Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29737 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni — Veikoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati veikoli xahar b'xahar din is-sena? Kemm minnhom kienu ġodda?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' vetturi li ġew impurtati xahar b'xahar matul din is-sena kienu hekk: XAHAR ĠODDA UŻATI TOTAL Jannar 1,027 134 1,161 Frar 600 105 705 Marzu 1,022 179 1,201 April 395 150 545 Mejju 808 213 1,021 Ġunju 899 190 1,089 Lulju 1,243 167 1,410 Awissu 720 166 886 Settembru 769 165 934 Dawn iċ-ċifri huma proviżorji.
Leg 9 PQ #29738 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lill-persuni li jabbużżaw mid-droga din is-sena? Min liema Ċentri tas-Saħħa ingħataw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta` siringi li tqassmu b'xejn miċ-ċentri tas-saħħa kollha f'Malta matul din is-sena lill-persuni li jabbużaw mid-droga huma dawn: MONTH FLORIANA QORMI GŻ IRA PAOLA COSPICUA MOSTA RABAT TOTAL Jannar 1900 1128 3250 3631 900 1344 746 12899 Frar 900 636 2725 3300 800 1280 828 10469 Marzu 1100 898 2760 3700 1000 1469 683 11610 April 1500 847 1609 4030 800 1595 731 11112 Mejju 1400 1051 2866 3500 700 1473 765 11755 Ġunju 1500 860 2615 3441 500 1062 741 10719 Lulju 1900 850 2920 3500 700 1451 846 12167 Awwissu 2150 791 2947 3800 700 1236 819 12443 Settembru 2100 828 3025 3800 1000 1588 761 13102 Ottubru 1450 1144 3127 4100 1100 1497 775 13193
Leg 9 PQ #29739 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittelgħu persuni il-qorti, wara li abbużaw mit-tfal din is-sena? X'kien l-abbuż u kemm weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-12 ta` Novembru 2001, il-Pulizija ressqet 11-il persuna quddiem il-Qorti fuq abbuż mit-tfal. Dawn kollha kienu abbużi sesswali u dawn il-każi għadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #29697 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Arresti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew arrestati persuni qabel u waqt rave parties din is-sena? Kemm kellhom żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-12 ta` Novembru 2001, ġew arrestati 36 persuna. L-eta` tagħhom kienet tvarja bejn 16 u 43 sena. Ir-'rave party' hu terminu tekniku u ma tinżammx statistika separata.
Leg 9 PQ #29698 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rave Parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni illi kellhom iffitxu kura l-isptar wara jew waqt li kienu qed jattendu għar-rave parties?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma jkollhiex din it-tip ta` informazzjoni u għalhekk nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #29705 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — La Salle

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħalla qliegħ għat-Tarzna x-xogħol fuq il-La Salle?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-qliegħ għat-Tarzna mill-kuntratt ta' xogħol fuq il-USS La Salle kien ta' Lm1.5 miljun. Dan m'huwiex aktar minn Lm600,000 f'pagi li ħalla x-xogħol fit-Tarzna. Dawn ir-riżultati jindikaw bl-aktar mod ċar għaliex dan ix-xogħol huwa mportanti għat-Tarzna u kemm kien qed jitwarrab bla bżonn xogħol li ma kinitx tidħol għalih it-Tarzna meta kienet immexxijja bis-sistema ta' self-management.
Leg 9 PQ #29733 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Skejjel — VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħalsu Vat l-iskejjel fuq xogħol kapitali jew fuq xiri ta' materjal din is-sena? Kemm ħalset kull skola?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2001, it-tax status ta’ persuni reġistrati li jipprovdu servizz ta’ edukazzjoni taħt l-Att ta’ l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud sar eżenti mingħajr kreditu. F’dan ir-rigward dawn il-persuni reġistrati ma baqgħux obbligati li jibgħatu d-denunzja tat-taxxa kemm-il darba ma jkunux qed jagħmlu attivita’ ekonomika oħra taxxabbli jew eżenti bi kreditu. Għaldaqstant id-Dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #29012 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Attakk Terroristiku Microbioloġiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa huwiex attrezzat biżżejjed biex jilqa' kontra xi attakk terroristiku microbioloġiku, bħal ma qed isir fl-Amerika u fuq il-kontinent Ewropew bħalissa. Jista' l-Ministru jelabora fuq dan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat illi d-Diviżjoni tas-Saħħa qiegħda rappreżentata fuq il-kumitat li twaqqaf biex jimxi fuq rakkomandazzjonijiet minn esperti barranin fuq is-suġġett, partikolarment dawk maħruġin mill-Public Health Laboratory Services ta` l-Ingilterra, u qed jagħmel żgur li jkun hawn il-mezzi kollha neċessarji biex jilqa` kontra kull eventwali attakk terroristiku mikrobioloġiku.
Leg 9 PQ #29013 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Postijiet ta' Divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-sittax-il sena f'postijiet ta' divertiment din is-sena fejn mhux suppost li jidħlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u s-17 ta` Ottubru 2001, kien hemm 39 persuna taħt is-sittax-il sena li nqabdet f`postijiet ta` divertiment.
Leg 9 PQ #29014 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Bejgħ ta' Alkohol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jbigħu alkohol lil tfal taħt is-sittax-il sena din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u s-17 ta` Ottubru 2001, kien hemm 10 persuni li nqabdu jbiegħu xorb alkoħoliku lill-persuni taħt is-16-il sena.
Leg 9 PQ #29015 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata ta' Malta — Attakk Terroristiku ta' Natura Bioloġika/Kimiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jelabora u jispjega x'inhuma l-kapaċitajiet ta' l-armata tagħna kontra xi attakk terroristiku ta' natura bioloġika u/jew kimika?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jidhirliex li l-informazzjoni mitluba għandha tkun pubblikata.
Leg 9 PQ #29016 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata ta' Malta — Attakk Bioloġiku jew Kimiku - Gas Masks

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha gas masks l-armata li jistgħu jintlibsu minn suldati Maltin fl-eventwalita' ta' xi attakk bioloġiku jew kimiku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jidhirliex li l-informazzjoni mitluba għandha tkun pubblikata.
Leg 9 PQ #29017 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati — Tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittelgħu tfal il-Qorti matul din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sas-17 ta` Ottubru 2001, tressqu 99 persuna taħt is-16-il sena l-Qorti. It-tipi ta` reati li dwarhom kienu akkużati kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Eden Foundation

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-ħlasijiet li qed ikollhom iħalsu persuni li qed jużaw is-servizzi ta' l-Eden Foundation għolewx, għaliex għolew, kemm kienu qabel u kemm huma issa. X'forma ta' għajnuna fi flus jingħataw dawk li jridu jagħmlu użu min dan is-servizz. Jista' l-Ministru jgħid jekk parti mill-ħlas li jsir mill-ġenituri humiex refundable kemm-il darba ma jibqgħux jagħmlu użu mis-servizz offrut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali jiffinanzja parti minn wieħed mis-servizzi li toffri l-Eden Foundation, imsejjaħ Servizz ta' Taħriġ u Appoġġ għall-Adulti u għalhekk nista' nirrispondi biss dwar dan is-servizz. Ninsab infurmat li l-miżati għaż-żewġ programmi f'dan is-servizz ma għolewx. Filwaqt li ma tingħatax għajnuna fi flus lil dawk li jipparteċipaw f'dawn iż-żewġ programmi, infurmat li, f'każ fejn ikun hemm persuni li ma' jistgħux iħallsu, l-Eden Foundation tinvestiga l-każ bil-ħsieb li tnaqqas il-miżata jew teżenta lil dik il-persuna milli tħallas. Ninsab infurmat ukoll li ma ssirx rifużjoni tal-miżati għax dawn normalment jitħallsu b'lura.

Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li qed insemmi separatament u li hija persuna b'diżabilita' b'kundizzjoni mentali hijiex intitolata għal xi forma ta' għajnuna soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk persuna tkunx intitolata ghal xi forma ta' għajnuna soċjali jew le jiddependi minn diversi fatturi minbarra l-kundizzjoni tas-saħħa ta' l-applikant. Għalhekk id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, permezz ta' l-uffiċċju distrettwali, ser jagħmel kuntatt mal-persuna indikata biex jagħtiha l-parir meħtieġ dwar liema benefiċċju tista' tkun intitolata għalih.