Legislature:
Category:
Reset
Active:

Immigranti Illegali — Open centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn immigranti llegali jgħixu ġo open centres illum? Kemm nefaq id-dipartiment is-sena l-oħra għaż-żamma tagħhom? Kif intnefqu l-flus?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Tobba mal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tobba jaħdmu mal-Gvern full time u mingħajr part time jew xogħol privat ieħor? Xi grad għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li fl-iSptar Mater Dei ma jinżammux records jekk it-tobba minn grad ta' Senior Registrar 'l isfel jagħmlux xogħol privat jew part-time. It-tobba fil-grad ta' konsulent iffirmaw kuntratt ġdid matul din is-sena. Jekk wieħed ikun għażel li jiffirma l-Kuntratt A dan ifisser li jkun għażel ma jaħdimx part-time jew fil-privat, filwaqt li min iffirma il-kuntratt B dan ikun għażel li jaħdem part-time jew privat. Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi n-numri ta' tobba skond il-grad tagħhom, kif ukoll in-numru ta' Konsulenti li għażlu Kuntratt A jew B. Informat ukoll li fid-Diviżjoni tas-Saħħa n-numru ta’ tobba li jaħdmu mal-Gvern u mingħajr Part-Time huma 9. Dawn it-tobba huma fil-grad ta’ konsulenti. Informat li fid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ t-tobba li jaħdmu full-time u mingħajr part-tim e jew xogħol privat ieħor huma : 1 SENIOR REGISTRAR 2 REGISTRAR 4 SENIOR HOUSE OFFICER 5 MEDICAL OFFICER 4 CONSULTANT GERIATRICIAN L-informazzjoni dwar l-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex tista’ tinkiseb mill-Ministru konċernat.

Intervent Kirurgu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qegħdin jistennew li jsirilhom xi intervent kirurġiku llum? X'tip ta' operazzjoni qed jistennew kull wieħed?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Kunsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iridu jdumu jistennew pazjenti biex isirilhom appuntament ma' kull konsulent li qed jaħdem fl-Isptar Mater Dei? X'inhi l-ispeċjalita' ta' kull konsulent inkwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Swali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm swali ta' l-operazzjonijiet fl-iSptar Mater Dei? Kemm minn dawn qed jintużaw? Għaliex mhux qed jintużaw kollha?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fl-iSptar Mater Dei hemm 25 sala ta’ l-operazzjonijiet u sala oħra li tuntuża għal-Labour Ward. Bħalissa qed jintużaw bejn 13 u 15 il-sala kuljum. Il-Labour Ward Theatre jintuża kuljum skond il-bżonn. Ta’ min ifakkar li l-għan primarju wara l-migrazzjoni ta’ l-isptar kien li nimxu għal-sevizz aħjar u mhux għal tkabbir. Iżjed swali ta’ l-operazzjonijiet ikunu jistgħu jinfetħu malli jkun hemm il- personnel neċessarju bħal nurses, support staff u impjegati fi gradi oħra.

Bejgħ ta' alkoħol lit-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni ibiegħu alkoħol lit-tfal?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li s'issa, din is-sena, kien hemm żewġ persuni li nqabdu jbiegħu alkoħol lil persuni taħt is-16 il-sena.

MTV Concert — Tfal jixorbu l-alkoħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal jixorbu l-alkoħol gol-MTV Concert din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li kien hemm żgħażagħ taħt l-eta' li nqabdu mill-Pulizija jixorbu l-alkoħol waqt il-kunċert imsemmi mill-Onor. Interpellant.

Serq minn istituzzjonijiet reliġjużi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru serqiet minn istituzzjonijiet reliġjużi din i-sena u x'insteraq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2007, il-Pulizija kellha 34 rapport ta' serq minn knejjes jew istituzzjonijiet reliġjużi. Ħafna minn dawn ir-rapporti kienu jinvolvu oġġetti personali ta' persuni li jkunu attendew f'dawn il-postijiet

Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm insterqu veikoli bil-mutur u minn ġol-veikoli din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-informazzjoni għax-xhur minn Jannar sa Settembru ta' l-2007 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878, 25834, 27456, 27458, 27462, 27465 u 27996. Ninsab infurmat illi l-informazzjoni għax-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru ta' l-2007 dwar serq ta' vetturi hi ta' 39, 45 u 38 rispettivament, filwaqt dik dwar serq minn vetturi hi ta' 207, 283 u 243 rispettivament.

Ħwienet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nħarġu permessi ġodda għal ħwienet din is-sena? X'tip ta' ħwienet huma?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' permessi li inħarġu matul is-sena li għaddiet. Nixtieq nieħu l-okkażżjoni ninforma l-Onor Membru li kull tlett xhur jiġi ppublikat fil-Gazzetta tal-Gvern il-liċenzji kollha li jkunu ħarġu matul dak il-perijodu.

Mwiet traġiċi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru mwiet traġiċi din is-sena? X'tip kienu u fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li tilfu ħajjithom traġikament matul is-sena 2007 kien kif ġej: Kawża tal-mewt Irġiel Nisa Total Inċidenti tat-traffiku 11 3 14 Omiċidju 3 1 4 Suwiċidju 26 1 27 Overdose 7 1 8 Oħrajn 32 1 33

Serqiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru serqiet minn ġo djar u minn ġo outlets kummerċjali din is-sena u fejn?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-informazzjoni għax-xhur minn Jannar sa Settembru ta' l-2007 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878, 25834, 27456, 27458, 27462, 27465 u 27996. Ninsab infurmat illi l-informazzjoni għax-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru ta' l-2007 dwar serq minn djar hi ta' 84, 67 u 63 rispettivament, filwaqt dik dwar serq minn stabbilimenti kummerċjali hi ta' 48, 44 u 66 rispettivament.

Vjolenza domestika

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm itellgħu nies l-qorti fuq każi ta' vjolenza domestika din is-sena u x'sess kienu? Kemm kienu Maltin u kemm barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.

Skemi

Question

Billi dan l-aħħar ġie rrappurtat li l-Housing Authority qed tbiegħ u tikri residenzi lill-persuni li qed jikkoabitaw, tista' l-Ministru tgħid eżattament xi tfisser? Kemm iridu jkunu ilhom jikkoabitaw biex jikkwalifikaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-rapportaġġ li jirreferi għalih l-Onor. Interpellant bl-ebda mod ma jirrifletti dak li qalet iċ-Chairperson tal-Awtorita' tad-Djar. L-Awtorita' tad-Djar taċċetta applikazzjoni għal "joint allocations" u ilha tagħmel dan għal numru ta' snin.

Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu anzjani l-Qorti din is-sena u għal liema reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2007, kien hemm 595 persuna anzjana, cioe' ta' l-fuq minn 60 sena, li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija fuq diversi reati kriminali, fosthom reati kontemplati fil-Kodiċi Kriminali, fir-Regolamenti tat-Traffiku, fir-Regolamenti dwar il-Klieb, fir-Regolamenti dwar Żibel u Skart, fir-Regolamenti dwar l-Armi u fir-Regolamenti dwar Liċenzji tan-Negozju.

Gzira football ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda x-xogħol fuq l-ground tal-football tal-Gżira ġol-proġett ta' Manoel Island? Meta hu maħsub li jitlesta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.