Legislature:
Category:
Reset
Active:

Eden Foundation

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-ħlasijiet li qed ikollhom iħalsu persuni li qed jużaw is-servizzi ta' l-Eden Foundation għolewx, għaliex għolew, kemm kienu qabel u kemm huma issa. X'forma ta' għajnuna fi flus jingħataw dawk li jridu jagħmlu użu min dan is-servizz. Jista' l-Ministru jgħid jekk parti mill-ħlas li jsir mill-ġenituri humiex refundable kemm-il darba ma jibqgħux jagħmlu użu mis-servizz offrut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28154 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli Bonephos

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li qed insemmi separatament u li għandha l-karta r-roża tistax' tieħu il-pilloli 'Bonephos' fuq il-karta' ir-roża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Waqt li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235. B'mod ġenerali persuni li għandhom l-karta r-roża huma intitolati għall-dawk il-pilloli li hemm fuq il-formolarju

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li qed insemmi separatament hiex qed tieħu il-pensjoni ġusta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 'l-persuna minnu ndikata qed titħallas korrett u kif suppost skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali 1987 (Kap 318). Inżid ngħid li l-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.
Leg 9 PQ #27820 Sitting 595 2001-07-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu id-diskussjonijiet mal-EU fuq il-kaċċa u nsib? X'ġie deċiż sa issa?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25245. F'dan l-istadju m'hemmx iżjed x'inżid mar-risposta li kont tajt.
Leg 9 PQ #27825 Sitting 595 2001-07-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Alcohol

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl ta' rapport li deher fil-Malta Independent tal-lum 25/07/01 fejn ġie rapportat illi tifla ta' 15 il-sena mibgħuta mill-gazzetta irnexxiela tixtri xorb alcoholiku bla diffikulta ta' xejn, jista' jgħid x'passi se tieħu il-pulizija kontra dawn l-istabilimenti msemmija ġo l-istess ġazetta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan il-każ qiegħed jiġi nvestigat.
Leg 9 PQ #27826 Sitting 595 2001-07-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Bejgħ ta' Xorb

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi ir-rapport li deher fil-Malta Indipendent tal-lum 25/7/2001 jidher, issa bil-provi, allavolja dan kien fatt magħruf, illi il-maġġoranza tal-ħwienet ta' divertiment ibigħu alkohol lil tfal taħt is-sittax il-sena bla ħabi ta' xejn, jista' l-Ministru jgħid kemm irnexxiela taqbad persuni l-pulizija ibiegħu alkohol lil tfal taħt is-sittax il-sena sal-bieraħ 24/7/01? Jista' l-Ministru jgħid huwiex sodisfatt b'dan in-numru u jekk le, x'se jgħamel il-ministru biex dan l-abbuż rampanti fil-miftuħ u xi kultant anke quddiem l-istess pulizija, jiġi mrażżan?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27726, ninsab infurmat illi l-Pulizija kienet u ser tibqa` tagħmel spezzjonijiet fil-ħwienet tax-xorb minħabba dan l-abbuż.
Leg 9 PQ #27728 Sitting 592 2001-07-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija Boarded Out — Reinstatement

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti meħtieġa mill-Korp tal-Pulizija biex pulizija li jkunu ġew boarded out jiġu re-instated?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25986.
Leg 9 PQ #27722 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Deportati Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew deportati barranin din is-sena u għaliex? Minn liema pajjiż kienu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27649 f`din l-istess Seduta. Dawn il-persuni ġew deportati peress li b`xi mod kienu Malta llegalment.
Leg 9 PQ #27723 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Stabbilimenti tad-Divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn stabbilimenti tad-divertiment li għandhom permess jibqgħu miftuħin aktar mis-sagħtejn (2) ta' filgħodu? Kemm kien in-numru ta' stabbilimenti li nqabdu mill-pulizija miftuħa wara il-ħin permess din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għadu qed jinġabar.
Leg 9 PQ #27724 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Klandestini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena fuq ġarr illegali ta' klandestini u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #27725 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Postijiet tad-Divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm matul din is-sena inqabdu tfal taħt is-sittax-il sena f'postijiet ta' divertiment fejn mhux permess li jidħlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena inqabdu 22 persuna taħt is-sittax-il sena f`postijiet ta` divertiment.
Leg 9 PQ #27726 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Alkohol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jbigħu alkohol lil tfal taħt, l-eta' din is-sena u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, kien hemm persuna waħda li ġiet imressqa quddiem il-Qorti talli biegħet xorb alkoħoliku lill-persuni taħt is-16-il sena, liema każ għad m`hux deċiż.
Leg 9 PQ #27727 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati — Minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu minorenni il-Qorti din is-sena? X'kien ir-reat u kemm minnhom kienu barranin? X'wettqu ta' l-aħħar u x'eta' kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din is-sena, sal-20 ta` Lulju, tressqu 43 persuna quddiem il-Qorti tal-Minorenni fuq akkużi kif jidhru fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Minn dawn waħda kienet ta` nazzjonalita` barranija, kellha 15-il sena u ġiet akkużata b`serq.
Leg 9 PQ #27716 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni fuq Probation

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq probation illum? Kemm hemm minnhom li weħlu probation għal aktar minn darba u jekk iva għal kemm-il darba? Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-figura?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords kompjuterizzati disponibbli li jkopru sa Mejju 2001, it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #27717 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Swimming Pools

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa pubblika ċċekkjax il-kwalita' ta' l-ilma ġewwa swimming pools u jekk iva, kemm instabu mniġġza. Jekk le għaliex dan ma jsirux meta il-pools ikunu mimlijin ilma baħar li, bħal ma jaf kulħadd huwa mniġġeż f'ħafna bajjiet u xtut?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li ma naqbilx li l-ilma baħar huwa mniġġeż f'ħafna bajjiet u xtut, infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jiċċekkja l-kwalita` ta` l-ilma ta` swimming pools pubbliċi u kummerċjali li skont A.L. 77 ta` 1997 huma wkoll illiċenzjati. Kull kampjun ta` l-ilma minn dawn is-swimming pools jiġi eżaminat fil-laboratorju tad-Dipartiment kemm għal mikrobi kif ukoll għal kimiċi rakkomandati fir-rigward. Il-livelli aċċettabli huma totalment differenti minn dawk użati għal ilma baħar. Matul is-sena ġew eżaminati 345 kampjun. F'87 minnhom, il-kwalita` ta` l-ilma ma laħqitx il-livelli rakommandati. L-ilma f'dawn is-swimming pools kien ilma baħar, ilma ħelu (fresh water), kif ukoll taħlita tat-tnejn. Ninforma għaldaqstant li l-kaġun ta` tali kontaminazzjoni ġo swimming pools jista` jkun minn ħafna fatturi, fosthom nuqqas ta` disinfetazzjoni u filtrazzjoni regolari, ċirkolazzjoni ta` l-ilma mhux adekwata, n-numru ta` nies fil-pool f'ħin wieħed li jeċċedi l-bathing load rakkomandat għal dik il-pool, kif ukoll nuqqas ta` edukazzjoni minn dawk li jużaw is-swimming pool fir-rigward ta` l-iġene personali.
Leg 9 PQ #27718 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vetturi tal-Mutur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati vetturi tal-mutur is-sena l-oħra, u din is-sena? X'tip kienu? Kemm kienu ġodda u kemm second-hand?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.