Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati armi tan-nar is-sena l-oħra? X'tip ta' armi kienu?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba hija kif ġej
CUSTOMS H.S. CODE DESCRIPTION AMOUNT
9301000000 military weapons other than
revolvers, pistols and arms of
heading 9307* 52
9302001000 revolvers and pistols not those of
Headings 9303, 8mm caliber and
higher 74
9303100000 muzzle-loading firearms 20
9303201000 sporting, hunting, target-shooting
shotguns, not single-barreled,
smooth bore 970
9303209800 sporting, hunting, target-shooting
shotguns, not single-barreles,
smooth bore 410
9303300000 other sporting, hunting or target-
shooting rifles, excluding shotguns 125
9303900000 other firearms and similar devices
which operate by firing of an
explosive charge 28
* H.S. 9307 "swords, cutlasses, bayonets, lances and similar arms and parts thereof and scabbards and sheaths thereof".
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew Malta, turisti fuq cruise liners is-sena l-oħra?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-Onor. Interpellant hu mistieden li jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-informazzjoni statistika jew inkella lill-Ministru responsabbli għall-Affarijiet Marittimi u dan peress li dan is-settur, għalkemm ta’ interess għall-industrija tat-Turiżmu, ma jifformax parti mid-dmirijiet ministerjali tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intilfu ID Cards is-sena l-oħra u kemm instabu mill-mitlufa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 2,971 karta ta' l-identita mitlufa, filwaqt li matul l-istess sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 32 karta ta' l-identita misjuba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn barranin miżżewġin Maltin li qed jirreġistraw għax-xogħol. Ta' liema nazzjonalista huma? Kemm minnhom qegħdin fuq relief illum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' barranin miżżewġin Maltin li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Malta u Għawdex hu ta' 105. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-nazzjonalita' tagħhom.
Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija li qed jirċievu l-assistenza dwar diżimpjieg hu ta' 14.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie irrapportati serq ta' karozzi u/jew min ġo fihom is-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 859 karozza misruqa, filwaqt li matul l-istess sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 3,369 każ ta` serq minn karozzi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jinxtara qabar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal xiri ta' oqbra ġo ċimiterji tal-Gvern hija kif ġej
ċimiterji
Numru
Żebbug
180
Mosta
417
Rabat
597
Addolorata
1953
Ta' Braxia
85
Mġarr
16
Kalkara
26
Mellieħa
21
Qormi
184
Burmarrad
276
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa flus lill-forzi armati il-kors li attenda l-maġġur li qed insemmi separatament, ġo l-Ingilterra?
Min liema vot ittieħdu dawn il-flus u kemm baqa flus għall-kumplament tal-fizjjali u membri tal-F.A.M. għal taħriġ barra min Malta wara li ntefqu dawn il-flus fuq il-persuna msemmija?
Fuq liema kriterji intgħażel dan l-uffiċjal?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fl-1999 bis-somma ta’ Lm45,000 allokata taħt it-“Training Vote”, membri tal-Forzi Aramti attendew korsijiet sew lokali u kif ukoll barra minn Malta. Barra minnhekk fondi li jammontaw għal Lm34,034 għal “Advanced Command and Staff Course” (ACSC) li attenda l-Maġġur imsemmi ntużaw ukoll mill-istess “Training Vote” wara li sar “virement”.
Kien fl-1996 li l-Forzi Armati għamlu l-ewwel tentativ biex jassiguraw post għall-uffiċjal biex jattendi l-ACSC.
Il-Maġġur intgħażel fuq diversi kriterji fosthom:
· Il-grupp ta’ fizzjali li minnu kellu jintgħażel uffiċjal biex jattendi l-kors imsemmi;
· L-eżamijiet tal-promozzjoni minn Kaptan għal Maġġur
Kwalifikazzjonijiet akademiċi u militari.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif intgħażel l-uffiċjal tal-armata li ntbgħat Brussels? Ħarġu applikazzjonijiet għall dan il-post? Jekk iva kemm applikaw persuni? Kemm hija il-paga ta' l-uffiċjal li intbagħat u kemm tħallas flus f'allowances u għaliex, is-sena l-oħra?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li l-għażla għall-karigi simili mhux in-norma li ssir wara sejħa għall-applikazzjoni. Uffiċjal jinħatar wara li jitqiesu diversi kriterji li jinkludi kwalitajiet personali, addattament u esperjenza.
L-uffiċjal fis-sena 2000 ingħata paga skond ir-“rank” tiegħu u “allowances” skond il-pakkett li ngħataw uffiċjali Kunsillieri fil-Korp Diplomatiku.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif intgħażel il-maġġur li qed insemmi separatament għall-kors ġewwa l-Ingilterra. Kien hemm uffiċjali aktar senior minnu li applikaw għall dan il-kors u jekk iva għaliex ma intażlux? Jista' jgħid jekk hux vera li dan il-fiżjal deher fuq qoxra ta' flyer tal-partit nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni u jekk iva, jistax' isir dan min membri tal-armata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-ewwel parti tal-mistoqsija weġibtha f’risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30212.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari ngħid li l-fizzjal imsemmi kien ġie eżonorat, qabel il-5 ta’ Settembru 1998, minn kwalunkwe konnessjoni mar-ritratt li deher fuq il-“PN flyer”.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-siegħa ta' titjir iridu jagħmlu bdoti tal-FAM biex jibqgħu kurrenti fil-livelli professjonali tat-titjir?
Kemm il-siegħa għamlu kull wieħed f'dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-“AFM Military Aviation Regulation 2000” jirregolaw l-ammont ta’ titjir li bdoti tal-Forzi Armati jridu jagħmlu biex ikunu kkunsidrati bħala “qualified for operational duties”.
Ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba fit-tieni mistoqsija għandha tkun ippubblikata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx studju ta' kemm se jiswa lill-pajjiż fuq medda ta' sena, il-posting ta' platoon tal-armata barra minn Malta jekk dawn ikunu barra minn Malta fuq xogħol konness mal-armata ewropeja?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta għamlu kalkolu, li f’dan l-istadju hu approssimattiv.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm patrol boats jaħdmu illum u kemm ikun hemm patrol boats fuq patrol kuljum?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li bħal issa hemm ħames “patrol boats” u “SAR launch” jaħdmu fl-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati.
Ma jidhirlix li l-informazzjon mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija għandha tkun ippubblikata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm attendew suldati għall-kors B1 Clerk li sar riċentament fil-forzi armati? Kemm weħħlu u f'liema parti tal-eżami weħħlu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li b’kollox, għall-kors ta’ “B1 Clerk” attendew 14-il student. Sebgħa għaddew mill-ewwel mill-eżami kollu, filwaqt li sebgħa weħlu minn parti waħda. Skond l-AFM “Trade Regulations” dwan is-sebgħa setgħu joqogħdu għal-“re-sit”, kif fil-fatt għamlu, u għaddew kollha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm veikoli tal-FAM illum?
Kemm għandhom żmien u kemm hemm minnhom weqfin?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Forzi Armati għandhom 176 vettura li d-data tal-manifattura tagħhom tvarja bejn l-1969 u l-2000. Minn dawn il-vetturi, 25 ser jinbiegħu fuq parir ta’ “board of survey”.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se tiswa lill-armata is-sistema ta' radios li se titwaħħal dalwaqt? Kemm kien hemm offerti għat-tender u intażlet il-kumpanija li se tgħamel dan ix-xogħol?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li s-sistema li ser ittejjeb is-sistema ta’ komunikazzjoni fil-“New Operation/Rescue Co-ordination Centre”, li mixtrija kompluta kieku kienet stamta li tiswa madwar Lm800,000, ser tqum lill-Gvern Malti Lm126,000 peress li l-Gvern Taljan ta bla ħlas “Telecommunication Equipment Consoles” u “Multiplexor System”. Il-Gvern Malti se jixtri “micro-wave link system”, kompatibbli ma’ l-apparat fl-għotja. Intalbu “quotations” minn ħames kumpaniji. Il-Forzi Armati irċevew tlett offerti. Il-kumpanija li ser tagħmel ix-xogħol intgħażlet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati posted mal-iskwadra marittima tal-AFM illum? Kemm min dawn huma inġiniera? Kemm kien in-numru ta' suldati li spiċċaw min din is-sezzjoni din is-sena, xkien xogħolhom u x'rank kellhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li bħalissa fl-iskwadra Marittima hemm disa’ fizzjali u 186 suldat. Minn dawn ta’ l-aħħar hemm b’kollox 37 tekniċi ta’ żewġ kategoriji diversi (“engine fitter u engine driver marine”). Matul din is-sena mis-sezzjoni spiċċaw 11-il wieħed. Il-gradi tagħhom ivarjaw bejn “Bombardier” u “Warrant Officer Class 1”.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma s-suġġetti li qed jagħlmu ex-uffiċjali li qed jagħmlu korsijiet għall-promozzjoni tal-fizjjali?
Xi kwalifiki għandhom fis-suġġett li qed jagħlmu u kemm qed jitħallsu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-ex-uffiċjali tal-Forzi Armati qegħdin jgħallmu l-Istorja Militari. Huma għandhom “background” u esperjenza militari kif ukoll esperjenza fit-tagħlim ta’ dan is-suġġett. Huma t-tlieta jitħallsu Lm580 bejniethom għall-kors kollu.