Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema snin ingħataw promotions personell tal-armata fejn is-sena 1980 sa 1991? Kemm ġawdew persuni u x'tip ta' promozjonijiet kienu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li saru fil-Forzi Armati bejn is-sena 1980 u 1991 kienu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex twaqqaf ir-relief lill-persuna li qed insemmi separatament li spiċċat homeless, li qed tapplika għal-post tal-gvern u li qed tgħix ma persuna li ħennet għalija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bl-eżitu tal-każ tagħha personalment.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx art li kienet ittieħdet mill-privat u li tmiss ma Triq Universita` Msida li l-universita` ta' issa m'għandiex bżonnha?
Jekk iva meta se tingħata lura lill-sidha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-artijiet li jifformaw il-Kampus ta' l-Universita` ġew mixtrija minn għand il-privat taħt forma ta' diversi plottijiet. L-Universita` tilfet parti sostanzjali mill-Kampus meta dawn ġew espropjati biex isiru proġetti nazzjonali. Bil-mod li kiber u għadu jikber il-korp studentesk, l-iżvilupp tal-ftit artijiet li baqa', irid isir bil-għaqal biex l-Universita` tkun tista' tilqa' l-ħtieġa kbira li hemm għal edukazzjoni terzjarja. Għaldaqstant, kull biċċa art hi importanti ħafna għal dan l-iżvilupp kif ukoll għall-futur ta' l-Universita`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni traġikament is-sena l-oħra?
X'kienet ir-raġuni tal-mewt tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li matul is-sena li għaddiet (2001) mietu 82 persuna traġikament.
Ir-raġuni tal-mewt tagħhom hija kif indikata fit-tabella hawn taħt:
Kawż
a ta` Mewt
Numru ta` Mewt
Inċident tat-traffiku fuq l-art
19
Inċident tat-traffiku fuq l-baħar
1
Waqgħa minn xi għoli jew ġo xi ħofra *
13
Għarqa *
11
Xokk ta` l-elettriku
1
Ħruq minn materjal fjammabli
1
Doża qawwija
(Overdose)
ta` sustanzi *
13
Waqgħa ta` oġġett fuq il-persuna
2
Tgħalliq
11
Minn arma tan-nar jew materjal splużżiv *
6
Minn oġġett li jaqta` *
4
Total
82
* Il-każijiet immarkati bis-simbolu * jistgħu jkunu aċċidentali, suwiċidju, jew omiċidju. Il-kawża tal-mewt f'dawn il-każijiet tiġi stabbilita f'qafas legali mill-Maġistrat li jkun qiegħed jinvestiga l-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqqbdu ħabsin taħt l-influwenza tad-droga waqt li kienu miżmuma l-ħabs is-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn total ta` 503 persuna li għamlu xi żmien il-ħabs fl-2001, in-numru ta` każijiet fejn priġunieri nstabu taħt l-influwenza ta` droga matul is-sena kien ta` 33.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni l-ħabs fuq reati konnessi mad-droga?
Kemm huma maltin u kemm barranin?
Kemm weħħlu kull wieħed u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta` priġunieri sentenzjati fuq reati konnessi ma` droga hu ta` 104 (Maltin 69, Barranin 35).
Ir-reati li għalihom instabu ħatja huwa kif ġej:-
Maltin
Barranin
Pussess u traffikar
57
8
Pussess bil-ħsieb li jittraffikka
3
2
Importazzjoni
6
25
Kultivazzjoni
3
xejn
Is-sentenzi mogħtija huma kif ġej:
Maltin
Barranin
Sa tlett xhur
1
xejn
Sa sitt xhur
3
xejn
Sa sena
8
2
Sa sentejn
3
1
Minn 2 sa 4 snin
14
2
Minn 4 sa 6 snin
18
3
Minn 6 sa 10 snin
15
10
Minn 10 sa 15-il sena
4
13
Minn 15-il sena sa 20 sena
3
3
Minn 20 sena sa 25 sena
xejn
1
Minn 25 sena u aktar
xejn
xejn
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħabsin li intbgħatu fuq home leave is-sena l-oħra? X'kienet l-okkażjoni? Kemm hemm li intbgħatu aktar in darba u fil-każ kemm-il darba?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` priġunieri li ġew mogħtija xi forma ta` Leave matul is-sena 2001 huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta huma l-ewwel appuntamenti available għall-vista min professur ġo l-out patients illum għall kull professur individwalment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-ewwel appuntamenti għal każi ġodda ġewwa l-Out Patients huma kif jidhru fir-rapport li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-listi fir-rapport jirriflettu s-sitwazzjoni fl-4 ta' Marzu 2002.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni s-sena l-oħra?
Kemm mietu ġo l-isptarijiet tal-Gvern?
Kemm fil-privati u kemm banda oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' mwiet fis-sena 2001 skond kif reġistrati fir-Reġistru Nazzjonali huwa ta 3040.
Minn dawn, 1938 persuna mietu fl-isptarijiet tal-Gvern (Sptar San Luqa, Sptar Karen Grech, Sptar Monte Carmeli, Sptar Boffa, Sptar Zammit Clapp, Sptar Ġenerali ta' Għawdex).
Fl-isptarijiet privati (St. Philips, Capua, St James) mietu 41 persuna, filwaqt li 1061 persuna mietu band'oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk anzjani li jkunu jixtiequ joqgħodu ġew dar tal-anzjani tal-Gvern humiex qed jintbgħatu ġo djar tal-anzjani privati? Jekk fl-affermativ, fejn qed jintbagħtu u kemm jiswa lill-Gvern kull anzjan? X'inhuma l-kriterji biex anzjan jintbat ġo dar tal-Gvern u dawk biex jintbagħat ġo dar immexija mil-privat? Kemm jiswa lil gvern, anzjan ġo dar tal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern laħaq ftehim ma żewġ kumpaniji privati li huma Healthcare Services Ltd u Care Services Ltd. L-anzjani li japplikaw biex jidħlu f'Dar tal-Gvern isirilhom 'l-assessment' mediku u soċjali biex jiġi stabbilit li veru jkollhom bżonn dan it-tip ta' servizz residenzjali. Imbagħad jiġu offruti post f'dar privata għall-anzjani kemm il-darba ma jkunx hemm post fid-Djar tal-Gvern.
Il-Gvern joħroġ id-differenza bejn dak li jikkontribwixxi l-anzjan u l-prezz miftiehem mal-operatur privat. Il-kriterji għad-dħul fid-djar residenzjali tal-Gvern u f'dawk privati li l-gvern laħaq ftehim magħhom huma l-istess.
Anzjan f'dar residenzjali tal-Gvern għas-sena 2000 kien jiswa Lm10.18c kuljum. Din ir-rata għas-sena 2001 għadha qed tiġi kalkulata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-darba siefer fuq xogħol governattiv is-sena l-oħra?
Kemm swiet kull żjara, kemm telgħu maltin fuq kull safra u x'kien ix-xogħol tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba dwar ħidma uffiċjali barra minn Malta fl-2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom is-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi b`żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29805, matul is-sena 2001, kien hemm 3 membri tal-Korp oħra li b`xi mod weġgħu waqt il-qadi tad-doveri tagħhom.