Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31976 Sitting 710 2002-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Submarine Nukleari f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-futur qarib se jidħol submarine nukleari Amerikan f'pajjiżna u jekk hux veru li se jsorġi ġo f'San Pawl il-Baħar?

Response (BORG, JOE)

Il-Ministeru ma rċieva ebda talba biex submarine nukleari Amerikan iżur Malta.
Leg 9 PQ #31977 Sitting 710 2002-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Hoaxes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġew imsejħa għal xejn (hoaxes) il-membri tal-protezzjoni ċivili is-sena l-oħra? Għaliex ġew imsejħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sarulu 266 sejħa għal għajnuna li irriżultaw li kienu hoax calls. Dawn il-calls kienu varji, iżda fil-maġġor parti kienu dwar nirien li wara nstab li kienu sejħiet foloz.
Leg 9 PQ #31978 Sitting 710 2002-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru air searches is-sena l-oħra mill-AFM? Kemm ġew salvati nies? Kemm swew dawn is-searches lill-AFM?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Matul l-2001, il-Forzi Armati salvaw 32 persuna, filwaqt li ngħatat assistenza lil 132 persuna oħra. Dawn il-figuri jinkludu wkoll assistenza mogħtija bil-mezzi tal-baħar. Tfittxijiet bil-mezzi ta’ l-arju saru 78. Dawn it-tfittxijiet swew lill-Forzi Armati s-somma ta’ Lm5,395.
Leg 9 PQ #31979 Sitting 710 2002-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Vapuri tal-Gwerra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra is-sena l-oħra u ta' liema pajjiż kienu? X' tip kienu?

Response (BORG, JOE)

Matul is-sena 2001 daħlu 51 vapur militari li ġew mill-Belġju, Franza, Ġermanja, Greċja, Ingilterra, Italja, Kanada, Marokk, Olanda, Polonja, Stati Uniti u t-Turkija. It-tip ta' dawn il-vapuri kienu: Amphibious Assault Ships, Fleet Ocean Tugs, Frigates, Guided Missile Destroyer, Coastal Minehunter, Minehunters, Supply Ships, Coastal Defence Ship, Guided Missile Frigate, Dock Landing Ship, Command Ship, Submarines, Patrol Craft, Combat Store Ship, Ocean Surveillance Ship, Corvette, Training Ship, Aircraft Carrier, Surveying Ship, Helicopter Carrier, Attack Submarine.
Leg 9 PQ #31968 Sitting 709 2002-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qbid ta' Persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni li ma kellhomx id-dritt li joqodu Malta is-sena l-oħra, ta' liema nazzjonalita kienu u kemm kienu nisa u kemm tfal?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30773, ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni ta` sess femminili kien ta` 19.
Leg 9 PQ #31969 Sitting 709 2002-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kaċċa u Nsib

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ħadi liċenzja għall-kaċċa u nsib kull sena u f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif dwar persuni li jkollhom liċenzji msemmija mill-Onorevoli Interpellant beda jinżamm taħt forma kompjuterizzata mill-1998 u huwa kif ġej:- Sena Kaċċa Nsib 1998 396 34 1999 416 66 2000 413 100 2001 427 403

Liċenzja tas-Sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' 'l fuq min 60 sena li għandhom liċenzja tas-sewqan illum? Jista' jagħti breakdown ta' l-etajiet tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' persuni 'l fuq minn 60 sena li għandhom liċenzja tas-sewqan huwa 21,365. Il-breakown ta' l-etajiet tagħhom hu: minn 61 sa 70 sena - 14,991 minn 71 sa 80 sena - 5,612 minn 81 sa 90 sena - 733 minn 91 'il fuq - 29

Reġistrar għax-Xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol s-sena l-oħra? Jista' jagħti breakdown tal-lokalita tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw l-ewwel darba matul is-sena l-oħra kien ta' 2693. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #31972 Sitting 709 2002-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm itellgħu tfal il-qorti fis-sena l-oħra u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 tressqu 103 persuna taħt is-sittax-il sena l-Qorti. It-tipi ta' reati li dwarhom kienu akkużati kienu kif jidhru fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #31973 Sitting 709 2002-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittelgħu nies li għandhom warrant jew degree universitarju l-Qorti kriminali is-sena l-oħra u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, ma jinżammx mill-Pulizija.
Leg 9 PQ #31962 Sitting 708 2002-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vejikoli tal-pulizija illum, x'tip huma u kemm hemm minnhom li ma għaddewx mill-VRT is-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vetturi li jintużaw mill-Korp tal-Pulizija huma mqassma kif ġej:- Saloon 164 Vans 34 Heavy plant 24 Muturi 63 Minn dawn, is-sena l-oħra 54 ittellgħu għal VRT u kien hemm vettura waħda li m`għaddietx.
Leg 9 PQ #31963 Sitting 708 2002-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Hit and Run

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każi ta' hit and run is-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 12-il każ fejn persuni ntlaqtu minn vettura li baqgħet sejra.
Leg 9 PQ #31964 Sitting 708 2002-03-05 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

HIV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-HIV is-sena l-oħra u kemm minnhom kienu posittivi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #31965 Sitting 708 2002-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Korruzzjoni ta' Minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittelgħu persuni akkużati illi kkorrompew minorenni is-sena l-oħra? X'weħħlu f'kul każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 tressqu tnax-il persuna quddiem il-Qorti fuq akkużi ta' korruzzjoni ta' minorenni. Dawn kollha għad m'humiex deċiżi.

Addozzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew addottati tfal is-sena l-oħra u minn liema pajjiżi kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fis-sena 2001 ġew addottati ħamsa u ħamsin (55) tifel u tifla. Dawn ġew addottati minn dawn il-pajjiżi: Rumanija tlieta u għoxrin (23) Malta sittax (16) Pakistan għaxra (10) Kenja wieħed (1) Ingilterra wieħed (1) Georgia wieħed (1) Albanija wieħed (1) Tuneżija wieħed (1) Kazakhstan wieħed (1) TOTAL Ħamsa u ħamsin (55)
Leg 9 PQ #31956 Sitting 707 2002-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kaċċaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittelgħu kaċċaturi l-qorti s-sena l-oħra u għaliex? X'weħħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ittellgħu 296 persuna l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riservi Naturali); u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66). Infurmat ukoll illi l-eżitu ta` dawn il-każijiet hu kif ġej:- 162 misjuba ħatja, 33 illiberati, filwaqt illi l-bqija ta` każijiet għadhom sub judice. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli taħt forma komputerizzata.

Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karrozzi is-sena l-oħra? Kemm inxtraw kull sena għal dan l-aħħar 5 snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari Nru. 25179, 25445 u 27893, jien infurmat li l-informazzjoni dwar l-aħħar sit xhur ta' l-2001 għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #31958 Sitting 707 2002-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji li is-sena l-oħra inqalgħhom id-dawl jew l-ilma għax waqgħu lura fil-ħlassijiet tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet numri 26014 u 30933 waqt is-Seduti numri 543 u 680 rispettivament.
Leg 9 PQ #31959 Sitting 707 2002-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuna il-Qorti talli tlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni is-sena l-oħra? Kemm minnhom kien reċidivi u minn liema lokalita kienu? X'weħħlu f'kul każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 tressqu quddiem il-Qorti 25 persuna, uħud minnhom aktar minn darba, fuq tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni, li 11 minnhom kienu reċedivi. Dawn kienu fil-lokalita` tal-Gżira, Marsa u San Pawl il-Baħar. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu sentenzi sospiżi, ċanfira jew twiddiba, multa u fil-każ ta` barranin tneħħija minn dawn il-Gżejjer.