Legislature:
Category:
Reset
Active:

Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karrozzi tal-linja jaħdmu il-lum. Kemm għandhom żmien u kemm ġew introdotti ġodda f'dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 29218.
Leg 9 PQ #32055 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Criminal Offense

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' persuni convicted of criminal offense is-sena l-oħra? X'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 28600 u Nru. 31620.
Leg 9 PQ #32056 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn subscribers li kellhom is-servizz tat-telephone maqtuh għax waqaw lura fil-ħlasijiet is-sena l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul is-sena li għaddiet kien hemm 3,433 abbonat li tneħħielhom is-servizz u 10,065 abbonat kellhom is-servizz ristrett b'mod li jirċievu biss it-telefonati.

Ħlas ta' Bolla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn employers u/jew entrapriżi jew azjendi li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla illum? Kemm hija is-somma li għanda tinġabar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-responsabbilta' għall-ġbir u l-infurzar tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali għadda taħt il-Kummissarju tat-Taxxi Interni fl-1 ta' Jannar 1998. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #32058 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Residence Permit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn barranin li għandhom residence permit illum? Kemm hawn li għandhom work permit u min liema pajjiż jiġu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32048 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Suiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni is-sena l-oħra wara li kkommettew suiċidji?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 kien hemm 26 persuna irrapurtati lill-Pulizija li ikkommettew suiċidju.
Leg 9 PQ #32049 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Payers — Part-Time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' tax payers li jaħdmu part-time u li jħallsu rata speċjali ta' 15% fuq id-dħul min dan ix-xogħol is-sena li għaddiet? Kemm minn dawn kienu jaħdmu xogħol part-time fuq bażi self-employed? Kemm kienu part-timers u jdaħħlu qliegħ addizzjonali għal xogħol full time?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li biex taxpayer jibbenefika mill-iskema speċjali ta’ 15% final withholding tax fuq l-income (sa massimu ta’ Lm3000 fis-sena) minn part-time employment jew part-time self-employment irid bilfors ikollu main employment (jiġifieri jkun impjegat full-time x’imkien ieħor). Matul is-sena 2001 kien hemm 2752 taxpayers li ħallsu 15% final withholding tax taħt l-iskema bħala part-time self-employed. Min ried jibbenefika minn din l-iskema ta’ part-time self-employment ried bilfors iħallas it-taxxa dovuta sal-15 ta’ Frar ta’ din is-sena. Rigward in-numru ta’ taxpayers li bbenefikaw minn l-iskema ta’ part-time employment (mhux self-employment), id-Dipartiment ikun jista jagħti din l-informazzjoni meta jkunu ġew proċessati id-dokumenti FS3 kollha.
Leg 9 PQ #32050 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija sospiżi illum u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 31726.
Leg 9 PQ #32051 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Budget

Question

B'riferenza għad diskors tal-Budget 2002 u speċificament għat-tabella 4, jista' l-Ministru jagħti stampa riveduta tal-fond konsolidat kif tirriżulta illum in vista tal-fatt li d-dħul minn bejgħ ta' assi għall-ammont ta' Lm 47 Miljun ma seħħitx sa tmien is-sena li għaddiet?

Response (DALLI, JOHN)

Nirrepti li d-dħul mill-bejgħ ta' assi mhux meħud bħala dħul fil-fond konsolidat.

Low Floor Buses

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'progress sar fil-pjanijiet għall-importazzjoni tal-low floor buses?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f'Diċembru tas-sena 2000 ħarġu speċifikazzjonijiet għall-karozzi tal-linja ġodda. Sakemm is-sid jagħżel skond l-ispeċifikazzjonijiet maħruġa kif approvati, l-Awtorita' ma tindaħalx minn fejn jixtri s-sid. Fil-fatt l-Awtorita' għat-Trasport diġa' approvat 5 mudelli ta' karozzi li jikkonformaw ma' l-ispeċfikazzjonijiet mitluba, u diversi sidien għamlu l-arranġamenti għax-xiri tal-karozzi l-ġodda.

Benefiċċji

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm weġgħu persuni fuq ix-xogħol is-sena l-oħra u kemm tħallsu b'benefiċċji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li għamlu talba għall-benefiċċju għall-korriment matul is-sena 2001 kien ta' 4867. Dan in-numru mhux neċessarjament li jirrapreżenta n-numru totali ta' dawk li fil-fatt weġġgħu fuq ix-xogħol. Peress li l-liġi dwar is-Sigurta' Soċjali tipprovdi li ma jitħallasx benefiċċju fejn persuna li tkorri fuq ix-xogħol tassenti ruħha għal anqas minn erbgħat ijiem, jista' jkun li nimru ta' persuni li jassentu ruħhom għal tlett ijiem jew anqas wara korriment fuq ix-xogħol ma jagħmlux talba għall-benefiċċju. L-ammont ta' dan il-benefiċċju li tħallas is-sena l-oħra kien ta' Lm3,818,671. Dan l-ammont jinkludi ħlas dwar talbiet li kienu saru qabel l-2001 iżda li baqgħu jitħallsu matul l-2001.
Leg 9 PQ #31995 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Investiment fl-Argentina

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-kamra jekk il-gvern għandux tagħrif dwar il-valur ta' investiment Malti fl-Argentina? Kemm huwa maħsub li tilfu flus l-Maltin wara dak li ġara riċentament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 31279 f'seduta 693.
Leg 9 PQ #31996 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Atti Immorali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti is-sena l-oħra talli wettqu atti immorali fil-pubbliku u x'weħlu f'kul każ? Kemm minnhom kienu barranin u ta' liema pajjiż kienu? Kemm kienu nisa u kemm irġiel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 tressqu quddiem il-Qorti 36 persuna, 13 nisa u 23 rġiel, uħud minnhom aktar minn darba, fuq atti immorali. F`dawk il-każi deċiżi, il-pieni mogħtija kienu jinkludu sentenzi sospiżi, ċanfira jew twiddiba, probation, multa u fil-każ ta` barranin tneħħija minn dawn il-Gżejjer. Minnhom, 2 kienu Ġermaniżi, 2 Russi, 1 Niġerjan u 1 Taljan.
Leg 9 PQ #31997 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Arrest Preventiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni l-ħabs illum fuq arrest preventiv u kemm ilhom hemm? Kermm minnhom huma Maltin u ta' xiex huma akkużati dawk miżmuma

Response (BORG, TONIO)

In-numru ta` persuni li qegħdin jinżammu taħt arrest preventiv biss u ma humiex jiskontaw xi sentenza huwa ta` erbgħa u sebgħin (74). Minn dawn hemm wieħed u erbgħin Malti u tlieta u tletin barrani.
Leg 9 PQ #31998 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni is-sena l-oħra għaliex kienu ipejpu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` każijiet ta` mwiet fiż-żewġ sessi irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta` l-Imwiet fis-sena 2001 u li huma meqjusa bħala li kienu ikkaġunati minħabba t-tipjip huwa ta` 355. Din iċ-ċifra nħadmet fuq sistema ta` kejl rakkomandata mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #31999 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Tobba u Nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' tobba, nurses u paramediċi barranin li qegħdi jaħdmu fis-servizz tal-Gvern Malti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta` tobba, nurses u paramediċi barranin li qegħdin jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa huwa tmienja u ħamsin (58), erbgħa u erbgħin (44) u sebgħa (7) rispettivament.
Leg 9 PQ #31974 Sitting 710 2002-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu u x'tip kienu l-bombi jew ordinji militari oħra li ġew newtralizati mil-AFM is-sena l-oħra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Matul is-sena 2001, l-“Explosives Ordnance Disposal Section” tal-Forzi Armati ssejħet għal 11-il darba biex tinvestiga, tinnewtralizza jew tiddisponi minn bombi u materjal splussiv ieħor kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #31975 Sitting 710 2002-03-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Hoaxes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru sejħiet foloz (hoaxes) għall-ambulanzi is-sena l-oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li matul is-sena 2001 saru 198 sejħiet foloz għas-servizz tal-ambulanza.