Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħallsu VAT is-sena l-oħra il-kunsilli lokali u kemm ħallsu kull wieħed din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal kull entita` oħra l-Kunsilli Lokali mhumiex eżentati mill-ħlas tal-VAT. Għaldaqstant ix-xiri ta` oġġetti u servizzi huma kollha marbuta ma` dan il-ħlas u dawn l-ammonti huma riflessi fil-Financial Statements għal kull sena finanzjarja ta` kull Kunsill Lokali.
Dan il-Ministeru ma jżommx statistika separata dwar dawn il-ħlasijiet pero` l-Financial Statements jitpoġġew kull sena fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li ser insemmi under separate cover hijiex qed tieħu il-pensjoni kollha li ħaqqa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna minnu ndikata ġie rivedut. Jirriżulta li r-rata li qed titħallas hija korretta. Il-persuna msemmija qed tiġi nfurmata b'dan.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li ser semmi separatament hijiex qed tieħu il-pensjoni li ħaqqha kif wkoll il-pensjoni supplimentari kif suppost?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna minnu ndikata ser tiġi nfurmata bil-miktub dwar ir-rata ta' pensjoni kif ukoll ta' l-Allowance Supplimentari li hi qed tirċievi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iddaħlux pulizija lura fil-korp li kienu ġew boarded out mill-istess korp dan l-aħħar? Jekk iva, kemm u għaliex il-persuna li qed insemmi separatament għada ma idaħħlitx?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fir-reinstatements li saru fil-Korp tal-Pulizija f`Mejju li għadda, kien hemm persuna waħda li kienet ġiet boarded out u reġgħet ġiet reinstated, peress li din kienet tissodisfa l-kriterji meħtieġa, li kienu kif spjegajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25986. Infurmat ukoll illi, il-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant ma kienetx tissodisfa dawn il-kriterji.
Billi ġewwa Ta' Xbiex ġo triq Sir Augustus Bartolo eżattament fejn tagħlaq u li jiġi wara il-knisja parrokjali kuljum qed isiru ħafna attivitajiet immorali fil-pubbliku, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu il-pulizija biex dawn l-oxxenitajiet jonqsu? Kemm inqabdu persuni mill-pulizija fil-lokal ta' Ta Xbiex iwettqu reati simili is-sena l-oħra u din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minbarra r-ronda li ssir mill-Iskwadra ta` kontra l-Vizzji, ikun hemm Pulizija minn tad-Distrett assenjati xogħol fl-inħawi tal-Gżira u Ta` Xbiex, appożitament sabiex jissorveljaw kontra dawn l-abbużi. Infurmat ukoll illi matul is-sena l-oħra u din is-sena, kien hemm 23 persuna li ġew akkużati, uħud minnhom aktar minn darba, quddiem il-Qorti in konnessjoni ma` tlajjar għal skopijiet ta` prostituzzjoni, f`dawn il-lokalitajiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha staff cars l-armata? Jista' jgħid x'tip huma, meta inxtraw, kemm swew u min huma l-uffiċjali li huma intitolati li jużawhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Id-dettalji mitluba dwar “staff cars” użati mill-Forzi Armati jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nqabdu persuni jitlajjaw għall-skopijiet ta' prostituzzjoni, ġewwa l-Gzira u Ta' Xbiex is-sena l-oħra u din is-sena? Kemm weħħlu f'kull każ? X'passi qed tieħu il-pulizija biex din il-problema tonqos?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25840 f`din l-istess Seduta.
Billi ġewwa il-ġnien tal-Gzira bil-lejl qed isiru ħafna attivitajiet immorali w li qed idejqu ir-residenti tal-lokal, jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet u qed tieħu l-pulizija biex dawn l-oxxenitajiet jonqsu?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25840 f`din l-istess Seduta.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel id-Dipartiment tas-Saħħa biex inaqqas l-ammont ta' nugrufun li ta' kuljum qed idejjaq u jmarrad barra li jgħamel ħsarat lir-residenti ta' madwar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lil Onor Interpellant ikun aktar speċifiku.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-blokk ta' flats fil-qasam tal-bini tal-gvern ġewwa Ta' Xbiex fejn se jsiru l-lifts mill-awtorita' tad-djar u meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar qed tevalwa tliet tenders dwar stallazzjoni ta' lifts fi blokki D1, D3 u E3 f' Ta' Xbiex Ninsab infurmat ukoll li mhux ser iddum ma' toħroġ tender għall-istallazzjoni ta' lift fi blokk B1 fl-istess lokalita'.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara illi l-blokk numru 6 li hemm ġewwa Vjal in-Naspli, San Ġwann, titkaħħal minn barra billi huwa l-uniku wieħed ġo San Ġwann kollu li ma tkaħħalx u fejn qed issir ħafna ħsara lir-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġi rranġat il-lift li hemm fil-blokk ta' flats f'164 Valley Road, Msida li ġo fih hemm diversi persuni li ma jistgħux jużaw it-taraġ? Il-lift ilu wieqaf kważi sena sħiħa?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' Maltin li żżewġu barranin is-sena l-oħra u minn liema pajjiż kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, in-numru ta` Maltin u Għawdxin li żżewġu barranin kien ta` 312.
Il-barranin kienu minn dawn il-pajjiżi:
Algeria Australia Austria Belgium Bosnia Bulgaria
Canada Croatia Czech Republic
Denmark Egypt France
Germany Ghana Greece
Guatemala Honduras Hungary
India Ireland Italy
Jordan Kazakistan Latvia
Libya Moldova Morocco
Netherlands Nigeria Norway
Philippines Poland Portugal
Russia Slovak Republic Slovenia
Spain Switzerland Syria
Thailand Tunisia Turkey
Turkmenistan Ukrania United States of
Yugoslavia United Kingdom America
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux veru li xi ħaddiema tat-tarzna saitilhom tfittxija fil-karozzi tagħhom bħala parti mill-kampanja ta' sigurta' li l-armata qed tagħmel konness max-xogħol fuq il-vapur La Salle
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Forzi Armati, flimkien mal-Pulizija, qed jieħdu miżuri diversi ta’ sigurta’ b’konnessjoni mal-vapur “La Salle”. Ix-xogħol li qed iwettqu l-Forzi Armati ma għandux x’jaqsam ma xogħol ta’ sigurta’ ġewwa t-Tarzna jew mal-bibien tagħha. Ninsab infurmat li ma jiriżultax li ħaddiema tat-Tarzna kienu speċifikament magħżula jew identifikati għal tfittix fuq il-vetturi tagħhom minn membri tal-Forzi Armati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk familji Maltin li għandhom it-tfal miżżewġin u joqogħodu Għawdex u li għandhom pass biex jitilgħu Għawdex bi prezz irħias humieex se jitilfu dan il-benefiċċju?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Meta ġiet introdotta s-sistema tal-passes l-għan ewlieni kien li tgħin lill-ulied ta’ l-Għawdxin li jaħdmu u jgħixu Malta sabiex isibuha aktar faċli li jżuru l-ġenituri Għawdxin li baqgħu jgħixu ġewwa l-gżira ta’ Għawdex. Minn din is-sena, l-Kumpanija Gozo Channel iddeċidiet li l-family pass jingħata biss lill dawk li huma intitolati għalih skond dan il-kriterju.
Ta’ min jgħid li ulied il-Maltin li jgħixu Għawdex jistgħu jżuru l-ġenituri tagħhom f’Malta bin-noll sussidjat bħala residenti ta’ Għawdex. Barra minn dan, dawk il-ġenituri li għandhom il-Karta Anzjan huma wkoll intitolati għal noll ridott.
Billi diversi drabi, wieħed jista' jara karozzi tal-pulizija isuqu b'veloċita eċċessiva u perikoluża waqt ix-xogħol tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' training għandhom is-sewwieqa tal-mobile? Min jgħallimhom u meta sar l-aħħar taħriġ?
Response (BORG, TONIO)
Meta l-Pulizija isuqu l-vetturi tas-servizz ma jkunux eżenti mir-regolamenti tat-traffiku, ħlief fejn il-liġi tipprovdi xort`oħra. Għalkemm kull każ ta` abbuż jiġi nvestigat u fejn hu ndikat jittieħdu passi dixxiplinarji, ma jingħatax taħriġ speċifiku dwar sewqan lill-membri tal-Korp.