Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li qed insemmi separatament se jerġgħu jibgħatu għaliha għall-bord mediku billi l-kundizzjoni tagħha aggravat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna ndikata ġie investigat. Inżid ngħid illi l-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-plumbing li jsir f'diversi flats tal-gvern u li kollu jgħaddi minn ġo flat partikolari jiġi rranġat billi jekk tmur xi kanna ta' flat minnhom se jbati kollox resident li ma jaħti xejn? Qed nibgħat l-indirizz ta' l-individwu partikolari b'mod separat.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati għadhomx għassa madwar il-ħabs? Kemm huwa n-numru li ta' kuljum qed ikollhom jagħmlu dan ix-xogħol u kemm huwa n-numru li qed jagħmlu għassa ma' tempji neolitċi ? Xi provvedimenti ħadet l-armata biex dawn is-suldati jiġu protetti mill-elementi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nifhem li l-informazzjoni mitluba ma għandhiex tinħareġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba mpjegati mad-dipartiment tas-saħħa illum? Xi grad għandhom u x'xogħol jgħamlu? Kemm kien in-numru kull sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa in-numru ta' membri tal-Forzi Armati barranin illi qegħdin fuq xogħol attiv ġo pajjiżna illum u x'qegħdin jgħamlu hawn? Dan jinkludi wkoll baħrin fuq vapuri tal-gwerra li qegħdin hawn illum? Min liema pajjiżi huma dan il-membri tal-Militari?
Response (BORG, JOE)
F'Malta hawn 48 uffiċċjal tal-Missjoni Militari Taljana skond il-ftehim li kien sar bejn il-Gvernijiet taż-żewġ pajjiżi fl-1988. Dawn iħarrġu suldati Maltin f'oqsma differenti.
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, bħalissa f'Malta hawn il-USS La Salle għal tiswijiet fit-tarzna ta' Malta. Dan il-vapur għandu fuqu 36 uffiċċjal u 481 baħri.
Ma dan wieħed irid isemmi wkoll 21 Marines Amerikani li kienu hawn bejn l-24 u 27 t'April biex jieħdu sehem f'taħriġ ta' armi żgħar mas-suldati Maltin. Dawn il-Marines telqu lura lejn pajjiżhom fid-29 t'April.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' annimali, għasafar jew ħlejjaq oħra, ħajjin jew mejtin jew partijiet minnhom inqabdu mill-pulizija tal-ALE din is-sena? X'sar mill-ħajjin u x'sar mil-mejtin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` April 2001, it-Taqsima ta` l-A.L.E. tal-Pulizija qabdet l-għasafar, annimali u ħlejjaq oħra kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat ukoll illi l-għasafar li jkunu ħajjin jiġu liberati fil-presenza ta` Uffiċjali tad-Dipartiment ta` l-Ambjent. Dawk mejta jew ibbalzmati jiġu distrutti fuq ordni tal-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn single mothers u separated mothers fuq ir-relief illum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' ommijiet li mhumiex miżżewġa li qiegħdin jirċievu l-Għajnuna Soċjali huwa ta' 890.
Fir-rigward tan-numru ta' ommijiet separati, nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24834.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jwettqu atti immorali fil-pubbliku din is-sena u fejn saru ir-reati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sat-30 ta` April 2001, ittellgħu 5 persuni l-Qorti talli wettqu atti immorali fil-pubbliku. Dawn l-atti seħħew fil-lokalitajiet ta` San Ġiljan (1), Cospicua (1), Marsa (2), Żejtun (1).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' gwardjani lokali li weġgħu fuq ix-xogħol għax ġew aggredditi membri tal-pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sad-29 ta' April 2001 kien hemm tnax (12)-il incident fuq (10) Gwardjani Lokali li weġġgħu fuq ix-xogħol għax ġew aggrediti.
F'kull każ sar rapport lill-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li għandhom degree universitarju illum? X'inhu d-degree u x'rank għandhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar membri tal-Korp tal-Pulizija li għandhom degree universitarju hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi ġo ċertu pajjiżi demokratiċi tal-Punent hija illegali illi tfal taħt is-sittax-il sena ikunu barra wara ċertu ħin waħedhom jiġifieri mhux akkompanjati min adult, jista' l-Ministru jgħid jekk jidirlux illi liġi bħal din għandu tiġi ikkunsidrata billi mhux ħaġa rari illi tfal taħt is-sittax-il sena idumu barra sas-sigħat bikrin ta' filgħodu mingħajr ma jkunu taħt il-kustodja ta' adult.
Response (BORG, TONIO)
Il-materja indikata mill-Onor. Interpellant m`hix responsabbilita` primarja ta` dan il-Ministeru. Iżda nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini iktar dettalji dwar il-proposta li qed jagħmel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' meniġite din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena kellna għaxar (10) każi ta' mard kkaġunat mill-mikrobu tal-meningococcus. Tlieta (3) minn dawn kellhom meningite u s-seba' (7) l-oħra kellhom settiċemija. Kellna wkoll rappurtati żewġ każi oħra ta' meningite li kienu kkaġunati minn mikrobi (batterji) oħrajn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru awtopsji is-sena l-oħra u min ordnahom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li matul is-sena 2000 ġew ordnati 42 awtopsji u dawn kollha ġew ordnati mill-konsulenti responsabbli għall-pazjent fl-isptar.
Matul is-sena 2000, ġew ordnati 154 awtopsja tal-Forensika u dawn kollha ġew ordnati mill-Maġistrati nkwerenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni fuq ir-relief jew xi benefiċji imnaqqas għax kellhom aktar min karozza waħda is-sena l-oħra u din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinżamm l-ebda statistika mid-Dipartiment dwar in-numru ta' persuni fuq ir-relief jew xi benefiċċju mnaqqas għax kellhom aktar minn karozza waħda.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' ksur tal-liġi tax-xandir is-sena l-oħra u din is-sena? X'kien l-allegat reat?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi fis-snin 2000 u 2001 in-numru ta’ każi fejn l-Awtorita tax-Xandir iddeċidiet li kien hemm ksur ta’ l-Att dwar ix-xandir, kien dan:
Sena Nru ta’ Każi
2000 17
2001 21
Dawn it-38 każ ta’ offiżi amministrattivi saru fil-perijodu bejn il-11 ta’ Lulju, 2000 [wara li daħlu fis-seħħ l-emendi tal-2000 għall-Att dwar ix-Xandir] u t-30 ta’ April 2001.
Il-każi kienu jinvolvu ksur ta’ dawn d-dispożizzjonijiet ta’ l-Att dwar ix-xandir:
a] Artiklu 13[2][a] ta’ l-Att dwar ix-Xandir li jitratta dwar gosti tajbin u
deċenza;
b] Artiklu 15 ta’ l-Att dwar ix-Xandir li jitratta dwar ksur ta’ direttiva ta’ l-
Awtorita’;
c] Artiklu 20[1][b] u [2] ta’ l-Att dwar ix-Xandir fir-rigward ta’ ksur tal-
Kodiċi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri;
d] Paragrafi 1[f], 4, 5,6,9,13,24 u 25 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir
li jitrattaw dwar ir-regola ta’ reklamar u “sponsorship”.