Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32088 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Istituzzjonijiet Reliġjużi — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru serqiet minn istituzzjonijiet reliġjużi s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 29 każ ta` serq minn xi istituzzjoni reliġjuża.
Leg 9 PQ #32071 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Mobile Squad

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija mal-mobile squad li ma għandhomx liċenzji tas-sewqan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-Taqsima ta` l-Iskwadra Mobili tal-Korp tal-Pulizija hemm Kuntistabbli wieħed biss li għad m`għandux liċenzja tas-sewqan.

Gwardjani — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn gwardjani lokali s-sena l-oħra? Fuq hiex kienu, fejn saru? Kemm minnhom ġew preskritti u għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab infurmat li s-sena l-oħra ġew preskritti 21,354 kontravvenzjonijiet tal-gardjani lokali u dan għaliex, primarjament, meta uffiċjal tal-posta iwwasal it-taħrika ma jsib `il ħadd fir-residenza ta` l-imħarrek. Irrid ngħid li minn din is-sena il-Kunsilli Lokali daħlu f`arrangament ieħor mal-kuntrattur sabiex it-taħrikiet li ma jaslux bil-posta jitwasslu mill-gwardjani lokali.

Kunsill Lokali — Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlu flus kull kunsill lokali individwalment minn ċitazzjonijiet tal-gwardjani lokali s-sena l-oħra u kemm kienet l-ispiża ta' kull wieħed hux ingaġġaw lill-gwardjani lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar kemm daħħlu flus il-Kunsilli Lokali fis-sena 2001 miċ-ċitazzjonijiet tal-gwardjani lokali. Rigward l-ispiża ta` kull Kunsill Lokali għall-ingaġġ tal-Gwardjani Lokali, kemm dan il-Ministeru kif ukoll id-Dipartiment ma jżommx din l-istatistika.
Leg 9 PQ #32074 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħabsin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin illum? X'eta' għandhom u ta' liema sess huma? Ta' xiex instabu ħatja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fis-7 ta` Marzu 2002 in-numru ta` priġunieri kien ta` mitejn u sebgħa u sittin (267). Irġiel hemm mitejn u ħamsa u ħamsin (255). Nisa hemm tnax (12). L-eta` tal-priġunieri huwa kif jidher hawn taħt: Sa 18-il sena 1 Minn tmintax sa wieħed u għoxrin sena 17 Minn tnejn u għoxrin sa ħamsa u għoxrin sena 30 Minn sitta u għoxrin sa tletin sena 71 Minn wieħed u tletin sa ħamsa u tletin sena 44 Minn ħamsa u tletin sa ħamsin sena 83 Minn ħamsin sa sittin sena 18 Sittin sena u iżjed 3 TOTAL 267 Dawk issentenzjati ġew misjuba ħatja kif jidher hawn taħt: Arson 3 Relatati ma` droga 104 Serq aggravat 28 Theddid lill-uffiċjali tal-Pulizija 1 Stupru – attentat fuq minorenni 8 Feriti gravi 1 Omiċidju – attentat omiċidju 25 Frodi 5 Oħrajn 14 Priġunier jista` jkun qiegħed jiskonta aktar minn sentenza waħda u r-reati fit-tabella juri dak ir-reat li iġorr l-akbar piena.
Leg 9 PQ #32075 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħabs — Nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nisa li daħlu l-ħabs kull sena f'dawn l-aħħar 10 snin? Kemm min dawn kienu tqal u kemm twieldu trabi min nisa ħabsin waqt li dawn kienu il-ħabs?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` nisa li iddaħlu l-ħabs kull sena f`dawn l-aħħar għaxar snin kien kif ġej:- 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 1999 2000 2001 20 23 32 50 61 43 34 20 19 38 Dawn in-numri jinkludu persuni li intbaghtu l-ħabs aktar minn darba. Minn dawn kien hemm tlettax li kienu tqal meta iddaħħlu l-ħabs u f`erba każi minnhom welldu t-tarbija waqt li kienu fil-Faċilita`.
Leg 9 PQ #32076 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Żwiemel u Klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm żwiemel u klieb fis-sezzjoni relattivi tal-Pulizija illum? Kemm servew lill-Korp f'dawn l-aħħar għaxar snin? X'sar minn dawk li ġew irtirati mis-servizz f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` żwiemel u klieb li għamel użu minnhom il-Korp tal-Pulizija tul dawn l-aħħar għaxar snin kien kif ġej:- Sena 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 1999 2000 2001 Żwiemel 24 21 18 18 22 20 20 23 19 18 Klieb 25 26 26 28 28 28 34 34 38 32 Meta żiemel jew kelb ma jibqax tajjeb għax-xogħol tal-Pulizija minħabba mard, jiġi mitlub il-parir tal-Veterinarju tal-Gvern li jew jordna li tingħata l-kura meħtieġa jew jekk ma jkunx il-każ ta` fejqan, iż-żiemel jew kelb jiġi mraqqad. Jista` jkun ukoll il-każ illi ż-żiemel jew kelb jingħata lura lil persuna li tkun oriġinarjament tagħtu lill-Korp jew ikun offrut lil xi għaqda filantropika. Kollox jiddependi skond iċ-ċirkostanzi tal-każ.
Leg 9 PQ #31964 Sitting 715 2002-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

HIV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-HIV is-sena l-oħra u kemm minnhom kienu posittivi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul is-sena 2001 saru 5423 test għall-HIV li minnhom kien hemm 11 pożittivi.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani illum, kemm għandhom eta kull wieħed u x'sess għandhom? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' pensjoni mill-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Adrian Vassallo li d-Dipartiment iħallas xi forma ta' pensjoni (kemm kontributorja jew mhux kontributorja) lill-38,111 anzjani kif spjegat hawn taħt: Irġiel Nisa Pensjoni mhux kontributorja 705 2,821 Pensjoni taż-żewġ terzi 12,350 3,018 Pensjoni Minima Nazzjonali 3,219 2,781 Pensjoni ta' l-irtirar 7,838 5,379 Total 24,112 13,999 Nixtieq inżid li, filwaqt li l-pensjoni mhux kontributorja tingħata lil kull anzjan irrispettivament mill-istat ċivili tiegħu jew tagħha, dik kontributorja tingħata lil min ikun ikkontribwixxa u għaldaqstant jista' jkun li pensjonant ikollu miegħu l-mara tiegħu li wkoll tkun anzjana. Inżid ngħid ukoll li ma tinżammz statistika ta' l-eta' ta' kull pensjonant jew pensjonanta.

Single Parents — Unmarried Mothers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn single parents illum? Kemm hemm minnhom li huma unmarried mothers? Kemm hemm minnhom li huma separati u kemm hemm minnhom li huma divorzjati u romol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ebda wieħed mid-Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm statistika dwar l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #32067 Sitting 715 2002-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

MIC — Advertising

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet flus il-MIC is-sena l-oħra fuq advertising?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sena l-oħra l-MIC nefqet LM 142,154 fuq advertising fil-gażżetti u magazines, fuq it-TV, ir-radju, l-internet u ċ-ċinema.
Leg 9 PQ #32068 Sitting 715 2002-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

MIC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni mal-MIC illum x'xogħol għandhom. X'rimunerazzjoni u perks oħra għandhom?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm tnax il-persuna, minbarra l-kap li jaħdmu mal-MIC. Erbgħa minnhom huma Information Officers, tlieta huma Media Officers, erbgħa oħra Support Officers u waħda Administrative Assistant. Dawn l-impjegati jitħallsu s-somma ta' LM 75,892.05 fis-sena bħala salarji u LM 22,510.01 f' a ll owances bejniethom.
Leg 9 PQ #32070 Sitting 715 2002-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ambjent — Annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' annimali, tjur, għasafar, rettili jew ħlejjaq oħra illi waqgħu f'idejn is-sezzjoni ta' l-Ambjent f'dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena? X'kienu? X'sar minnhom? Kemm minnhom mietu waqt li kienu taħt il-ħarsien tal-membri ta' din is-sezzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent ma jżomm l-ebda speċi ta` Annimali, Pjanti jew Organiżmi oħra, u qatt ma għamel dan fil-passat.
Leg 9 PQ #32059 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PSC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittelgħu impjegati taċ-Ċivil quddiem il-PSC is-sena l-oħra ? Għaliex u min liema dipartiment kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għan-numru ta’ impjegati tal-Gvern li ttelgħu quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku s-sena l-oħra minħabba xi każ ta’ dixxiplina. Kif diġa` weġibt diversi drabi oħra, permezz tar-Regolamenti tad-Dixxiplina ta’ l-1999, il-każijiet tad-dixxiplina ġew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u l-każijiet li jiġu riferuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku m’għadhomx iżjed jgħaddu aktar mill-Uffiċċju tiegħi. Dwar id-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi, ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra ma kien hemm l-ebda każ tad-dixxiplina li ġie riferut lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku taħt ir-Regolamenti tad-Dixxpilina ta’ l-1999. Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri rispettivi. Dwar il-każijiet ta’ dixxiplina li kienu nbdew taħt ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta’ l-1977, kien hemm 29 każ li tressqu quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tul 2001 u qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi t-tagħrif mitlub.
Leg 9 PQ #32060 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Liġi tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittelgħu persuni l-Qorti is-sena l-oħra b'konnessjoni ma ksur tal-liġi tal-VAT? X'għamlu ħażin dawk li ittelgħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2001 ġew imtellgħa l-Qorti 8,036 persuna. Dawn ittellgħu l-Qorti fuq nuqqas ta' ħruġ ta' rċevuti fiskali jew talli naqsu li jibgħatu d-denunzji fi żmien stipulat. Dawn il-persuni ġew immultati bejniethom is-somma ta' Lm53,943 u Lm106,423 rispettivament.
Leg 9 PQ #32061 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Vjolenza Domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittelgħu persuni akkużati fuq vjolenza domestika is-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, kien hemm 186 rapport lill-Pulizija dwar każi li b`xi mod jinkwadraw taħt it-titolu ta` vjolenza domestika. Infurmat ukoll illi fl-istess sena, dwar dawn il-każi, tressqu l-Qorti 178 persuna.
Leg 9 PQ #32062 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

School Girls Mother Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' tfal li attendew l-ischool girls mother unit is-sena l-oħra u għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sena l-oħra attendew 155 tfal l-iSchoolgirl Mothers' Unit. 70 attendew il-programm, 50 ġew għal 'on-going counselling' (li n-numru ta' sessjonjiet varja minn persuna għal oħra), u 35 'teenage mothers' attendew regolarment mat-tarbija u t-toddler tagħhom. Barra minn hekk, attendew il-partners ta' dawn it-tfajliet, il-ġenituri tagħhom u tat-tfajla għall-counselling sessions.

Single Mothers — Relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn single mothers fuq ir-relief illum? Kemm kien dan in-numru kull sena f'dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li preżentement hemm 993 persuna li qed tirċievi għajnuna soċjali bħala ġenitur wieħed. Dan in-numru hu maqsum f'965 singli u 28 separati. Qabel ma ġiet introdotta reċentement sistema komputeriżżata ma kienetx tinżamm statistika ta' l-informazzjoni kif mitluba. Il-ġbir manwali ta' din l-istatistika dwar il-passat jirrikjedi ħafna ħin u riżorsi umani li ma nħossx li huma ġustifikati li jintużaw għal dan l-iskop meta huma meħtieġa biex jinħadmu talbiet għall-assistenza.
Leg 9 PQ #32064 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu għalliema s-sena l-oħra waqt il-qadi ta' dmirijiethom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2001 kien hemm sitt għalliema, Instructress waħda u tliet Kindergarten Assistant li weġġgħu waqt il-ħin tax-xogħol.