeru jirċievi servizz ta' konsulenza fil-persuna tal-Kap tal-Malta-EU Information Centre bi ħlas ta' LM17,500 fis-sena (VAT inkluża). Il-Ministeru rċieva wkoll a bażi ta' Letter of Understanding iffirmat bejn il-Ministeru u l-Mediterranean Academy for Diplomatic Studies, servizz ta' konsulenza fil-qasam tat-Teknoloġija ta' l-Informatika għall-ħlas ta' LM 5,900 fis-sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati taċ-ċivil li ħadu sick leave is-sena l-oħra? Kemm kien l-ammont ta' impjegati li qabżu aktar min 3 ijiem morda? Xi grad kellhom u min liema dipartiment tal-ċivil kienu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet, fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kien hemm 658 impjegati, li minnhom 172 impjegat ħadu s-“sick leave”; minn dawn, kien hemm 135 impjegat li ħadu aktar minn (3) ijiem “sick leave” f’perjodu ta’ sena. L-informazzjoni l-oħra miltuba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tal-Ministri l-oħra nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministri rispettivi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fil-preżent hemm 9 karozzi mikrija mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Matul is-sena 2000 dawn il-karozzi swew b’kollox Lm9,808.17,8 li minnu l-ammont ta’ Lm2,926.21,8 intefaq fuq fuel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet ta' estradizzjoni f'dawn l-aħħar 5 snin? Kemm ġew milqugħa? Minn liema pajjiż saru u ta' liema nazzjonalita' kienet il-persuna fuq min saret it-talba?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija migbura fil-lista li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lill-persuni li jabbużaw mid-droga fl-ewwel kwart ta' din is-sena u min liema ċentru tqassmu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' siringi li tqassmu lill-persuni li jabbużaw mid-droga minn Jannar sa Marzu 2001 kien hekk:
Xahar
Furjana
Qormi
Gzira
Raħ
al Ġ
did
Bormla
Mosta
Rabat
Total
Jannar
1900
1128
3250
3631
900
1344
746
12899
Frar
900
636
2725
3300
800
1280
828
10469
Marzu
1100
898
2760
3700
1000
1469
683
11610
Total
3900
2662
8735
10631
2700
4093
2257
34978
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lill-persuni li jabbużaw mid-droga lejlet il-Ġimgħa l-Kbira, nhar il-Ġimgħa il-Kbira, lejlet l-Għid u nhar l-Għid ta' din is-sena u kif jikkompara ma l-istess jiem fil-ġimgħat ta' qabel din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta` siringi mqassma lil persuni li jabbużaw mid-droga miċ-Ċentri tas-Saħħa fil-jiem imsemmija huma dawn:
XAHAR
FURJANA
QORMI
GŻ
IRA
RAĦ
AL Ġ
DID
BORMLA
MOSTA
RABAT
TOTAL
Lejlet il-Ġimgħa l-Kbira
12 April
80
42
100
300
120
21
62
725
Nhar il-Ġimgħa l-Kbira
13 April
150
0
120
150
0
67
0
487
Lejlet il-Għid
14 April
110
0
98
200
80
72
18
578
Nhar il-Għid
15 April
100
0
90
200
0
69
0
459
In-numru ta` siringi li tqassmu fl-istess jiem fil-ġimgħat ta` qabel jindika li kien hemm żieda sostanzjali għal lejlet il-Ġimgħa l-Kbira.
Jista' l-Ministru jikkonferma dak li deher f'artikolu fuq magazine 'Crossroads' fit-8 ta' April 2001 illi l-Unjoni Ewropea mhux se tagħti derogi u/jew perjodi ta' transizzjoni lil Malta dwar il-kaċċa u l-insib u jekk iva dan ifissirx illi Malta trid taddotta il-Bird Directive ta' l-Unjoni; illi effettivament tfisser xejn insib is-sena kollha u lanqas kaċċa fir-rebbiegħa?
Response (BORG, JOE)
Filwaqt li assolutament ma naqbilx mal-konklużjoni li għalihom wasal l-Onorevoli Interpellant wara li għamel riferenza għal dak li ġie rapportat fil-magazine 'Crossroads' tat-8 ta' April, 2001, nixtieq infakkar li l-kaċċa u l-insib għad iridu jiġu diskussi waqt in-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Il-Gvern, fin-negozjati, ħa l-pożizzjoni li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta żżomm d-drawwiet tradizzjonali dwar il-kaċċa u l-insib li żviluppaw bħala riżultat taċ-ċirkustnzi bio-geografiċi tagħha.
Din in-'negotiating position' ġiet diskussa u approvata mill-MEUSAC, li tagħha, infakkar lill-Onorevoli Interpellant, il-Partit Laburista kien, u għadu mistieden biex jieħu parti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi minn sorsi lokali u barranin lill-Malta, EU Information Centre minn meta twaqqaf sal-lum? Min fjen ġew eżattament dawn il-fondi u kif intefqu?
Response (BORG, JOE)
Minn meta twaqqaf sal-31 ta' Marzu 2001, l-MIC nefaq LM455,323.53 mill-vot tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li nqassmu hekk:
Salaries and Administration
LM 240,677.37
Information Services
LM 214,646.16
Total
LM 4
55,323.53
Minn meta twaqqaf sal-31 ta' Marzu 2001, ġew allokati lill-MIC LM20,368.20 mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f'Malta u dawn intefqu hekk:
Conferences
LM 9,524.83
Printing of information booklets
LM 10,843.37
Total
LM 20,368.20
Il-MIC ma rċieva l-ebda fondi minn sorsi oħra minn meta twaqqaf.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni minn pajjiżi membri ta' l-U.E. jew applikanti li qed jaħdmu f'Malta illum u/jew qed japplikaw biex jaħdmu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li għandhom permess jaħdmu f`Malta u li ġejjin minn pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea hu ta` 755 filwaqt li n-numru ta` dawk ġejjin minn pajjiżi applikanti hu ta` 166.
Ninsab infurmat ukoll li bħalissa hemm madwar 1,450 applikazzjoni li għadhom qed jiġu pproċessati, iżda f`dan l-istadju ta` proċessar ma tinżammx statistika dwar minn liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni.