Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li rreġistraw it-tajr protett u bbalzmat mad-dipartiment ta' l-ambjent? Jista' jagħti breakdown tat-tajr kollu reġistrat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Direttorat għall-Ħarsien ta` l-Ambjent irċieva 4,416 dikjarazzjoni għar-reġistrazzjoni ta` kollezzjonijiet ta` tajt protett ibbalzmat. Dawn jikkomprendu total ta` 231,615 għasfur, li ġew ikklassifikati kif jidher hawn taħt:
Group
Percentage Composition
Birds of Prey
25.8
Herons, egrets, bitterns, ibises, spoonbills, flamingos, storks
10.9
Wildfowl
2.4
Crakes, cranes
2.1
Seabirds
16.2
Waders
11.7
Owls
4.4
Colourful birds
13.5
Passerines
10.5
Others
2.6
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru reati ġewwa Paceville din is-sena u x'tip ta' reati kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u April ta` l-2002, il-Pulizija kellha 135 rapport ta` reati li seħħew f`Paceville. Dawn kienu jinkludu attentati ta` offiżi, offiżi fuq il-persuna, ksur ta` bon ordni, ħsarat, frodi, omiċidju u serq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn armi tan-nar liċenzjati illum?
Jista' jgħid kemm minnhom huma snieter taż-żewġ u kemm huma automatics li jieħdu 3, 4 u /jew 5 skrataċ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sistema kompjuterizzata miżmuma mill-Pulizija ma kenitx maħsuba sabiex tikkwalifika l-armi reġistrati bil-mod kif qed jitlob l-Onorevoli Interpellant. Madankollu, mit-tagħrif disponibbli jidher illi l-armi reġistrati fil-preżent, jammontaw għal 67,036. Minn dawn 48,445 huma snieter, li minnhom 22,949 huma awtomatiċi, u 11,445 huma taż-żewġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn single parents fuq ir-relief illum u x'eta għandhom?
Minn liema lokalita' huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 33360 f'Seduta Numru 740.
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fit-tielet parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinqata' l-użu ta' petrol biċ-ċomb, u kemm jiswa llum l-additiv li se jkollhom jużaw dawk il-persuni li għandhom karozza li taħdem bil-petrol biċ-ċomb?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li hemm il-ħsieb li l-petrol bla ċomb jispiċċa sa l-aħħar ta' din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija solvitx il-każ ta' vandaliżmu li sar fuq it-tempju ta' l-Imnajdra u jekk le, jista' jgħid jekk il-pulizija eskludietx il-fatt li setgħu kienu xi kaċċaturi jew nassaba li wettqu dan l-att vandalu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-investigazzjoni li għamlet il-Pulizija s`issa, għalkemm kien hemm xi suspetti u saru diversi arresti, dan il-każ għad ma ġiex solvut. Għaldaqstant f`dan l-istadju l-Pulizija ma tista` teskludi lil ħadd.
F'l-eventwalita' li Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid jekk is-swieq tal-mini buses, fran, taxi's u pompi tal-petrol humiex se jiġu liberalizzati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Bħala prinċipju ġenerali, l-Unjoni Ewropea tisħaq fuq il-benefiċċju li l-kompetizzjoni ġġib magħha, f'dak li għandu x'jaqsam ma' livell aktar għoli u kwalita' aħjar ta' servizz kif ukoll prezzijiet aktar baxxi għal benefiċċju tal-konsumatur. Min-naħa l-oħra, l-istess Unjoni tirrikonoxxi li jista' jkun hemm fatturi li jitolbu element ta' kontroll fuq ċerti attivitajiet kummerċjali. Dan minħabba raġunijiet ta' spazju, regolamenti ta' l-ippjanar, eżiġenzi ta' traffiku, aspetti ambjentali u kunsiderazzjonijiet oħra simili. Minħabba dawn ir-raġunijiet varji, huwa maħsub li l-entitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-setturi konċernati jibqgħu jikkontrollaw attivitajiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom permezz ta' skemi ta' liċenzji li jistgħu ikunu wkoll limitati fin-numru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittelgħu persuni il-qorti din is-sena, talli biegħu alcohol lill-persuni taħt is-sittax-il sena u x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena għad ma kienx hemm sidien ta` ħwienet b`liċenzja għall-bejgħ bl-imnut ta` nbejjed, birra jew likuri li ttelgħu l-Qorti mill-Pulizija talli biegħu alkoħol lill-persuni ta` anqas minn sittax-il sena.
Ta` min iżid jgħid illi matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena inqabdu 50 persuna taħt l-eta` f`postijiet ta` divertiment. Dwar dawn il-każi tressqu l-Qorti diversi drabi ħames persuni li kienu s-sidien tal-ħwienet fejn inqabdu l-persuni taħt l-eta`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi ġodda ta' separazzjoni u/jew annulammenti ta' żwieġ din is-sena?
Kemm hemm pendenti?
Kemm minn dawn huma bejn maltin u barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija.
Dwar it-tielet parti tal-mistoqsija, ma tinzammx statistika ta' din ix-xorta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn imigranti illegali miżmuma illum u kemm ilhom hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 266 immigranti illegali li qed jinżammu taħt il-kustodja ta` l-Awtoritajiet tas-sigurta`. Tnejn ilhom fil-kustodja tal-Pulizija minn l-1999, filwaqt li l-kumplament daħlu Malta matul dawn l-aħħar xhur. Il-maġġoranza kbira qed jinżammu minħabba li għad ma ġietx stabbilita n-nazzjonalita` u l-identita` tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew skrappjati karozzi tal-pulizija sena b'sena f'dawn l-aħħar 5 snin, wara li kienu involuti ġo xi inċident tat-traffiku?
F'kemm minn dawn il-każi ġie konkluż illi membru tal-korp kellu t-tort?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
1998
1999
2000
2001
2002
1
3
xejn
3
xejn
Infurmat ukoll illi f`żewġ każi, deher illi l-inċident kien tort tal-Membru tal-Korp li kien qiegħed isuq il-vettura, filwaqt li każ ieħor huwa suġġett ta` Inkjesta Maġisterjali li għadha mhix konkluża.
Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi tal-protezzjoni ċivili, kienu involuti f'inċidenti tat-traffiku s-sena l-oħra u din is-sena?
X'tip ta' veikoli kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 hemm seba` (7) vetturi tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kienu nvoluti f`inċidenti tat-traffiku filwaqt li matul din is-sena s`issa, kien hemm sitt (6) karozzi nvoluti f`inċidenti tat-traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex, skond ma qed jipproponi l-gvern, se jitħallew jintużaw armi għal kompetizzjonijiet sportivi regolati mill-International Shooting Union biss meta hemm diversi dixxiplini sportivi regolati minn għaqdiet ta' sparar oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mit-tagħrif miksub jidher illi r-regoli tal-għaqda msemmija mill-Onorevoli Interpellant, ikopru bosta mill-kompetizzjonijiet f`dan il-qasam. Pero` ta` min jgħid illi l-għan tal-White Paper huwa proprju sabiex isiru l-kummenti u suġġerimenti. Għaldaqstant inħeġġeġ lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel is-suġġerimenti tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn armi tan-nar liċenzjati llum biex jintużaw waqt re-enactments? X'tip huma f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma tirreġistrax armi speċifikament sabiex jintużaw waqt re-enactments. Għaldaqstant it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kaċċaturi liċenzjati għall-kaċċa fuq il-baħar illum u kemm hawn li għandhom il-permess għall-kaċċa tal-fniek?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 265 persuni li għandhom liċenzja għal kaċċa fuq il-baħar u 454 persuni li għandhom liċenzja għal kaċċa tal-fenek selvaġġ.