Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi bil-Mutur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew liċenzjati vetturi bil-mutur din is-sena u jagħti breakdown tat-tip ta' vettur f'kull każ? Kemm min dawn il-vetturi kienu second-hand u kemm ġodda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2001, ġew liċenzjati vetturi bil-mutur ġodda u second hand kif ġej: Ġodda Second Hand Vetturi Privati - 3,782 970 Vetturi Kummerċjali - 279 644 Vetturi għal Kiri - 397 4 Buses & Mini Buses - 7 4 Muturi - 231 80 TOTAL - 4,696 1,702
Leg 9 PQ #27720 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Korruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti akkużati fuq korruzzjoni ta' minorenni din is-sena? X'weħlu f'kull każ individwali dawk misjuba ħatja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din is-sena, sal-20 ta` Lulju, tressqu 4 persuni quddiem il-Qorti fuq akkużi ta` korruzzjoni ta` minorenni. Dawn kollha għad m`humiex deċiżi.
Leg 9 PQ #27721 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Żwiġijiet Omosesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi issa f'diversi pajjiżi ta' l-UE jistgħu jsiru 'żwiġijiet' bejn persuni omosesswali, dan iż-żwieġ ikunx rikonoxxut hawn Malta jekk dan ikun jinvolvi żwieġ bejn tnejn barranin, tnejn Maltin jew fejn wieħed mill hekk imsejħa miżżewġa jkun Malti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23089 f`Seduta Nru. 487.
Leg 9 PQ #27469 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma ir-requirements rikjesti mill-Korp tal-Pulizija għall dawk l-uffiċjali li xi darba ġew boarded out u issa qed jitolbu re-instatement? Fil-każ tal-persuna li qed insemmi separatament u li fuqu ġa saqsejt għaliex ma iddaħalx lura, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma ir-rikjesti meħtieġa u li hu ma ssodisfax?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.25986. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant ma kienx jissodisfa l-kriterji numri 1 u 5.
Leg 9 PQ #27470 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw permessi ġodda għal spiżeriji go Marsaxlokk? Kemm hemm pendenti u kemm ingħataw permessi ġodda f'dawn l-aħħar 5 snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

F'Marsaxlokk hemm erba' (4) applikazzjonijiet pendenti għal spiżeriji ġodda, u f'dawn l-aħħar ħames snin ma' ngħata l-ebda permess għal spiżerija ġdida f'dan il-lokal. Għall-ewwel parti tad-domanda nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba tiegħi għal-Mistoqsija Nru. 18948.

Relief

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta il-persuna li qed insemmi separatament se tibda tirċievi il-pensjoni mhux kontributorja? Hija kienet tieħu r-relief mma dan twaqqaf snin ilu meta kienet wirtet xi ħaġa u illum għandha 64 sena u qatt ma ħadet pensjoni min mindu għalqet is-sittin

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27141 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Magħtab — Bowsers ta' l-Ilma

Question

Billi kuljum fuq Tas-Safra, eżattament taħt il-Magħtab, bowsers ta' l-ilma jkunu ta' kuljum jimlew ilma mill-baħar biex imbagħad jintuża biex jimlew swimming pools u billi issa huwa fatt magħruf li dan l-ilma baħar huwa kontaminat, jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-gvern biex dan l-abbuż jitwaqqaf?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat illi d-Dipartiment tas-Saħħa ħareġ diversi avviżi għall-istampa biex jinforma lill-pubbliku fir-rigward, kif ukoll twaħħlu numru ta` tabelli temporanji fiż-żoni kollha li ġew identifikati bħala żoni mhux rakommandati għall-għawm. Din il-miżura ttieħdet sakemm tabelli oħra jiġu mwaħħla f'dawn il-postijiet, b'mod permanenti. Fir-rigward ta` bowsers ta` l-ilma, peress li dawn huma regolati minn regolamenti maħruġa taħt l-Att dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-ilma nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi t-tali mistoqsija lill-Ministru kkonċernat għal aktar informazzjoni.
Leg 9 PQ #27084 Sitting 572 2001-07-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sigurta'

Question

B'riferenza għar-rapport li ġie mxandar f'"l-orizzont" fit-30 ta' Mejju u ffirmat mill-ġurnalista John Pisani, fejn intqal illi ġurnalisti "daħlu f'għadd ta' skejjel bla xkiel ta' xejn" jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-dipartiment biex tissaħħaħ is-sigurta' fl-iskejjel fl-interess tat-tfal u ta' l-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull skola qed tieħu u tibqa' tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li fl-interess tat-tfal u ta' l-għalliema u ta' kull min jaħdem hemm tkun post edukattiv b'sigurta`.
Leg 9 PQ #27085 Sitting 572 2001-07-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Sajjieda Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sajjieda barranin li jużaw Malta bħala bażi minn fejn jaħdmu għandhomx bżonn ta' work permit? Jekk iva, kemm hawn bil-permess u minn liema pajjiż huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li s-sajjieda barranin li qed jirreferi ghalihom l-Onor. Membru m'ghandhomx bzonn ta' work permit biex isorgu f'xi port Malti.
Leg 9 PQ #27086 Sitting 572 2001-07-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ajruplani Barranin

Question

Billi bħalissa hawn ajruplani barranin li qed jintużaw bħala spotters għal bastimenti tas-sajd barranin, jista' l-Ministru jgħid jekk il-piloti ta' dawn l-ajruplani għandhomx bżonn ta' work and residence permits, u jekk iva, kemm hu n-numru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tac-Cittadinanza u ta' l-Expatriates ma rcieva ebda applikazzjoni sabiex barranin jaghmluha ta' spotters. Ninsab infurmat ukoll li jekk dawn il-barranin ikunu qed jezercitaw l-attivita` taghhom minn territorju Malti, prima facie jidher li jkollhom bzonn ta' work permit.
Leg 9 PQ #27040 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Investiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur ta' l-investiment li għamel il-gvern permezz ta' l-MDC, il-kumpanniji MGI u l-MIMCOL? Kemm minn dan l-investiment sar fl-aħħar sentejn u nofs?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-valur ta' l-investiment li sar mill-Gvern permezz tal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta kien ta' Lm455,797. Il-valur totali ta' investimenti f'ishma miżmuma mill-MIMCOL u l-MGI huwa ta' Lm31,935,981. Matul dawn l-aħħar sentejn u nofs, l-investiment li sar mill-MIMCOL u l-MGI kien ta' Lm417,125. Dwar investiment magħmul mill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta matul dan il-perjodu, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar Estimi Ġenerali.
Leg 9 PQ #27041 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Korporazzjonijiet/Intrapriżi Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' dejn li daħlu għalih korporazzjonijiet u intrapriżi pubbliċi jew ikkontrollati mill-gvern u li għalih il-gvern daħal garanti? Liema huma l-entitajiet li daħlu għal dan id-dejn u kemm hi s-somma relattiva garantita mill-gvern għal kull entita'?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 21090 f'seduta 424.
Leg 9 PQ #27042 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Hepatitis C

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed ibatu minn hepatitis C illum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat illi mill-1997 sa llum ġew rappurtati 11-il każ akuti ta` Hepatitis C.
Leg 9 PQ #27043 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

HIV — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet għal HIV din is-sena u kemm minnhom irriżultaw fil-pożittiv?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` testijiet li saru għall-HIV antibodies mill-bidu ta` Jannar 2001 sa l-aħħar ta` Ġunju ta` din is-sena huwa ta` 2748. Minn dawn 11 irriżultaw posittiv.
Leg 9 PQ #27054 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċumnija ta' l-Isptar — Nugrufun

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel id-dipartiment tas-saħħa biex isolvi l-problema tan-nugrufun li ħiereġ miċ-ċumnija ta' l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Inħareġ tender għal bdil ta` l-inċeneratur preżenti b'teknoloġija avanzata. Saru rakkomandazzjonijiet bl-għajnuna ta` esperti barranin u preżentement qed nistennew l-award min-naħa tad-'Director of Contract'.
Leg 9 PQ #27055 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Abbużi

Question

Billi ta' kull sena tfal taħt l-eta' qed joħorġu tqal, u dan in-numru qed jiżdied kull sena, jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq abbużi ta' din il-kwalita' kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma tinzammx statistika komputerizzata tat-taghrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. L-istatistika li tinzamm tikkoncerna abbuzi ta' kull tip fuq tfal. Ta' min jghid illi f'kaz ta' tqala li tkun rizultat ta' reat, biex il-Pulizija tkun tista` tipprocedi bil-Qorti jenhtieg il-kwerela tal-parti offiza sakemm l-eghmil ma jkunx sar b'abbuz tas-setgha ta' genitur jew ta' tutur, bi vjolenza pubblika jew flimkien ma' reat iehor li jolqot l-ordni pubbliku.
Leg 9 PQ #26926 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati Sospiżi

Question

Billi f'risposta parlamentari riċenti l-Prim Mnistru qal li hawn diversi mpjegati taċ-Ċivili sospiżi, fosthom 16-il pulizija, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn l-impjegati taċ-Ċivil huma sospiżi għax wettqu xi allegat reat waqt il-qadi ta' dmirijiethom u kemm waqt ħin li ma kenux xogħol? X'kien ir-reat allegat f'kull każ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #26927 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret VAT minn fuq funerali din is-sena u kemm ingħataw lura f'refunds fuq talba li saret lid-dipartiment?

Response (DALLI, JOHN)

“Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena, l-amont ta’ VAT dikjarat pagabbli taħt l-Att ta’ l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud, fuq il-provvista’ ta’ servizzi marbuta ma’ funerali kien ta’ Lm42,055. L-ammont ta’ refunds li ngħataw lura wara talbiet li saru mill-pubbliku matul l-istess perjodu kien ta’ Lm24,775”.
Leg 9 PQ #26928 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Skejjel/Istituzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret VAT minn fuq l-iskejjel u/jew istituzzjonijiet edukattivi din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

“Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Att tal-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud, il-provvista ta’ edukazzjoni minn skejjel jew istituzzjonijiet kif indikat fl-istess Att hija eżenti u għaldaqstant ma tinġabar ebda VAT minn dawn l-organizzazzjonijiet fuq din il-provvista”.