Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32104 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċivil — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tkeċċew impjegati minn maċ-ċivil is-sena l-oħra? Għaliex u ma liema dipartiment tal-Gvern kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li kien hemm sitt uffiċjali pubbliċi li tkeċċew mis-Servizz Pubbliku matul is-sena l-oħra. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellat tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32105 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Inċidenti tat-Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-vettura tal-pulizija kienet involuta f'inċidenti tat-traffiku is-sena l-oħra? X' tip ta' veikoli kienu u kemm swew biex ġew irranġati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, in-numru ta` vetturi tal-Pulizija li kienu involuti f`kolliżżjonijiet kien ta` 106. Dawn kienu vetturi saloon - 82; vannijiet - 3; muturi - 18; vetturi heavy plant - 3. In-nefqa sabiex dawn jiġu rranġati kienet tammonta għal Lm10,393.
Leg 9 PQ #32106 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' suldati li marru fuq training jew manuvri militari barra minn Malta is-sena l-oħra? X' rank kellhom u fejn marru u għaliex?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li matul is-sena l-oħra 244 suldat u 55 uffiċjal ta’ l-Armata marru fuq “training” jew manuvri militari (“exercises/attachments”) barra min Malta, f’dawn il-pajjiżi: Italja, Ġermanja, Renju Unit, Stati Uniti, Svezja u Belġu. Ir-“ranks” tas-suldati kienu hekk: “Warrant Officers” 8 “Staff Sergeants” 25 Surgenti 10 Burbardiera 28 “Lance Bombardiers” 33 “Gunners” 140 244
Leg 9 PQ #32096 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qorti — Drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti is-sena l-oħra fuq reati konessi mad-droga? X'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, kien hemm 341 persuna li ġew imressqa quddiem il-Qorti fuq reati konnessi mad-droga. Minnhom 110 kienu akkużati bi traffikar filwaqt li l-231 l-oħra kien akkużati b`pussess.

Detox Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li żaru id-detox centre is-sena l-oħra? Kemm minnhom kienu ġodda? X'etajiet għandhom dawk li attendew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li attendew iċ-Ċentru tad-Detox matul l-2001 kien ta' 935, li minnhom 142 attendew għall-ewwel darba. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #32098 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

HRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġo l-isptar isirux implants għal hormone replacement therapy ? Jista' jgħid jekk il-policy tad-dipartiment tas-saħħa giex l-istess li kienet taħt il-ministru preċedenti cioe illi il-HRT tinxtara mil-pazjent iżda l-proċedura ta' impjantazjoni issir ġol-isptar mingħajr ħlas?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-policy li tirrigwardja 'Hormone Implants' baqgħat l-istess għal dawn l-aħħar għaxar snin.
Leg 9 PQ #32099 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Armi — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn armi tan-nar liċenzjati illum u x'tip huma? Kemm inxtraw armi ġodda s-sena l-oħra u x'tip kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32089 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Bdil ta' Sess

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni li jkunu bidlu is-sess tagħhom jistgħux jiżżewġu hawn Malta jekk l-ID Card tkun inbidlet wara decision tal-Qorti fejn persuna li genetikament u fiżikament twieldet bħala tifel u issa saritlu sex change operation?

Response (BORG, TONIO)

Il-materja ta` din id-domanda ma taqax strettament taħt l-iStanding Orders tal-Kamra peress li din mhix materja dwar l-amministrazzjoni, iżda hija ekwivalenti għal pariri legali. Għalkemm ma hemmx definizzjoni ta` żwieġ fil-Kap 255 tal-Liġijiet ta` Malta, il-partijiet għandhom ikunu mara u raġel skond l-artikolu 15 ta` l-istess Kap. Fl-Ingilterra il-projbizzjoni ta` żwieġ bejn persuni li ma humiex bioloġikament ta` sess oppost ma ġietx meqjusa bħala li tmur kontra il-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem.
Leg 9 PQ #32090 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ċivili — Żwiġijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru żwiġijiet is-sena l-oħra? Kenm minnhom kienu ċivili? Kemm kien hemm żwiġijiet bejn maltin u barranin u ta' liema nazzjonalita kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 it-total ta` żwiġijiet kien ta` 2,153 (Malta - 2,017, Għawdex - 136) li minnhom 474 kienu żwiġijiet ċivili (Malta - 455, Għawdex - 19). Il-barranin li żżewġu Maltin kienu ġejjin mill-pajjiżi kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32091 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Firearm — Liċenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni liċenzjati to use a firearm for sporting purposes illum? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u kemm kien in-numru ta' persuni li ingħataw dan il-permess is-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta` persuni liċenzjati biex iġorru arma tan-nar 'for sporting purposes' jammonta għal 11,519. Infurmat ukoll illi hemm 781 applikazzjoni pendenti li minnhom 323 huma ta` persuni li għadhom ma għalqux il-21 sena. Ninsab infurmat ukoll illi 427 persuni ngħataw dan il-permess is-sena l-oħra.
Leg 9 PQ #32092 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kaċċa u Nsib

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew dikjarati li inqabdu u/jew inqatlu għasafar fid-dikjarazzjonijiet li għamlu il-kaċċaturi u nassaba is-sena l-oħra? X' tip ta' għasfar kienu u jista' l-Ministru jgħid u/jew jagħti breakdown ta' kemm inqabdu għasafar minn kull kaċċatur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mid-dikjarazzjonijiet li ġew mgħoddija lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent fis-sena 2001 li jkopru qtil u qbid ta` għasafar matul is-sena 2000, in-numru ta` dawn l-għasafar li nqabdu jew inqatlu matul is-sena 2000 huwa ta` 129,260, li naturalment huma dawk l-għasafar li ma humiex imħarsa bil-liġi. Dan in-numru huwa maqsum skond l-ispeċi li nqabdu jew inqatlu kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Mhux possibli li tingħata l-informazzjoni dwar kemm inqabdu għasafar minn kull kaċċatur minħabba li s-sistema kompjuterizzata li għandu d-Direttorat għall-Ħarsien ta` l-Ambjent mhijiex ipprogrammata biex tagħti din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #32093 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Towing u Clamping

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew towed u clamped veikoli is-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 kien hemm 1,994 vettura irmunkata u 245 vettura ikklampjata.
Leg 9 PQ #32094 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Serq — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati serqiet minn yachts marbuta malta s-sena l-oħra? Kemm minn dawn kienu ġo Ta' Xbiex u l-Imsida?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 125 każ ta` serq minn opri tal-baħar. Minn dawn 11 kienu l-Imsida u 13 kienu Ta` Xbiex.

Xogħol bla Permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess s-sena l-oħra? Kemm kienu barranin u kemm kienu anqas min 16-il sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' nies li nqabdu jaħdmu mingħajr ma kellhom id-dokumenti kollha skond il-liġi, s-sena li għaddiet, kien ta' 2048. Minn dawn kien hemm 31 minorenni u 56 persuna barranija. Il-pulizija qabdu numru ta' ħaddiema barranin oħra li kienu qed jaħdmu Malta mingħajr permess.
Leg 9 PQ #32084 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Kaċċa u Nsib

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-diskussjoni fuq il-kaċċa u nsib, bejn Malta u l-UE ġewx konklużi. Jekk iva x'ġie deċiż?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea dwar il-kaċċa għadhom ma ġewx konkluzi.
Leg 9 PQ #32085 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Postijiet tad-Divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-sittax il-sena ġo postijiet tad-divertiment is-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 kien hemm 75 persuna taħt is-sittax-il sena li inqabdu f`postijiet ta` divertiment.
Leg 9 PQ #32086 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Droga — Siringi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lil dawk li jabbużaw mid-droga s-sena l-oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li t-total ta` siringi li tqassmu lil dawk li jabbużaw mid-droga s-sena l-oħra huwa 146880.
Leg 9 PQ #32087 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Armi tan-Nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru reati li fihom ntużaw armi tan-nar is-sena l-oħra? Kemm minnhom kienu armi liċenzjati kif titlob il-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, il-Pulizija kellha 76 rapport ta` reati li b`xi mod kienet involuta arma tan-nar. Minn dawn, 8 irriżultaw li l-arma li ntużat kienet liċenzjata.