Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, li għandha 35% diżabilita' meta weġġgħet fuq ix-xogħol hijiex intitolata għal xi forma ta' pensjoni u/jew somma mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
Jista' il-Ministru jgħid illum kemm hemm ħabsin? Kemm minn dawn qegħdin hemm wara sentenza tal-qorti u kemm hemm fuq arrest preventiv? Kemm minn dawn huma nisa? Kemm hemm barranin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fit-30 ta` Settembru 2002, in-numru ta` priġunieri kien ta` 285. It-tagħrif mitlub dwarhom hu kif ġej:-
Irġiel - 272
Nisa - 13
Maltin - 188
Barranin - 97
Sentenzjati - 197
Taħt arrest preventiv - 88
Dawk il-priġunieri li jkunu qegħdin jiskontaw xi sentenza iżda jkunu ukoll taħt arrest dwar xi reat ieħor jidhru bħala sentenzjati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri li ħadu home leave din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar sat-30 ta` Settembru 2002 ġew approvati 232 talba għal Prison Leave.
Infurmat ukoll li kienu 84 priġunier li ibbenefikaw minn dawn il-visti.
Jista' il-Ministru jgħid illum kemm hawn barrieri liċenzjati u kemm hawn barrieri li mhux qed jintużaw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi f`Malta u Għawdex illum hawn 100 barriera liċenzjati. In-numru ta` barrieri li preżentament jidher li mhux jitqatta` blat minnhom huwa ta` 67.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li weħlu pieni ta' ħabs din is-sena? Kemm kienu nisa, kemm irġiel, kemm weħlu u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Settembru 2002, ġew mogħtija mill-Qrati ta’ Malta u Għawdex 190 sentenza karċerarja. Tmienja ingħataw lil-persuni feminili u 182 lil-persuni maskili.
Sentenzi:-
Ġurnata sa tlettin ġurnata
51
Minn xahar sa sitt xhur
39
Minn sitt xhur sa sena
32
Minn sena sa sentejn
28
Minn sentejn sa erbgħa snin
20
Minn erbgħa snin sa għaxar snin
12
Minn għaxar snin sa ħmistax–il sena
3
Minn ħmistax-il sena sa għoxrin sena
1
Minn għoxrin sena il-fuq
2
Għomor (
life
)
2
Total
190
Akkużi:-
Tibdil ta’ multi f`ħabs jew nuqqas ta’ ħlas ta multi
27
Relatati ma` immigrazzjoni
13
Relatati ma` droga
55
Theddid fuq il-persuna
11
Stupru, immoralita`
5
Ġrieħi ta` natura gravi
3
Ħrib minn post ta` kustodja
16
Serq jew serq aggravat
28
Ksur ta`
probation
jew relatati ma` qrati (disprezz)
9
Omiċidju volontarju jew attentat omiċidju
3
Oħrajn
20
Total
190
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew convicted of a criminal offence persuni din is-sena? Jista' jagħti breakdown tar-reati kommessi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena, kien hemm 4,003 persuna li ġew misjuba ħatja ta` reati kriminali. Ir-reati kienu jinkludu omiċidju, serq, frodi, droga, ħsara volontarja, falsifikazzjoni, offiżi fuq il-persuna, prostituzzjoni, offiżi sesswali, theddid u ksur ta` bon ordni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu minorenni l-qorti din is-sena? X'eta` kellhom u x'kien ir-reat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena tressqu l-Qorti 44 persuna taħt is-sittax-il sena. Ir-reati li dwarhom kienu akkużati kienu kif ġej:
Ħebb fuq il-persuna
Ksur ta` bon ordni
Ma obdiex ordnijiet leġittimi
Omiċidju
Pussess ta` arma u munizjon
Pussess ta` droga
Rapport falz
Sewqan mingħajr liċenzja
Theddid
Riċettazzjoni
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċini wżati mill-guards and warden service ġewwa tal-Ħriereb road Msida humiex koperti mill-permessi kollha ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar? Jekk le, x'se jagħmel biex jissalvagwardja id-drittijiet tar-residenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-uffiċini li qed jagħmel referenza għalihom l-Onor. Interpellant m`humiex koperti b`permess ta` żvilupp għal bdil fl-użu materjali minn residenzjali (klassi 1) għal uffiċini amministrattivi (klassi 5) u dan peress illi l-applikazzjoni PA 3830/01 li saret għal dan l-iskop ġiet irrifjutata mill-MEPA. Għaldaqstant kien inħareġ Avviż biex Tieqaf u tat-Twettieq ECF 455/02 datat 17 ta` Mejju 2002 kontra il-persuni involuti skond l-Att 1 dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp. Fil-frattemp saret talba għar-rikonsiderazzjoni mill-applikant wara r-rifjut li nħareġ, liema applikazzjoni għada qed tiġi pproċessata. Is-sezzjoni ta` l-Infurzar tal-MEPA ser tibqa` ssegwi l-każ sa ma jkun hemm konklużjoni finali fuq il-kwestjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jistax isir xi ħaġa biex ir-residenti ta' Ta' Xmiexi Msida jiġu moqdija aħjar billi issa ingħalqet it-triq li minn Regional road kienet tagħti għal din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq u l-Kunsill Lokali qegħdin jaħdmu biex jitwaqqa' bini fi Triq San Alwiġi, li jrid jinfetaħ biex ikun hemm aċċess għat-Triq ta' Xmiexi. Filfatt ħarġet sejħa għall-offerti sabiex tinstab akkomodazzjoni alternattiva għan-niex li jabitaw f'dan il-bini li jrid jitwaqqa'.
Ix-xogħol biex tinstab din l-akkomodazzjoni għadu għaddej peress li ħadd ma rrisponda t-talba għall-offferti li għamel id-Direttorat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kazijiet fejn vapuri tat-turisti kellhom iħassru il-waqfa tagħhom hawn Malta għaliex ma kienx hemm fejn isorġu minħabba il-preżenza ta' vapuri tal-gwerra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qatt ma rriżulta li vapuri tat-turisti kellhom iħassru l-waqfa tagħhom hawn Malta minħabba l-preżenza ta' vapuri tal-gwerra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn armi liċenzjati tat-tip: xwabel, skieken, lanez, crossbows, bajonetti, anti tank weapons, mortars, decommissioned hand grenades, Bazooka's, Piats, Panzerfausts, eċċ shells jew bombi, dejjem jekk dawn l-armi jirrikjedu liċenzji?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-armi msemmija mill-Onorevoli Interpellant, fis-sistema kompjuterizzata miżmuma mill-Pulizija jidhru li hawn reġistrati dawn l-armi:
Xwabel 1,455
Skieken 220
Lanez 11
Crossbows 31
Bajonetti 1,474
Mortars 2
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm armi tan-nar reġistrati mal-pulizija li huma
1
single shot rim fire
2 single shot pin fire
3 single shot centre fire
u x'tip ta' armi huma f'kull kas?
Kemm minn dawn li huma reġistrati illum għandhom tul totali ta' anqas minn 220 mm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sistema kompjuterizzata miżmuma mill-Pulizija ma kenitx maħsuba sabiex tikkwalifika l-armi reġistrati bil-mod kif qed jitlob l-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant it-tagħrif kif mitlub mhux disponibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bolt action rifles miżmuma bil-liċenzja illum?
Kemm minn dawn huma tat-tip lee enfield pre-1900 jiġifieri mark 1 u kemm tat-tip mark 2, 3 u /jew 4?
Jista' jgħid kemm hemm armi tat-tip
1 moisin nagant bolt action rifle
2 mausers bolt action
3 us carbine m1898 with krag-jorensen bolt action
4 spring field rifles
5 arisaka type 38's
6 m1 carbines
7 garand rifles .30mi
rifles liċenzjati llum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sistema kompjuterizzata miżmuma mill-Pulizija ma kenitx maħsuba sabiex tikkwalifika l-armi reġistrati bil-mod kif qed jitlob l-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant it-tagħrif kif mitlub mhux disponibbli.
Spotters għal Vapuri tas-Sajd — Residence/Work Permit
Question
Billi f'risposta li ngħatat is-sena l-oħra fuq l-istess suġġett il-ministru qal illi jekk pilota ta' ajruplani żgħar li jkunu jaħdmu bħala spotters għal vapuri tas-sajd iridu residence and work permit, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talbiet għal dan, jekk inħarġux permessi u jekk u x'se jagħmel il-korp tal-pulizija biex jitwaqqaf dan l-abbuż li milli jidher qed isir din is-sena wkoll b'detriment għas-sajjieda Maltin?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27086.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn armi liċenzjati li huma automatics u semi automatics? Billi m'hawnx snieter automatic imma semi automatic kemm mis-semi automatics huma snieter li jieħdu aktar minn tliet skrataċ? X'inhuma s-semi automatics l-oħra, pistoli jew rifles?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sistema kompjuterizzata miżmuma mill-Pulizija ma` tikkwalifikax l-armi bil-mod kif qed jitlob l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta ssir membru tal-Unjoni Ewropea, humiex se jiġu liberalizzati l-mezzi ta' trasport, kemm lokali fuq l-art u kemm dawk fuq il-baħar bejn Malta u Għawdex?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li meta Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropeja, il-pożizzjoni tal-meżżi tat-trasport tkun dik kif konkluża fil-kapitlu tat-trasport.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni din is-sena l-qorti fuq każi ta' prostituzzjoni? Kemm minnhom kienu reċedivi u kemm-il darba? X'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 28 persuna, uħud minnhom aktar minn darba, fuq tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni. Minn dawn, 13 huma reċedivi. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu sentenzi sospiżi, ċanfira jew twiddiba, ħabs u fil-każ ta` barranin tneħħija minn dawn il-Gżejjer.